Monday, 16 July 2012

Night shelter Ġdid

Din il-ġimgħa għas-Segretarjat tiegħi hi waħda ta’ ferħ għax ħamest ijiem oħra l-Prim Ministru Lawrence Gonzi u jien se nkunu qed niftħu matul din il-leġislatura t-tielet night shelter.

Bħala gvern introduċejna dan il-kunċett totalment ġdid għal Malta fiż-Żejtun u wara frixna s-servizz għall-Mellieħa.  Din id-darba bdilna maħżen fir-Residenza San Vinċenz de Paul f’akkomodazzjoni komda li se tilqa’ tmienja min-nies għal billejl.
Irrid infakkar li Gvernijiet Nazzjonalisti biddlu minn qiegħ nett din ir-residenza li taħt Gvernijiet Laburisti kienet intelqet u kienet saret post mitluq u abbandunat. Xempju tal-mistħija! Gvernijiet Nazzjonalisti dejjem taw l-aqwa u l-aħjar servizzi għall-anzjani tagħna.   

Aħna erġajna poġġejna fuq l-aġenda tagħna din ir-Residenza u maż-żmien bdilnieha għall-post li jirrispetta lill-anzjani tagħna. Ir-Residenza llum mhux biss tilqa’ l-anzjani imma tara li tindirizza l-aspett soċjali, psikoloġiku, soċjali u reliġjuż tal-klijenti tagħha.  Kburin ngħidu li llum qridna mill-Malti l-kelma ingieret. 
F’dak li kien l-Ingiret minbarra l-Blokka Ġwanni Pawlu 11 b’kura speċjalizzata għall-persuni bid-dimensja, għadd kbir ta’ swali gġall-anzjani, ċentru ta’ matul il-jum popolari għall-klijenti bid-dimensja li jgħixu fil-komuntajiet tagħna, u sala għar-respite beds, issa qed niftħu t-tielet post ta’ kenn u wens għall-anzjani matul il-lejl. 
In-night shelters joffru l-possibilità li r-resident li jkun indipndenti jgħix hemm matul il-lejl biss u matul il-jum ikompli ħajtu attiva fil-komunità. U l-anzjani llum mhumiex mitluqa.  Issibhom attivi fil-ħajja soċjali, pubblika, politika u ekonomika tal-pajjiż.

Fin-night shelters jitwieldu l-ħbiberiji u r-rispett bejn il-grupp li jgħix fih u allura jiġu miġġielda s-solitudni u l-abbandun li bosta drabi l-anzjani huma vittmi naturali tagħhom.
Fuq kollox f’dawn iċ-ċentri, ir-residenti jwennsu lil xulxin u jgħixu kuntenti bħall-familja waħda. Aħna naħsbulhom għal kollox. Kamra komda u diċenti mgħammra b’nursing call button biex inserrħu l-imħuħ tar-residenti li hemm min qed jieħu ħsiebhom.

In-night shelters huma fanal għall-matul il-lejl. Huma għodda li jagħmlu d-differenza. Huma esperjenza fihom infushom. Strument ħaj biex intejbu l-ħajja tal-anzjani tagħna.
Minbarra l-fatt li dawn il-postijiet ta’ wens huma opportunità oħra biex inħaddmu n-nies.  Weħidha r-residenza llum tħaddem iktar minn 1000 ħaddiem fi gradi differenti.

Saturday, 14 July 2012

Premju Haddiem tas-Sena Sptar Mount Carmel

DISKORS TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA’ L-ONOREVOLI MARIO GALEA WAQT L-GĦOTI TAL-PREMJU ĦADDIEM TAS-SENA U PREMJU TIM TAS-SENA ORGANIZZAT MILL-ISPTAR MONTE CARMELI, Ħ’ATTARD, IL-ĠIMGĦA 13 TA’ LULJU 2012.
Din il-festa tal-lum hija ċelebrazzjoni. Ċelebrazzjoni tal-ħidma li ssir fil-kwiet minnkom l-ħaddiema ta’ dan l-isptar. Kemm dawk li jaħdmu hawn f’dan l-isptar kif  ukoll dawk li jaħdmu fis-servizzi fil-komunità. Ħidma li ssir minn ħaddiema u professjonisti differenti. Imma lkoll importanti. Ilkoll b’għan wieħed. Li tagħtu kura ħolistika u tagħmlu d-dfferenza fil-ħajja tal-pazjenti bi problema ta’ saħħa mentali. Ħidma li ħafna drabi ssir fis-skiet. ’Il bogħod mill-għajn tan-nies tat-triq. Mistura mill-kameras tat-television. U moħbija mill-pinna tal-ġurnalisti. 
Għax is-saħta tal-istigma mhix immirata biss lejn in-nies bi problemi ta’ saħħa mentali. Imma saħansitra anki lejkom il-professjonisti li taħdmu f’dan is-settur. Għax hawn min għadu jħares lejn il-professjonisti li jaħdmu f’dan il-qasam b’ċertu dubju. Bhallikieku intom professjonisti anqas minn sħabkom li jaħdmu f’dixxiplini oħrajn. M’hemm għalfejn ngħidilkom jien li m’intomx. F’dan l-isptar u fis-servizzi li nagħtu fil-komunità, ta’ kuljum intom tmissu ħajjiet in-nies. Tagħmlu id-differenza f’mijiet ta’ familji. Li jiġu bżonn is-servizzi tagħkom. Ikollkom l-istejjer ta’ suċċess. Min jaf kemm nies ġew għandkom imfarrka. Bit-toqol tal-mard mentali. U llum fiequ. Jew jinsabu stabbli. Aħjar. U  qed ikomplu jgħixu ħajjithom. Hi x’inhi l-idea immuffatta ta’ ħafna jibqa’ l-fatt l-pazjenti u l-professjonisti fl-qasam tal-psikjatrija m’humiex ulied Alla tat-tieni klassi.
Intom il-ħaddiema u l-professjonisti ta’ hawn ġew iċ-ċavetta li tiftħu l-ħitan li kapaċi jaqflek fihom il-mard mentali. Biex il-klijenti tagħkom jerġgħu jingħaqdu ma’ nieshom u ħbiebhom. Ikomplu l-mixja tagħhom fil-komunità mkebbsa mill-ġdid bl-imħabba lejn il-ħajja. Intom terġgħu tnebbħu fihom il-ħolm li għal xi żmien kien deher li sparixxa. U terġgħu tnibbtu fihom ir-rieda biex dak li nħatt jerġa’ jinbena.
Il-ħidma li qed tagħmlu intom hija kbira u speċjali. Speċjali għax kif għedt ħafna drabi tagħmluha fis-skiet. Minghajr ir-rikonoxximent xieraq. Naċċertakom li jien personalment u l-gvern napprezzaw l-enerġija tagħkom.  Din tal-lum mhux okkażjoni ta’ xinxilli imma ċelebrazzjoni tal-impenn taghkom. Jum li fih nieqfu ftit u aħna b’sens ta’ dmir u bi pjaċir niġu hawn. U ngħidulkom grazzi. Grazzi ħafna mill-qalb.
L-iskop aħħari mhux min se jirbaħ il-premjiiet. Xi ħadd irrid jirbaħ. Imma fl-aħħar mill-aħħar intom ilkoll rebbieħa.  Oliver Friggieri kiteb ħajku li kif tafu hija poeżija ta’ tlett linji li naħseb hu maqtugħ għalikom. Għax iqaxxar ix-xoghol li tagħmlu intom. Dan il-ħajku jgħid hekk:

Intom  tħallu

Warajkom il-passi tagħkom

Fuq qalb ħaddiehor
U tabilħaqq hekk hu. X’hemm isbaħ fil-ħajja milli jkollok l-opportunità li permezz tax-xogħol tiegħek tidħol f’qalb bniedem ieħor. U tnaqqaslu d-dieqa. U l-piż tal-ħajja. Tgħinnu jkun aħjar. Mhux lilu biss imma lil ta’ madwaru wkoll. Għalhekk il-festa tal-lum. Festa tal-impenn tagħkom li tagħtu kwalità ta’ ħajja aħjar lill-klijenti tagħkom.
Sfortunatament, is-soċjetà tagħna l-istess bħall-popli oħrajn bniet diversi teoriji u ħallata ballata ta’ ideat dwar il-mard mentali. Anki llum meta qegħdin fl-era ta’ edukazzjoni u meta ninsabu invażati b’ għejun ta’ informazzjoni, l-injoranza fuq dan il-mard baqgħet b’rasha mgħollija ssaltan galor.
Ħafna jaħsbu li l-mard mentali hu esklussiv u jolqot lil ftit nies. Aktarx jemmnu li l-mard mentali jolqot lil min is-soċjetà tikklassifikah fil-qiegħ tal-piramida soċjali għax forsi ma tgħallimx l-iskola. Jew ġej minn sfond fqir.
Hija ħasra li ħafna ma jintebħux li l-istorja tal-umanità hi mżewqa b’nies li għamlu l-istorja.  Nies li minkejja s-suċċess u l-fama li kisbu, kellhom ukoll problemi ta’ saħħa mentali. Insemmi biss ftit eżempji. Ix-xjentist Isaac Newton, il-kompożitur Ludwig van Beethoven, il-President Amerikan Lincoln, il-pittur immortali Van Gogh, l-ikona Florence Nightingale, Il-Prim Ministru Ingliż Winston Churchill, ix-xjenzat tant magħruf Charles Darwnin. Il-mużiċista Billy Joel kif ukoll l-attriċi Brooke Shields, it-tnejn li huma kienu tkellmu bil-miftuħ dwar l-esperjenza tagħhom tad-depression. Il-Pricipessa Diana kellha depression u eating disorders.  L-attur magħruf Harrison Ford ukoll kien ibati minn depression. L-istess il-kantanta famuża Olivia Newton-John għaddiet minn esperjenza ta’ depression.  L-awtriċi tas-sensiela popolari Harry Potter, Joanna Rowling  titkellem f’intervista dwar il-fatt li kienet għaddiet minn esperjenza ta’ depression u saħansitra kienet ukoll suwiċidali.
Dawn, u tant oħrajn, ilkoll għaddew mit-tribulazzjoni u l-piż ta’ mard mentali. Għax il-mard mentali ma jħarisx lejn l-uċuħ. Inkella lejn l-istat tiegħek fis-soċjetà.  Tabilħaqq fejn tidħol il-possibiltà tal-mard mentali kulħadd f’baħar wieħed qiegħed. 
Kif  tafu sew l-istigma dwar il-mard mentali mhix xi ħaġa ta’ Malta biss. Xi ħmistax ilu, il-BBC irrapporta bi prominenza li żewġ Membri Parlamentari Ingliżi l-Onorevoli Charles Walker u l-Onorevoli Kevan Jones ħadu deċiżjoni u tkellmu għall-ewwel darba fil-House of Commons fuq l-esperjenza personali tagħhom tal-mard mentali.  Iż-żewġ membri Parlamentari stqarrew li ma kinitx deċiżjoni faċli li jitkellmu fil-pubbliku fuq il-fatt li għaddew minn esperjenza ta’ mard mentali. Dan minkejja li fl-Ingliterra mill-anqas wieħed minn kull erba’ persuni hu stmat li se jbati minn problemi ta’ saħħa mentali f’xi mument tul ħajtu. 
Il-Membru Parlamentari Kevan Jones ammetta waqt id-diskors tiegħu fil-House of Commons li  dan kien wieħed mill-aktar diskorsi diffiċli li qatt kellu jagħmel tul il-karriera politika tiegħu. Hu kompla li ma kienx jaf jekk din l-ammissjoni kinitx se taffettwa l-karriera politika tiegħu. Jew kif se jibdew iħarsu lejh il-kostitwenti tiegħu. Imma stqarr li ikunu xi jkunu l-konsegwenzi, jekk dan il-pass kien qed jgħin biex titnaqqas l-istigma allura kien laħaq l-għan tiegħu.
Kif tafu jien tkellimt diversi drabi fuq l-esperjenza personali tiegħi meta kont għaddejt minn esperjenza ta’ depression. Ma tkellimtx biex ikun eroj. Ghax minix. Tkellimt biex nikser is-skiet li jtarrax li għad hawn fuq il-mard mentali. Biex napprezzaw li l-mard mentali jista’ jolqot lil kulħadd. Int min int. U int x’int. Fuq kollox tkellimt biex nwassal messaġġ li ma fiha xejn x’tistħi li tgħid li għaddejt minn esperjenza ta’ problema ta’ saħħa mentali.
Nistqarr li wara l-ammissjoni tiegħi bqajt skantat bl-ammont ta’ nies li ġew fuqi. U bdew ikellmuni fuq esperjenzi simili tagħhom. U jgħiduli kemm għamiltilhom kuraġġ meta ammettajt fil-pubbliku li kont għaddejt minn esperjenza ta’ depression. Mhux wieħed u tnejn qaluli “jekk ma ddejjaqtx titkellem int allura nista’ nitkellem jien ukoll fuq l-esperjenza tiegħi.” U dak hu li jagħtini ħafna sodisfazzjon. U jikkonvinċini nibqa’ nsemmi din l-esperjenza personali. 
Meta tkellmu ż-żewġ Membri Parlamentari Ingliżi diversi organizazzjonijiet volontarji fl-Ingilterra, li jaħdmu kontra l-istigma sejħu d-diskorsi taż-żewġ membri parlamentari bħala milestones importanti biex titnaqqas l-istigma. Kien hemm min sejjaħ id-diskorsi taż-żewġ membri Parlamentari Ingliżi bħala “diskorsi storiċi  u kuraġġużi.”
Nistidinkom biex flimkien inkomplu interrqu f’din it-triq iebsa tal-bidla. Sakemm naslu fi stat li jekk membru parlamentari jammetti li għadda minn esperjenza ta’ problemi ta’ saħħa mentali la jibqa’ jitqies pass kuraġġuż u anqas storiku. Jekk membru parlamentari jammetti li għandu d-dijabete jew kundizzjoni tal-qalb ma tkunx ammissjoni storika. Nerġa’ insaqsi - Għaliex għandha tkun differenti jekk tammetti li għandek jew kellek problema ta’ saħħa mentali?
Dan il-poplu jagħmel sew jekk jistenbaħ mir-raqda komda li jinsab fiha. Jaqbillu jfarfar l-għanqbut li trabba tul is-snin fuq is-saħħa mentali. Nerġa’ nfakkar li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qed tbassar li minn hawn u ftit snin oħra l-problemi tas-saħħa mentali speċjalment dawk l-aktar komuni bħad-dipressjoni u l-ansjetà se jkunu ferm aktar komuni mill-kanċer u d-dijabete.  Ħadd m’għandhu dritt jiskanta. Jittimbra u jwarrab nies bi problemi ta’ saħħa mentali. Jien ma niskantax minn min ikollu bżonn kura għall-probelma tas-saħħa mentali. Jien niskanta biss b’dawk li jiskantaw.  Nagħder l-injoranza tagħhom.
Għax kif  kien qal ferm tajjeb l-ex president Amerikan Bill Clinton:  Mental illness is nothing to be ashamed of, but it is the stigma and bias that should shame us all.    

Wieħed irid jirrikonoxxi li l-kura fis-saħħa mentali f’Malta mxiet ħafna.  Minbarra dan l-isptar qegħdin  dejjem ninvestu aktar fis-servizzi fil-komunità. Fil-fatt fil-kommunità biss f’dawn l-aħħar erba’ snin investejna xejn anqas minn seba’ miljun ewro. Is-sena li għaddiet  xejn anqas minn 14,000 il-persuna użat is-servizzi tagħna fil-komunità.
Ta’ min ifakkar li hija d-direzzjoni tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa li fil-qasam tas-saħħa mentali għandna kemm jista’ jkun ninvestu fil-komunità. 
Fuq kollox issa għamilna pass ieħor importanti ħafna. Dan hu l-att il-ġdid dwar is-saħħa mentali.  Liġi li se tbiddel il-kura fil-qasam tas-saħħa mentali. Kif kelli l-okkażjoni ngħid diġà din il-liġi ma tħarisx lejn il-marda mentali. U tieqaf hemm. Imma din hi liġi li qed tifhem li wara l-marda, l-ewwel u qabel kollox hemm bniedem. Li jrid jiġi ttrattat b’rispett u b’dinjita.
Konklużjoni
Biex nikkonkludi ppermettuli nerġa’ nsemmi esperjenza li qaltli waħda mill-professjonisti tagħna li taħdem magħna f’dal-qasam. Ftit ilu din il-professjonista ltaqgħet miegħi u qasmet miegħi xi ħaġa li qaltilha milux waħda mill-pazjenti tagħha. Qed nerġa’ nsemmiha għax vera fiha messaġġ qawwi.
Din il-pazjenta qaltilha hekk “ħa ngħidlek ... int la jasal it-tmiem tiegħek u tidher quddiem Alla mhux se tkun waħdek. Għax int se jkollok miegħek ħafna qfief tqal. Alla se jħares lejn dawk il-qfief, jitbissimlek u jħaddnek miegħu.  Għax dawk il-qfief huma mimlija bit-toqol tal-mard tagħna li int ħadt fuqek u serraħtna minnu.”
Lilkom lkoll li taħdmu f’dan il-qasam grazzi għat-tgħabbija kbira li qed iġorru fis-skiet. Sinċerament nemmen li għandkom premju jistennikom fis-sema.

Friday, 13 July 2012

Cirasa 13-07-2012

M’Anne Bugeja

Il-bierah ircivejt ahbar li hallietni bla kliem. M’Anne Bugeja nurse f’San Vincenz hallietna hesrem. Bla kliem u bla sliem.

Bla tlaqliq nghid li M’Anne kienet wahda mill-ahjar nurses li kellna F’San Vincenz. Kienet Practise Development Nurse. Dedikata. Tal-affari  taghha. Kont tlabtha tohodli hsieb il-kors tal-carers li qed nitrenjaw f’San Vincenz. Min jaf kemm ghallmet carers. Mhux biss kienet nurse kapaci. Imma dak li kienet taf kienet dejjem lesta taqsmu ma shabha.

M’Anne kienet nurse li thobb l-anzjani.  Kienet taqbez ghalihom. Dejjem tirsisti  li l-anzjani taghna ghandhom dritt jinghataw l-ahjar kura possibli.

Fuq kollox M’Anne kienet tfajla ferrieha. Dejjem bi tbissima fuq fommha.  Shabha kienu jfittxuha mhux biss ghall-parir professjonali. Imma wkoll bhala habiba.  Kienet tirrecta fuq il-palk. Kemm fid-Domus iz-Zejtun. Kif ukoll mal-anzjani San Vincenz.

F’M’Anne jien kont sibt habiba. Kollega professjonali. U xi hadd li stajt tafdah b’ghajnek maghluqin. Is-sliem ghaziza M’Anne. Strieh fil-paci. Grazzi hafna ta’ kollox. M’ahna se ninsewk qatt M’Anne. Ghax minghajrek San Vincenz mhux se jkun l-istess.

 Ix-xemx tnixxfek

Bhalissa ghaddejjin minn shana kbira. Importanti li kulhadd isegwi l-pariri li tajna. Safejn hu possibbli trid tevita x-xemx ta’ bejn il-11am u l-4pm. Trid tilbes hwejjeg cari. U hfief. Importanti li tixrob hafna ilma. Anki jekk ma jkollokx ghatx. Kul ikel frisk bhal salads. Jekk se tmur fix-xemx uza sunblock tajjeb. U pprova fittex id-dell.

 Ix-xemx sabiha. Imma perikoluza. Tafdahiex.

Il-House Visit ta’ Jason.

Mela nhar il-Hadd, siehbi l-Ministru Jason Azzopardi kien qed jaghmel il-house visits Rahal Gdid. Kellu appuntament ma’ familja. Hu u diehel ghajtitlu gara. Li inzertat fil-bieb.  “Int qed idur id-djar?” staqsietu din il-mara.

“Iva daz-zgur,” wegibha Jason.

“ Mela ejja ghandi Sinjur. Kemm ili biex niltaqa ftit mieghek. Int wiehed miz-zwiemel li ghandna fil-partit taghna,” qaltlu din il-mara.

“Grazzi Sinjura. Iva nigi bil-qalb kollha. Imma stennini nidhol ghand din il-familja ta’ hdejk ghax ghandi apputament maghhom u wara nigi ghandek.

Jason hekk ghamel. Kif lesta l-familja tal-appuntament baqa sejjer ghand il-mara li kienet ghajtitlu.   Kif dahal din laqgħetu mill-ewwel “X’se naghmlu Sinjur? Se nirbhu. Serrahli rasi ghidli li se nirbhu ghax digà ghandi qalbi tferfer.

Bil-kalma Jason  wegibha “Ara Sinjura did-darba mhux se tkun facli. Imma verament nemmen li ghandna biex nirbhu. Imma rridu nibqghu nahdmu sal-ahhar.”

 “Ma nafx kif qed tghidli hekk Sinjur daqskemm qed ikollna nies”, kwazi widdbitu. Imbaghad il-mara harget il-flixkun tal-inbid. U nsistiet li tferraghlu tazza inbid. “Sinjura jahasra jien ma nixrobx. Anqas fit-tieg ma xrobt. Vera ma nixrobx. Grazzi talli daħhaltni ghandek. Imma issa se jkolli nahseb ghax fadalli fejn immure,” wegibha Jason.

Kif kien qabad hiereg il barra, il-mara kienet pronta gibditu mill-komma tal-glekk. “Hawn int toqghodx thalli in-nies jidhku bik. Ara sew ghand min qed tidhol. Dik li kellek appuntament maghha dik gakbina. Dik mhux maghna Dik Nazzjonalista tinten.”

Monday, 2 July 2012

L-Anzjani fil-Qalba tal-Politika Nazzjonalista

Għall-Partit Nazzjonalista l-anzjani huma fil-qalba tal-politika tiegħu. Gvernijiet Nazzjonalisti ħadmu biex l-anzjani jgħixu x-xjuħija tagħhom b’dinjità.

Il-Partit Nazzjonalista japprezza dak li l-anzjani għamlu għall-familji tagħhom u għall-pajjiż. Fuq kollox jagħraf l-importanza ta’ dak li jistgħu jkomplu jagħmlu. Irridu l-anzjani jibqgħy jgħixu fil-komunità. Sa fejn ikun possibli. 

Qed insaħħu s-servizzi fil-komunità biex ngħinu l-anzjani jibqgħu jgħixu ħajja indipendenti u attiva konxji li l-bżonnijiet varji tagħhom qed ikunu indirizzati b’lista twila ta’ servizzi.

Il-Partit Nazzjonalista jagħraf li l-anzjani għandhom id-dritt tal-għażla li jibqgħu jgħixu d-dar jew li jinġabru f’dar tal-anzjani. Għalhekk Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jibqa jinvesti bil-kbir fservizzi fil-komunità kif ukoll f’postijiet residenzjali għall-anzjani.

Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ta ż-żieda sħiħa lill-anzjani, daqskemm ħadu l-ħaddiema. Fdawn l-erbasnin l-anzjani ngħataw żieda mill-Gvern ta’ 19.21 fil-ġimgħa.

Qabel jekk anzjan kien jiddeċiedi li jibqajaħdem kien jitlef il-pensjoni. Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jqis il-pensjoni bħala dritt tiegħek u takull anzjan ieħor. Għalhekk min jiddeċiedi li jibqajaħdem jieħu l-pensjoni sħiħa u l-paga għax-xogħol li jagħmel.

Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi f’din il-leġislatura introduċa servizz ieħor ġdid fil-komunità. Il-Gvern fetaħ l-ewwel żewġ night shelters fiż-Żejtun u l-Mellieħa. Qed nagħtu serħan il-moħħ lill-anzjani li jridu jqattgħu l-ħin mal-ġurnata d-dar u bil-lejl fil-kumpanija ta’ ħaddieħor. Fil-ġimgħat li ġejjin se niftħu t-tielet wieħed f’San Vinċenz de Paul.

Ir-riżultat ta’ din il-ħidma sfieqa jfisser li l-anzjani qed jgħixu aktar fit-tul. Ifisser sfida fuq kollox.  Imma din sfida li ma nibżgħux minnha. Għall-kuntrarju, se nkomplu naħdmu biex nipprovdu l-aħjar għall-anzjani tagħna. 

Friday, 29 June 2012

Ċirasa 29 ta' Ġunju 2012

JPO u Jien

Jeffrey Pullicino Orlando ghamel allegazzjoni serja fil-Parlament. Qal li kien hemm ghaxar Membri Parlamentari min-naha tal-Gvern  li tkellmu mieghu. U qalulu li xtaqu jivvutaw biex jitnehha Richard Cachia Caruana.  Baqa jirrifjuta li jsemmi min huma.  

La Jeffrey semma ghaxar deputati tal-Gvern tefa id-dubju fuq kulhadd. Inkluz fuqi. Jien digà iffirmajt dikjarazzjoni li jien qatt ma kelli l-icken hsieb li nivvota favur il-mozzjoni tal-Oppozizzjoni. U kontra Richard Cachia Caruana.  Minn hawn qed nerga nichad.  Qatt ma kelli hsieb nivvota favur il-mozzjoni. Anzi ghedt u ktibt pubblikament li l-vot kontra Richard kien vendetta personali. Decizjoni li minnha se jbati pajjizna.  Richard kien qed jaghmel bicca xoghol eccellenti ghal pajjizna. Hija l-fehma tieghi li minn ivvota kontrieh ghamel vendikazzjoni lil pajjizna.

Ghall-grazzja t’Alla jien bniedem zbukkat. LI jkolli nghid nghidu. M’ghandix bzonn messagiera. Kieku kelli xi haga x’nghid lil Richard Cachia Caruana kont nghidhielu f’wiccu. Zgur ma kontx se ninqeda b’Jeffrey. Mhux gust li nuzaw il-privilegg parlamentari biex nitfghu d-dubju fuq Membri Parlamentari ohrajn.

Jeffrey Pullicino Orlando ghazel li juza l-kumdità tal-Privilegg Parlamentari. Jien qed inwiegeb minn barra l-Parlament. M’ghandix bzonn privileggi. Ghax m’ghandix x’nahbi.

Nazzjonalist u Kburi 

Jien Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Fil-partit dejjem hassejtni komdu. Kemm fil-partit kif ukoll fil-kabinett dejjem sibt il-libertà li nghid dak li nhoss. Minghajr ebda biza. Jien kburi li qed nahdem fit-team tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi. Hu bniedem kapaci. Kalm. Imma assertiv. Jisma lil kulhadd. Ghandu vizjoni. U kapaci jiehu decizjonijiet difficli. Nemmen li nies bhal Lawrence Gonzi lill-politika jaghtuha aktar kredibilità.

Jien tlajt fil-Parlament bil-voti tan-Nazzjonalisti. Sakemm indum haj nibqa nahdem biex il-Partit Laburista ma jkunx fil-Gvern. Ghax meta l-Labour kienu fil-gvern abbuza mill-poter. Wegga lil min ma kienx jaqbel maghhom.

Jien Nazzjonalist miz-Zejtun. U kburi.

Lilly

Smajt ohra tajba fuq Lilly Pullicino “tal-Bux”. Kien zmien il-Milied. Guzu, ir-ragel taghha, talabha tixtrilu plakka tad-dawl.   Lilly marret ghand taz-zebgha. Talbitu plakka ta’ kwalità. Hallsitu u telqet il barra.

Konna ghadna bil-flus l-antiki. X’hin waslet id-dar il-Bux qallha

”Din vera plakka tajba. Vera LM1.75c imma worth it. Ghax plakka tajba.  Lilly kienet pronta qabzet. “Kemm ghedt li hi Guz il-plakka?”

Hawn ghandek miktub fuqha stess, Lm1.75 cents”, irrispondieha Guzi.  Imma  iien 75 cents biss tajtu lil tal-hanut.” wegbitu Lilly.

“Allura ma qallek xejn?” staqsieha Guzi. 

Heqq tajtu is-75 cents u qalli  “il-kumplament.” Heqq jien hsibtu qed jawgurali ghall-Milied. U  kont pront wegibtu lilek u l-familja kollha  habib.  U tlaqt il-barra.”

 Il-Bux kien se jmut bil-misthija.   


Friday, 22 June 2012

Ċirasa 22 ta' Ġunju 2012





CIRASA 220612          

Vendetta

Taht Joseph Muscat l-Oppozizzjoni marret lura. Qed jergghu johorgu fil-berah l-elementi vendikattivi tal-Labour.  L-ahhar wahda kienet il-mozzjoni kontra l-ambaxxatur Richard Cachia Caruana. Jekk mhux sejjer zbaljat din hija l-ewwel darba li ambaxxatur kellu jirrizenja. Wara mozzjoni u attakk personali fuqu mill-Oppozizzjoni.

Tlifna persuna ferm kompetenti. Ta’ esperjenza kbira. F’istituzzjoni daqstant importanti. Bl-agir tal-Labour ma tilifx Richard Cachia Caruana. Imma tilfet Malta. Il-Partit Labuista biex jaqta’ l-ghatx li ghandu ghall-vendetta ghamel l-akbar vendikazzjoni lil pajjizna. Imisshom jisthu.

Dan l-attakk fuq RCC vera kien tal-misthija. Meta kellna mozzjoni biex jitnehha imhallef li ghamel snin ma jidholx ghax-xoghol u baqa’ jiehu l-paga, l-Oppozizzjoni ma ivvutatx biex jitnehha. Imma mbaghad kellha l-wicc tost li tivvota kontra Richard Cachia Caruana. Richard kien strumentali fin-negozjati ghad-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Bhala ambaxxatur, Richard kien qed jaghmel bicca xoghol tajba hafna.

Ta’ min ifakkar li Richard kien ghoddu hallas b’hajtu b’konsegwenza tal-qadi ta dmirijietu. Baqa’ haj ghax Alla kien mieghu. Imma ghandna oppozizzjoni li ghaliha l-vendikazzjoni personali tigi l-ewwel u qabel kollox.  Din il-mozzjoni kellha riha qawwija ta’ vendetta u ingratitudni.

Daphne Caruana Galizia

Fid-dibattitu fuq il-mozzjoni ta’ RCC isemmiet il-gurnalista Daphne Caruana Galizia. L-artikli ta’ Daphne naqrahom. Assolutament ma jaghmilx sens l-argument li Daphne tikteb dak li jghidilha Richard Cachia Caruana. Min jaf lil Daphne jaf li m’hiex it-tip ta’ persuna li se thalli lil min jghidilha x’tikteb. Ghandha mohh ghaliha. U naghmilha rasha iebsa  ukoll. Zgur mhux it-tip li se thalli lil xi hadd jissuggerilha x’tikteb. Jew jghidilha lil min tikkritika. Hija t-tip ta’ gurnalista li jekk xi hadd jazzarda jindahlilha x’ghandha tikteb ma tiddejjaq xejn tibaghtu jsaqqi l-hass tal-Marsa.

Ghalhekk ma nifhimx kif Richard Cachia Caruana kellu jgorr il-piz ta dak li tikteb Daphne


Dinjità

Ma flahtx nisma’ lil George Vella jaghtina lezzjoni fuq id-dinjità tal-Parlament. Taf meta kellu d-dinjità il-Parlament? Meta shabu ex ministri Laburisti kienu jtellghu kocc kriminali maghhom il-Parlament. Fejn kienu jattakkaw gurnalisti. U sahansitra anki deputati tal-oppozizzjoni Nazzjonalista. Uhud minn dawn l-eks ministri Laburisti ghadhom hemm. Bilqieghda hdejn George Vella.

Jekk l-Onorevoli George Vella insieh dak iz-zmien. Ahna ma nsejniehx.  

Noelle

Anki f’mumenti serji hafna nipprova naghlaq b’esperjenza umorisitika. Mela l-ahhar Gimgha l-Kbira morna bhas-soltu ghall-purcissjoni iz-Zejtun. It-tifla Nicole, kellha maghha l-habiba taghha Noelle. Wasalna l-pjazza taz-Zejtun. Naraw il-pucissjoni hierga.

Hin minnhom il-habiba tat-tifla Noelle giet fuqi. U bl-akbar serjetà qaltli “Mario hawn iz-Zejtun mietilhom xi hadd important zgur. Jew mietilhom l-arcipriet jew ma nafx min mietilhom.”

“Ghalfejn qed tahseb hekk?”staqsejtha skantat.

“Mela m’intix tarahom il-bnadar kollha mezz’asta u bic-cfuf suwed. Zgur li mietilhom xi hadd importanti,” wegbitni bl-akbar serjetà.

 Kif tista’ ma tiktibx?

Tuesday, 19 June 2012

Is-Settur tal-Anzjani joħloq ix-Xogħol

Is-settur tal-anzjani huwa settur li jimpjega bosta nies kemm mal-Gvern kif ukoll mal-privat.  Hemm diversi gradi ta’ xogħlijiet li jitlob is-settur li lkoll kemm huma importanti biex jassiguraw livell għoli ta’ għajxien lill-anzjani tagħna.   

 Fis-settur illum għandna iktar minn 2800 ħaddiem.  Fost dawn għandna 655 social assistants li llum saru tal-post u llum huma ħolqa importanti biex l-anzjani jistgħu jgawdu minn livell ta’ indipendenza fil-komunitajiet tagħna.

Jekk inħarsu lejn ir-Residenza San Vinċenz de Paul ta’ Ħal Luqa ninuttaw li hemm hekk biss il-Gvern qed iħaddem iktar minn 1000 ħaddiem. Filfatt għandna 1089 għall-preċiżjoni.

Biex tħaddem il-lista twila ta’ servizzi li qed nagħtu għall-anzjani tagħna bħad-djar tal-anzjani, in-Night shelters, Respite Service, iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum, il-Homehelp, il-Meals on Wheals, il-Handyman Service, u diversi oħrajn, trid il-ħaddiema. Ban barra l-isptarijiet, it-tobba, l-infermieri, il-carers u oħrajn.  Fil-qasam il-Gvern qed jagħmel investimenti kbar. U rridu nfakkru li s-servizzi ma naqsux.  Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed niftħu t-tielet night shelter. 

Dawn huma r-records li jiftaħru bihom Gvernijiet Nazzjonalisti: il-ħolqien tax-xogħol u l-istatistika tan-nies li qed nimpjegaw.  F’dawn l-aħħar 4 snin nħolqu 20,000 post tax-xogħol ġdid. Wieħed ma jridx jinsa li f’Malta r-rata tal-qgħad hi fost l-anqas fl-Unjoni Ewropea. Bil-ħidma kbira li qed inwettqu qed nassiguraw li l-ħaddiema Maltin huma l-anqas li jħallsu rata ta’ taxxa mill-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea.

Dan jikkontrasta mal-politika ta’ Dott Muscat. Muscat għandu ambizzjoni għalih innifsu li jsir Prim Ministru u ma jimpurtahx mill-prioritajiet tieghek. 

Il-verità hi waħda: Muscat jagħżel ħażin u tbati int.