Tuesday, 19 June 2012

Diskors waqt il-Prezentazzjoni tal-Att il-Gdid tas-Sahha Mentali

Fl-aħħar wasalna.  Din hija liġi li ilha ħafna tinħema.  Jekk kien hemm liġi li dwarha saret konsultazzjoni mill-aktar wiesgħa żgur li hija l-Mental Health Act.  Għandi fiduċja li l-Parlament se jaqbel ma din il-liġi. Ta’ min ifakkar li fl-istadju tad-drafting tal-abbozz, l-Oppożizzjoni kienet rappreżentata mis-Sur Joe Abela. Sieħbi Joe li hu l-ewwel u qabel kollox professjonist fil-qasam tas-saħħa. Imma mhux biss, Joe hu ex-Membru Parlamentari Laburista u bniedem li għandu s-saħħa mentali għal qalbu ħafna. Tant li llum Joe hu membru maħtur mill-Gvern fuq il-Bord tal-Mount Carmel Hospital.

Kull bidu għandu tmiem. U f’xi stadju ridna nagħlqu l-konsultazzjoni u ngħaddu għad-diskussjoni u l-approvazzjoni  ta’ dan l-abbozz fil-Cabinet.  Filfatt il-Cabinet iddiskuta u ddeċieda fuq dan l-abbozz nhar it-Tnejn 30 ta’ April 2012.  Għalkemm dan il-proċess ta’ konsultazzjoni kien twil, nemmen li ma kienx żmien mitluf. Anzi kien proċess utli.  Diversi suġġerimenti u punti li tqajmu waqt dan il-proċess ta’ konsultazjoni ġew inkorporati fil-liġi. Barra minn hekk, dan il-proċess wiesa’ ta’ konsultazzjoni  għen ukoll biex il-liġi ssib aktar appoġġ u qbil fost il-firxa wiesgħa ta stake holders involuti f’dan is-settur. Il-liġi li qed nippreżentaw issa ġiet vetted mill-Avukat Ġenerali tar-Repubblika

Issa dan l-abbozz ġie tradott għall-Malti. alissa qed jerġa jiġi iċċekjat minn naħa tal-Kummissarju. Il-pass li jmiss issa hu li liġi tibda tiġi diskussa fil-Parlament. Diġà sar l-ewwel qari tagħha fil-Parlament.  Issa jmiss diskussjoni ġenerali fuq il-liġi li jsir fit-tieni qari. Wara fl-istadju tal-kumitat kull klawsola tal-liġi tiġi eżaminata bir-reqqa.  Wara titressaq għat-tielet qari. 

Irrid nieħu din l-okkażjoni biex minn qalbi nirringrazzja lil diversi persuni li ħadmu qatiegħ biex din il-liġi setgħet titwieled, tikber u timmatura. Dan il-proċess waSsal biex illum għandna abbozz li nemmen li hu tajjeb ħafna.  Ma nistax insemmi lil kulħadd. Imma ma nistax ma nsemmix lil Dr Ray Scerri li kien il-moħħ wara d-drafting u r-re-drafting ta’ din il-liġi. Ray daħal għal din il-biċċa xogħol b’impenn, entusjażmu, u b’dedikazzjoni liema bħalha.  F’din il-liġi nvesta ħafna u ħafna ħin u ħafna u ħafna enerġija. Grazzi ħafna u prosit mill-qalb Ray. Irrid nirringrazzja wkoll lil Dr John Cachia, Kummissarju tas-Saħħa Mentali li minn mindu sar kummissarju daħal sew f’din il-liġi. L-input tiegħu u tat-team tiegħu kien ferm importanti. Irrid nirringrazzja lil AG Dr Peter Grech tal-paċenzja li ħa bina. Tal-ħafna ħin li tana. Ta’ kemm-il darba ksirnielu d-devozzjoni ġejjin u sejrin għandu kull darba li nbiddlu xi ħaġa mil-liġi.

Fl-aħħar u mhux l-inqas lil Mrs Kate Gonzi li tal-inkorraġġiment tagħha u l-interess tagħha ma jaqta xejn f’din il-liġi. Kull meta ġejna bżonnha dejjem sibnieha minkejja l-impennji tagħha.  Sinjura Gonzi grazzi mill-qalb. Irrid niżżi ħajr ukoll lil ħafna oħrajn li ħadmu minn wara l-kwinti. Xejn anqas lil ħafna li fil-proċess ta’ konsultazzjoni għamlu l-kritika u suġġerimenti tagħhom. Lil dawn kollha ngħidilhom grazzi. Grazzi mill-qalb. Prosit. Ilkoll flimkien għamilna biċċa xogħol tajba.

Irrid ngħid li sakemm din il-liġi kienet qed tinħema u tinbidel għal ma nafx kemm il darba ma bqajniex skantati ma nagħmlu xejn.  F’dawn l-aħħar erba snin sar investiment qawwi fil-qasam tas-saħħa mentali fil-komunità. Tant li fil-komunità biss f’dawn l-aħħar erba snin investejna xejn anqas minn seba’ miljun ewro.  Frixna s-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità. Tant li llum għandna 160 professjonist jaħdmu fil-komunità fil-qasam tas-saħħa mentali. Fil-fatt, illum għandna 40 lokalità f’Malta li għandhom is-servizzi tas-saħħa mentali fil-lokalità tagħhom. Mhux biss. Ftaħna ħames day centres għall-persuni bi problemi ta’saħħa mentali. Għandna wkoll sitt kliniċi fejn f’kull waħda jattendi team multi dixxiplinarju.  Waqqafna ukoll il-Crisis Intervention Team li jitratta emergenzi ta’ saħħa mentali. Ftaħna tliet flatlets fejn numru ta’ persuni bi problemi ta’ saħħa mentali qegħdin ikomplu jgħixu fil-komunità. 

Tul is-sena li għaddiet xejn anqas minn 14.000 ruħ użaw dawn is-servizzi tagħna fil-komunità.  Hu fatt ippruvat li meta tinvesti fil-kura fil-komunità għall-problemi ta’ saħħa mentali anqas nies ikollhom bżonn jidħlu għall-kura l-Mount Carmel. U jekk ikollhom bżonn jidhlu, il-length of stay tagħhom fl-isptar tkun anqas. Dan għaliex ikunu jistgħu jiġu liċenzjati mill-isptar aktar kmieni biex ikomplu jiġu segwiti mit-teams tagħna fil-komunità.

Ta’ min ifakkar li hija d-direzzjoni tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa li fil-qasam tas-saħħa mentali ninvestu kemm jista’ jkun f’servizzi fil-komunità.

Wara li nispiċċa jien, Dr Ray Xerri se jagħmel preżentazzjoni ta’ dan l-abbozz. Biss jien irrid infakkar li liġi li qed nużaw illum hija waħda antika tal-1976. Il-liġi l-ġdida hija client oriented. L-enfażi qiegħed fuq il-klijent li jiġi bżonn is-servizzi tagħna. Min-naħa l-oħra l-enfażi tal-liġi l-antika hu fuq involuntary admissions. Fuq kif pazjent jista jiddaħħal b’mod involontarju għall-kura fl-isptar Monte Carmeli. L-enfażi fil-liġi tal-lum hu kif il-pazjent se joħroġ mill-Mount Carmel fl-iqsar żmien possibli. Fuq il-fatt kif l-kura involontarja trid tingħata fl-iqsar żmien possibbli.  Għall-ewwel darba dan l-abbozz se jippermetti li l-kura involontarja tista tingħata wkoll fil-komunità u mhux aktar bilfors f’istituzzjoni.  Dan hu ghal kollox kunċett ġdid għal Malta.

Din il-liġi titkellem ħafna fuq professional accountability. Il-liġi antika kienet tħalli l-kura f’idejn il-professjonisti. Issa d-deċiżjonijiet dwar programm ta’ kura jridu jittieħdu flimkien mal-pazjent innifsu, ma min qed jieħu ħsiebu u mal-professjonisti ovvjament. Il-pazjent issa se jkun involut fit-tfassil ta’ programm ta’ kura li se jirċievi. Nixtieq inżid li l-kunċett ta’ trusted person issa se jinbidel fil-liġi l-ġdida. Qabel kien awtomatikament in-next of kin. Illum it-trusted person se jkun magħżul mill-pazjent innifsu Jiġifieri jista jkun membru tal-familja imma jista jkun ħabib ukoll.

B’din il-liġi, il-Kummissarju jrid japprova wkoll kemm il-pazjent se jdum l-isptar b’mod involontarju għall-kura.  Dan ifisser li din il-liġi se tassigura li diversi servizzi meħtieġa mill-klijent li qed jitpoġġa taħt programm ta’ kura jridu jingħataw fl-iqsar żmien possibli. U b’mod multi dixxiplinarju. Kull professjonist se jkun kontabbli għal għemilu.

Konklużjoni

Irrid nagħlaq billi nsostni li dan l-att li qegħdin nippreżentaw illum se jfittex li jipproteġi u jħares id-drittijiet tal-klijenti tagħna.  Din hi liġi li se tifhem it-tbatija u se taħdem biex tnaqqas it-toqol tal-piż. Din hi l-liġi li se tfittex li tintegra dawn il-klijenti fil-qalba tas-socjetà. Liġi li trid tiftaħ il-bibien. Mhux tagħlaqhom. Li trid taħdem flimkien mal-kiljent u mhux għall-klijent. Li se tpoġġi l-klijent l-ewwel u qabel kollox. Fejn issa s-servizz irid ikun għall-klijent. U mhux il-klijent għas-servizz. Din il-liġi  ma tharisx lejn il-marda mentali u tieqaf hemm. Imma din hi liġi li qed tifhem li wara l-marda, l-ewwel u qabel kollox, hemm bniedem. Li jrid jiġi ttrattat b’rispett u b’dinjità. Tabilħaqq din hi liġi ta drittijiet. Liġi li se tipproteġi lill-klijent.

Ħbieb sinċerament nemmen li dan l-abbozz hu mfassal biex jagħtina liġi li se tagħti kwalità ta’ ħajja aħjar lil dawn il-klijenti. Fuq kollox din hija liġi li tirrispetta, tagħder u tħenn.

Grazzi ħafna.  

Thursday, 14 June 2012

Cirasa 15 ta' Gunju 2012

Jane Falzon
 
Nhar it-Tlieta smajt bl-ahbar tal-mewt ta’ Jane Falzon. Kellha biss 48 sena. Mizzewga Debono. Jiena bqajt nghidilha Jane Falzon. Jane kienet nurse. Fost ohrajn hadmet il-Gynae u l-Casualty. Mietet wara li tilfet battalja twila mal-kancer. Iggieldet din il-marda b’kuragg u determinazzjoni. Batiet hafna. Imma baqghet dejjem b’dik it-tbissima tipika taghha.

Lil Jane ili nafha minn meta kemm jien u hi konna ghadna student nurses. Kont ghadni kif ilhaqt President tal-Istudent Nurses Association. Jane kienet qalghet charge fuq hmerija. Kien l-ewwel kaz li ddefendejt jien. U kienet harget liberata. Sirna hbieb kbar. Wara, meta lahqet, Jane marret tahdem il-Gynae mal-mara tieghi Rose. U hi u Rose saru hbieb tal-qalb.

L-ahhar li ltqajt maghha kien f’reunion li ghamilna l-istaff tal-Casualty. Giet fuqi tghannaqni. Ghidtilha Jane tidher tajba. B’harsa hosbiena wegbitni “Imma minn barra Mar. Il-kancer infirixli”.

Jane kienet tfajla tarmi l-energija. Dejjem hsiebha biex torganizza. Dejjem bi tbissima. Kienet tifla zbukkata. Kelma tghidha. Imma kellha qalb tad-deheb. Kienet nurse tajba. Ta’ kuxjenza. Thobb lill-pazjenti taghha. Tahdem bla waqfien. Jane halliet zewgt itfal. Ta’ hames snin u ta’ tmin snin.

Nhar it-Tlieta li ghaddew il-Mulej hadilna wahda minna. Nurse mill-aqwa li dejjem qdiet il-professjoni taghha bi hniena. Tlifna kollega. Tlifna habiba. Tlifna lil Jane. U minghajr Jane id-dinja mhux se tibqa’ l-istess.

Strieh fil-paci ghaziza Jane. U grazzi hafna ta’ kollox. M’ahna se ninsewk qatt.
 

“Yes Madame”
 
Din grat vera. Smajtha ftit jiem ilu. Grat fi skola tal-Gvern. Ghalliem kellu appuntament mal-Kap tal-Iskola. Kien jibza’ biza’ minnha tghidx kemm. X’hin dahal fl-ufficcju tal-Kap tal-Iskola sabha mgerfxa wahda u sew.

”Illum spiccajt bla segretarji. Wahda leave u l-ohra kellha tidhol l-isptar malajr. Minghajrhom ma jiena xejn”, qaltlu l-Madame. Sadattant resqet lejn shredder tal-karti. U kompliet “Jahasra jien kulma jkolli bzonn kollox f’idejhom inhalli. Jien dan l-apparat ma nafx inhaddmu. Ghandi bzonn nuza din imma ma nafx nuzaha”, filwaqt li wrietu l-ishredder. L-ghalliem biex jintghogob maghha kien pront serrhilha rasha. “Haga zghira” wegibha. “Madame jien dan l-apparat nilghab bih. Naf nuzah sew. Ghidli x’ghandek bzonn. U halli f’idi”. Il-Madame kienet pronta taghtu f’idejh ittra ta’ zewg folji mmarkata High Priority. L-ghalliem nehha l-paper clip, pogga l-ittra fix-shredder u ghafas il-buttuna. F’hakka t’ghajn ix-shredder gibdet iz-zewg folji. Il-Madame b’lehen kalm kienet pronta qaltlu “Jahasra il-Bambin baghtek dalghodu. Ghamilli tmin kopji please”.

L-ghalliem hassu hazin.

Friday, 8 June 2012

Cirasa 8 ta' Gunju 2012

Ma nbiddlux

Dil-gimgha kellna l-mozzjoni ta’ fiducja fil-Gvern. Il-vot kien car. Il-Gvern ghandu l-maggoranza parlamentari biex ikompli jmexxi. Qabel il-vot qam jaghlaq id-dibattitu il-Prim Minsitru. Semma l-passat tal-Partit Laburista.  L-Oppozizzjoni splodiet. Membri tal-Oppozizzjoni infexxew jghajjru kemm jifilhu lill-Prim Minsitru. Interuzzjonijiet kontinwi minn membri tal-Oppozizzjoni.

Ghandna Oppozizzjoni li tippretendi li hi tista’ tghid li trid. Imma ahna m’ghandniex jedd nitkellmu. U dan ghadhom fl-Oppozizzjoni. U bilkemm ihalluna nitkellmu. Ahseb u ara jekk ikunu fil-Gvern.

Kif insemmulhom il-passat ikreh taghhom jirvellaw. Ghax ghandhom passat tal-misthija. Kien zmien meta d-demokrazija kienet mhedda. U dak iz-zmien wara dawn il-hnizrijiet kien hemm nies li llum ghadhom membri tal-Oppozizzjoni. U jekk il-Partit Laburista jkun fil-gvern jergghu jkunu ministri.

Iriduna ninsew il-hnizrijiet  li ghamlu qabel l-1987. Ahna li battejna ghandna dmir ma ninsewx. Ghandna dmir nibqghu infakkruhom. Ghax min jinsa jerga’ jgarrab.

Jum tweldi
 
Illum ghandi l-birthday. Ghalaqt hamsin sena. Il-hajja tghallmek. Kull esperjenza hija lezzjoni. Kemm esperjenzi sbieh. Ukoll dawk koroh. Ovvjament hajja sabiha bla problemi ma tezistix. Dik holma. Mhux realtà. Il-hajja hija tahlita ta’ inzul u tlajja. Il-problemi ma jonqsu qatt. L-importanti li tiffacjahom. U titghallem minnhom. Il-hajja fiha wkoll hafna mumenti sbieh. Li trid tiehu gost bihom. U tapprezzahom.  Fuq kollox il-hajja l-isbah rigal minn Alla l-Imbierek.

Nancy li tahdem mieghi giet fuqi. Awguratli ghall-birthday. Bi tbissima qaltli “Mar se taghlaq hamsin sena. Ghidli ftit x’jidhirlek mill-hajja?”  Ghedtilha  “Ha nghidlek Nancy, issa ili nofs seklu hawn. U bhal donni drajt hawn. Nghidlek is-sew ghaggla nitlaq m’ghandix.

Lilly

Lilly Pullicino l-mara tal-Joe il-Bux ghandha stil. Hija mara qalbha tajba kemm trid. Tiehu hafna hsieb ommi. Barra minn hekk, ghandha l-aqwa haga. Kapaci tidhak biha nnifisha. Tivvintahom.
 
Xi ftit jiem ilu ghamlet it-tè. Ghaliha u ghal Joe.  Fethet bott halib. Bdiet tferra l-halib mill-bott. Waqfet hesrem skantata. Il-halib tal-bott kien ahmar. “Dal-halib kif inhu ahmar” bdiet thewden wahedha Lilly. Imbaghad indunat. Kienet wahda minn taghha. Minflok bott halib kienet fethet bott polpa tat-tadam.

Ohra. M’ilux dahlet ghand ommi. Kien hemm hija Pawlu. Hija Pawlu ghandu kelb mir-razza tad-doberman. Kelb kbir. Fuq saqajh il-kelb iwassal sa qghaddi.  Il-kelb jismu Duke. Lily harset lejn il-kelb u qaltlu “Pawl allura sew sew dan x’inhu kelb jew qattus?” Hija minflok wegibha beda jhabbat rasu mal-hajt.

Insomma ma’ Lilly ma tmut qatt.

Sunday, 3 June 2012

It-Tielet Night Shelter: Inkomplu Nkabbru l-Investiment għall-Anzjani Tagħna

Bħalissa qed nagħlqu l-aħħar preparamenti biex kif ħabbarna, Malta jkollna t-tielet night shelter għall-anzjani tagħna. Din id-darba s-servizz se jkun qed jingħata mir-Residenza San Vinċenz de Paul, f’Ħal Luqa. Dan in-night shelter ġdid se joffri kenn għal 5 nisa u 3 irġiel

Ħdimna bilgħaqal u minn maħżen bdilna l-post f’night shelter modern u mgħammar bil- kumditajiet kollha li nsibu fid-djar tagħna. Għax hekk jixraq lill-anzjani tagħna.  Rispett, dinjità u kumdità.

In-night shelters joffru kenn u wens għal matul il-lejl għall-anzjani tagħna speċjalment għal dawk jibżgħu jew jiddejqu joqogħdu weħidhom matul il-lejl.

In-night shelters kienu esperjenza ġdida għal Malta u bla dubju ħallew effett pożittiv. Matul din il-leġislatura rajna s-suċċess tan-night shelters taż-Żejtun u l-Mellieħa. In-night shelter taż-Żejtun jinsab fl-Istitut Ġesù Nazzarenu u dak tal-Mellieħa li jinsab fid-Dar tal-Madonna tal-Mellieħa.  

Il-ftuħ tat-tielet night shelter jikkontradixxi d-diskorsi li smajna mill-Oppożizzjoni li l-Gvern se jnaqqas is-servizzi fejn jidħlu l-anzjani tagħna. L-anzjani jafu fejn qegħdin ma’ Gvernijiet Nazzjonalisti. L-anzjani huma saff importanti fil-politika Nazzjonalista.

L-anzjani li se jużaw in-night shelter ta’ San Vinċenz de Paul, bħal fil-każijiet l-oħra, se jkollhom kamra tas-sodda għalihom, kamra tal-banju, kċina, living room, kif ukoll terrazzin.

In-night shelter jinsab biswit il-Blokka Ġwanni Pawlu II; proġett ieħor importanti li sar f’din il-leġislatura u li fetaħ paġna ġdida fl-istorja tal-kura tal-anzjani f’Malta li jbatu mid-dimensja.

Minbarra l-faċilità li jorqod hemm, kull anzjan li juża dan in-night shelter għandu wkoll is-servizz li jieħu l-breakfast hemm u filgħaxija, l-anzjani jistgħu jinġabru u joqogħdu jitkellmu ftit bejniethom jew jaraw it-televixin flimkien. In-night shlters joħolqu komunità li tgħix flimkien u tagħti każ xulxin.

Għal dawk li forsi jaqtgħu qalbhom minħabba t-trasport, tajjeb inżidu li l-karozza  tal-Arriva Malta numru 135 tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paul u tasal eżatt ħdejn in-night shelter.  Il-karozzi numru 71 u 72 jieqfu eżatt barra r-Residenza San Vinċenz de Paul. 

Biex inkomplu nsaħħu s-sigurtà u l-wens, f’kull ħin ta’ matul il-lejl fin-night shelter ikun hemm membru tal-istaff. Kull sodda fiha nurse call button. Matul il-lejl, f’każ li jinqala’ xi ħaġa fir-Residenza San Vinċenz de Paul, ikun hemm it-tobba u n-nurses li bla dubju jkunu jistgħu joffru l-ewwel għajnuna jekk jinqala’ l-bżonn.    

Inħoss li dawk l-anzjani li huma interessanti għandhom jaħtfu din l-opportunità. In-night shelters huma mod u mezz kif l-anzjani tagħna jibqgħu attivi fil-komunità mingħajr ma jkollhom bżonn li jinġabru f’istituzzjoni li toffri kura fit-tul.  Nistedinkom titkellmu ma’ min diġà qed juża dan is-servizz biex taraw il-vantaġġi u fuq kollox l-esperjenza li joffru n-night shelters.

Irrid nrodd ħajr b’mod speċjali lill-ħaddiema tar-Residenza San Vinċenz de Paul li tista’ tgħid għamlu x-xogħlijiet il-kbar u ewlenin huma fuq dan il-proġett. Inħossni kburi bix-xogħol li għamlu. Grazzi wkoll lid-direzzjoni tar-Residenza għall-ħin li nvestiet f’dan il-proġett. 

Friday, 1 June 2012

Cirasa 1 ta' Gunju 2012

Vjolenza

Il-mozzjoni fuq Carm Mifsud Bonnici juri l-wicc vera tal-Labour. Labour li ghadu jemmen fil-vjolenza bhala arma politika. Il-Mozzjoni tal-Labour mhi xejn hlief vjolenza psikologika fuq Carm u l-familja tieghu. 

Fuq kollox din hija mozzjoni ta’ Oppozizzjoni li ma tafx tisthi. Li tilfet kull sens ta’ irgulija. Fl-istorja politika ricenti l-aghar attrocitajiet fil-qasam tal-Intern saru taht gvernijiet Laburisti. Kien zmien fejn nies kienu jigu ttorturati d-depot.  Smajna stejjer ta’ mock executions. Kien zmien fejn persuni gew maqtula d-depot. U intremew mill-pulizija stess f’wied. Fejn arrestati hargu mid-depot imbiccra. B’diversi ksur f’gisimhom.

Kien zmien fejn kriminali Socjalisti kienu jigru fit-toroq taz-Zejtun armati. F’tal-Barrani kriminali Laburisti thalltu mal-pulizija. Biex jisparaw fuq folla Nazzjonalista. Pulizija tar-regim Laburista kienu jisparaw fuq partitarji Nazzjonalisti.

U waqt li kienu qed jigru dawn il-hnizrijiet kienu politikament responsabbli nies li llum jinsabu deputati tal-Oppozizzjoni madwar Joe Muscat. Deputati tal-Oppozizzjoni li dak iz-zmien kienu ministri jew deputati tal-Gvern Laburista. Inkella ufficcjali gholja fil-Partit Laburista. Dawn in-nies huma politikament responsabli ghal dawn l-atrocitajiet.

Jekk il-Labour ikun fil-gvern dawn in-nies jergghu jsiru ministri. Joe Muscat sar jiddeletta hafna bil-garanzija. Ma jitlifx opportunita biex jghidilna li hu safe. 

Fil-granet li ghaddew Joe Muscat tana l-akbar garanzija li kellna bzonn.

Urewna bil-fatti li baqghu l-istess. Ma nbiddlux. Labour li ghadu jemmen fil-vendikazzjonijiet. Li lest jattakka personalment lil min ma jaqbilx mieghu. Li lest iwegga’ u jipprova jkisser l-avversarji politici tieghu.

Tal-Labour ma tistax tafdahom.   


Azerbajgan

Ghajnejn id-dinja kienu fuq l-Azerbajgan. Fejn sar il-Eurovision. Miljuni ta’ nies jaraw il-Eurovision madwar id-dinja. Urewna s-sabih ta’ dan il-pajjiz. Ghal dan il-festival inbniet sala mill-isbah. 

Imma wara dawn ix-xenxilli hemm realtà ohra. Il-pajjiz hu sinjur.  Fil-pajjiz m’hemmx demokrazija. Min jikkritika t-tmexxija tal-pajjiz jispicca arrestat. In-nies jghixu fil-biza’. Gurnalisti internazzjonali ftit li xejn jithallew jithalltu man-nies komuni fil-pajjiz. Biex inbniet is-sala lussuza tal-Eurvision eluf ta’ nies tilfu darhom. Gew imnehhija bil-forza. U intbaghtu jghixu f’gabubi. L-aqwa li d-dinja rat sala mill-isbah. Kollha kuluri u tizjin.

Il-kant tal-Eurovison faga l-karba ta’ poplu ddisprat.

Ma’ Edgar

Dil-gimgha qam l-argument ta’ single rooms fid-djar godda tal-anzjani. Minhabba d-domanda dejjem tizdied ghas-sodod tal-anzjani ghandna nnaqsu n-numru ta’ single rooms?   Biex joqoghdu aktar nies. Nghidu ahna taghmilhom kmamar ta’ bi tnejn. Edgar Galea Curmi assolutament ma jaqbilx. Isostni li kull anzjan ghandu jkollu l-privatezza. Lili kkonvincieni. U naqbel mieghu.

Waqt id-diskussjoni ridt nigbidlu saqajh. Ghidtlu “Edgar immagina jien u int ikollna xi tmenin sena. U nispiccaw naqsmu l-istess kamra flimkien.” Kien pront wegibni “Alla hares. Se naghmilha bil-miktub minn issa. Jekk nixjieh u jkolli bzonn nidhol f’Dar tal-Anzjani u l-uniku post li jkun fadal jkun fl-istess kamra mieghek allura rridhom ihalluni immut barra. Imbasta mhux haj hdejk.”

Vera ilsien Demokristjan.