Friday, 25 January 2013

Cirasa 25 ta' Jannar 2013.


Marjohn

Konna qed nistennewha imma xorta hasditna. Marjohn Bugeja ta’ 39 sena, missier ta’ zewgt itfal zghar halliena.  Il-marda qalila li hakmitu fl-ahhar rebihtlu. Anki jekk baqa’ jiggieldilha sal-ahhar. 

Marjohn kien bniedem li fiz-Zejtun kien ihobbu kulhadd.  Kien bennej li ghamel hafna xoghol ghall-parocca taz-Zejtun.  Hajtu kienet il-familja u l-festa ta’ Santa Katerina.  Kien fl-ghaqda tal-armar tal-festa. Post fejn ghamel hafna u hafna xoghol. Marjohn ghamel hajtu jiehu hsieb Santa Katarina.  Issa wasal il-mument li Santa Katerina tiehu hsieb martu u uliedu. Kif ukoll il-genituri tieghu u hutu.

Strieh fil-paci ghaziz Marjohn  u grazzi tal-hafna li tajt liz-Zejtun.

Karmenu Cassar

Xtaqt insellem ukoll lil Karmenu Cassar. Karmenu kellu 91 sena. Zejtuni li kien joqghod M’Xlokk.  Kien bniedem li rabba familja kbira. Bata u hadem. Fuq kollox kien bniedem ta’ principju.  Kien Nazzjonalist konvint. Li ta hafna lill-partit. Minghajr ma stenna xejn lura. Kien qalbu tajba. Mhux l-ewwel darba kien ikellimni biex jghin lil haddiehor. Ghax fejn jara l-bzonn ma kienx jara kuluri.

Fl-ewwel elezzjoni li hrigt M’Xlokk kien mad-distrett taghna. L-ewwel wiehed li mort ghandu kien Karmenu. Kien laqghani mill-ewwel b’idejh miftuha.  Niftakar kont ninzel M’Xlokk kull nhar ta’ Tlieta. U kemm domt ninzel M’Xlokk id-dar ta’ Karmenu dejjem sibtha miftuha berah.

Insellem lil Karmenu. Konvint li l-Mulej qed jaghtih il-mistrieh ta’ dejjem. F’hajtu Karmenu hadem hafna ghal wara mewtu. Kien ragel ezemplari li hlief gid lil ghajru m’ghamilx. Nerga’ nwassal il-kondoljanzi lill-familja kollha tieghu.

Mhux b’Kumbinazzjoni

Madwar id-dinja hemm madwar 70 miljun ifittxu x-xoghol. Minhabba l-krizi finanzjarja ntilfu miljuni ta’ impjiegi madwar id-dinja. Diversi pajjizi fl-Ewropa hadu mizuri ta’ awsterità. Tkeccew haddiema. Naqsu servizzi socjali.  Naqsu l-ispiza mis-sahha. U mill-edukazzjoni.

Izda f’Malta rnexxielna noholqu 20,000 impjieg gdid.  Ziedna l-ispiza fuq l-edukazzjoni u fuq is-servizzi tas-sahha. Ziedna l-pensjonijiet.  Ziedna s-servizzi ghall-anzjani.  X’differenza minn pajjizi ohra. Kellha ragun Angela Merkel tghid li pajjizna ghandu jservi ta’ ezempju ghall-pajjizi ohrajn.

Dawn ir-rizultati ma gewx b’kumbinazzjoni.  Gara ghax kellna Prim Ministru li fil-maltemp li hakem id-dinja gharaf jiehu decizjonijiet tajbin.

Joe Muscat qed jghidilna li jekk jitla’ jrid ibiddel id-direzzjoni.  Jekk sejrin tajjeb ghalfejn irid ibiddel id-direzzjoni?. Fid-9 ta’ Marzu ibdel biss jekk ghal ahjar. Zball ta’ ftit minuti jista’ jsallab lilek u lil familja tieghek ghall-hames snin shah.  Ghax anki l-bidla tista tkun bidla ghal aghar.

Ftit halib

Digà kont ktibt dwarha. Kbira tmur ghand Doris Saliba u taghtik te iswed. Ghax mank kellha pakkett halib gol-fridge.  Mela nhar il-Hadd wara l-mass meeting mort ghand Joyce Ferriggi. Qabel tlaqt ghedtilha li minghandha kont se nibqa’ sejjer ghand Doris Saliba.  Kienet pronta newwlitli ftit halib go container. “Ghax inkella minghand Doris bit-te iswed terga’ tispicca.

Kbira din. Tmur ghand Doris mizzewga ghand “ta’ flusu”. U ftit halib trid tiehdu mieghek take away.

Friday, 18 January 2013

Cirasa 18.01.2013


L-audit tal-Labour...

Kont qed nara Bondi Plus. Fuq il-programm kien hemm il-Ministru Tonio Fenech u Konrad Mizzi mill-Partit Laburista. Lou Bondi intervista diversi esperti fuq il-proposta tal-Labour. Dik li jibni power station ohra gdida. Ilkoll qalu li l-proposta tal-Partit Laburista mhix realistika. Hin minnhom intweriet intervista ma’ Dr Anne Fenech. Dr Fenech hi avukata. Imma tispecjalizza fuq l-industrija tal-vapuri. Dr Fenech qalet li se jkun difficli hafna li jinstabu vapuri biex iwasslu l-gass ghall-power station l-gdida li jrid jibni l-Labour. Spjegat li se jkun hemm il-htiega li jinbnew vapuri godda. Li ovvjament jiswew hafna flus. U jiehdu z-zmien biex jinbnew.

Konrad Mizzi minflok wiegeb ghall-argumenti taghha, infexx jghajjar lil Dr Anne Fenech. Qal li hi Nazzjonalista. U li kienet attendiet ghal attività politika taht it-tinda. U kienet hdejn il-Prim Ministru Lawrence Gonzi. Ghall-Partit Laburista mhux x’taf jew x’int kapaci taghmel jghodd. Imma x’kulur politiku thaddan. Min mhux maghhom, kontra taghhom.

Ghadhom fl-Oppozizzjoni u l-audit tal-Labour digà beda.

Mass Meeting

Nhar il-Hadd se norganizzaw private ghall-mass meeting li l-Partit Nazzjonalista se jorganizza f’Haz-Zabbar. Ovvjament se tkun b’xejn. Se tigbor in-nies miz-Zejtun, il-Fgura u Wied il-Ghajn. Min irid jigi maghna jcempel fuq 99690838 jew 99487102. Ejjew halli niehdu gost flimkien. Narakom.

Ghandi bzonnok

Nerga’ naghmel talba ghal min jista jghinni fil-kampanja tieghi. Hemm xoghol differenti li jrid isir. Uhud minnu jista’ jsir fil-kumdità ta’ djarkom stess. Min jixtieq jaghtini daqqa t’id hu mitlub jikkuntattjani fuq 99427673. Jista jibghatli messagg. Inkella e-mail fuq mario.galea@gov.mt

Zaren Cancu...

Dil-gimgha Zaren Cancu gratlu wahda tinkiteb. Fl-aqwa tal-maltempata mar l-Isla. Kien qed isir xi xoghol ta’ zebgha fuq lanca li ghandu ghat-turisti. Mar jara x-xoghol. Kienet il-kesha. U kien imgezwer wahda sew gol-hwejjeg. Mar biex jitla’ fuq il-lanca tat-turisti. Imma milli qaluli ghelbitu rasu. Waqa’ u spicca gol-bahar bil-hwejjeg b’kollox. Kellu jghum sa fejn kien baxx biex seta’ jitla’. Il-bahar kien kiesah silg. U tellghuh mill-bahar iterter bil-bard. Il-haddiema li kienu prezenti tghidx kemm dahku bil-qalb meta raw l-imghallem taghhom jixkana minn tulu gol-bahar ingazzat. Skont kif qaluli, Zaren la dahak u wisq anqas tkellem hazin. Ghax bid-dehxa li ha fl-ilma kiesah beda jirtoghod. U mank felah jitkellem.
Zaren l-anqas fl-eqqel tas-sajf ma jmur jghum. U kellu jghum fl-aqwa tax-xitwa. Min jaf lil Zaren Cancu jaf li hu ma jiddejjaq xejn jigbed saqajn in-nies. Biss ghandkom tkunu tafu li din l-ghawma bla hsieb Zaren ipprova jzommha mistura. Meta cempiltlu, Zaren qalli biex ma nghid lil hadd. Smajt minnu. M’ghidt lil hadd. Minflok qed niktibha.

Tuesday, 15 January 2013

Cirasa


Gimmick

Mank stennew sa fil-filghodu.  Nidew il-logo tal-kampanja elettorali f’nofs il-lejl. Fis-satra tal-lejl taqla’ l-gurnalisti ghal xi haga vera urgenti.  Ghal xi haga li ma tistax tistenna.  Mhux biex tniedi logo. Li facilment seta jistenna sa fil-ghodu.  Hsiebhom fil-gimmicks. Mhux fil-kontenut. Jekk Muscat jaqta’ xewqtu u jkun l-izghar Prim Ministru, politika serja jkollu bzonn. Mhux gimmicks. Bil-gimmicks idahhalna go hajt. U ghall-izbalji tieghu ikollok thallas int.

Tabilhaqq Alfred Sant kien jikteb ir-recti.  Joe Muscat qed jirrectahom.

House Visits

Ili ndur djar.  Tul il-hames snin li ghaddew  ippruvajt  inzomm kuntatt man-nies tad-distrett tieghi.  Jien nohrog fuq iz-Zejtun, Marsaksla u l-Fgura.   Jien ghandi distett difficli.  Did-darba irrid nahdem hafna biex nerga’ nigi elett. Inhossni grat hafne lejn il-mijiet li qed jilqghuni f’darhom.  Napprezza ferm.

Bhalissa ghandi bzonn nies li jistghu jghinuni fil-kampanja tieghi. Min jista jaghtini daqqa t’id nitolbu jikkuntattjani (mario.galea@gov.mt / 99427673).  Kull min jista’ jghinni napprezza ferm.

S’issa ikkontestajt f’hames elezzjonijiet .Ma tlajtx wahda biss dik tal-1996 meta kien tela’ l-Labour. Se naghlaq ghoxrin sena fil-Parlament. U dejjem kont Deputat tal-Gvern.  M’ghamiltx gurnata wahda fuq il-bankijiet tal-Oppozizzjoni.

Sal-lum kull meta tlajt jien tela’ l-partit.

 Angela u Joe

Mill-Germanja il-Kancillier Angela Merkel tfahhar lil Malta. U Joe Muscat izeblahna. Jghidilna li kollox hazin.  Ma jara xejn tajjeb.  Il-Kancillier Germaniza qalet car u tond li Malta hija fost l-izghar pajjizi fl-Unjoni Ewropea. Imma l-gvern irnexxielu jgib rizultati ekonomici mill-aqwa. Kompliet tghid li bir-rizultati ekonomici li ksibna Malta hija ezempju eccellenti ghall-Ewropa.  Merkel kompliet tghid li “Malta qed tirnexxi hafna aktar minn pajjizi ohrajn.”

U sadattant Joe Muscat irrid ibiddel ir-rotta.

Iz-Zejtun

Malta taghna lkoll. Hekk qed jghidilna Joe Muscat. Imma z-Zejtun ma kienx taghna lkoll. U dak iz-zmien bhala Ministri kien hemm l-istess nies li llum Muscat jinsab imdawwar bihom. U jekk jerga’ jitla’ jrid jerga’ jaghmilhom ministri.

Int lest terga’ tafdahom?
Dawl u Ilma

Il-Labour qed jippruvaw jergghu jidhku bin-nies. Qed iwieghdu rohs fil-dawl u l-ilma. Se jonfqu 370 miljun ewro biex jibnu power station gdida. Se jkomplu jhallsu d-dejn tal-Enemalta.  Qed iwieghdu li jsibu investitur privat. Li jinvesti dawn il-miljuni. U fl-istess hin jintrabat li jibqa’ jipprovdi l-elettriku bi press fiss. Anki jekk il-gass joghla. Din fairy tale.

Biex jaghmlu tajjeb ghal dawn il-miljuni Muscat jispicca jaghmel taxxi godda. Ikollu jnaqqas il-flus mill-pensjonijiet. Mill-edukazzjoni. Mis-sahha.

Din mhux serjeta.  Il-fairy tales ghall-kotba ta’ Trevor Zahra tajbin. Mhux biex tiggverna pajjiz.

SMS

Kif tafu siehbi Sammy tal-Lasco mal-Liverpool. Lill-Manchester United u lil Sir Alex Ferguson ma jistax ghalihom. Imma din il-gimgha baghtli messagg helu. “Ghid lil Gonzi biex igib lil Alex Ferguson maljar kemm jista’ jkun. Dak espert kif idawwar ir-rizultat fl-ahhar minuta.”

Monday, 17 December 2012

Cirasa 14.12.2012


Lets go for it

Tlaqna. Tigrija ghat-telgħa. Imma nistghu naslu. Din l-elezzjoni jehtieg nirbhuha.  Dak li ksibna nistghu facilment nitilfuh. Muscat m’ghandux pjan. Qed iwieghed bl-addocc. Irid jidhak bik. Jinteressah biss li jisraq il-vot tieghek. Il-weghdiet tieghu jiswew miljuni kbar. Biex iwettaqhom irid jaghmel taxxxi godda. Jekk ikun Prim Ministru biex jaghmel tajjeb ghall-weghdi li qed jamel lil haddiehor ikollok thallas int.

Mal-Partit Nazzjonalista taf fejn int. Minkejja l-problemi u l-krizi finanzjarja li hezzet lid-dinja bqajna ghaddejjin. Ksibna r-rizultati. Ghadna x’nuru.

Muscat irresponsabbli. L-interess tieghu hu li jaqta xewqtu. Jilhaq l-izghar Prim Minsitru.  Kif se jmexxi l-pajjiz ma jafx. Jahtar bhala ministri l-istess nies li meta kienu fil-poter gabuna gharkopptejna. Dak li ghandna nistghu nitilfuh. Mhux biss ma nibqghux nimxu l quddiem. Imma mmorru lura.

Ejja nkunu kburin li ahna Nazzjonalisti. Ghandna storja sabiha x’nirrakkontaw.

 
Simon Busuttil

 Kelli laqgha tajba hafna mal-Vici Kap Simon Busuttil. Nistqarr li lil Simon Busuttil ma kontx nafu bizzejjed. Nafu bhala Membru Parlamentari Ewropew.  Konna niltaqghu. Nitkellmu imma rari fit-tul. Kont narah bhala MEP tajjeb hafna. Anzi eccellenti. Fix-xena politika lokali Simon kien materjal puttost gdid. Simon qed jaghmel bicca xoghol tajba. Qed jiltaqa ma hafna nies. Inkluz dawk li ghal xi raguni kienu tbieghdu mill-partit. Gab entuzjazmu gdid fil-Partit. Hu bniedem umli, accessibli u saqajh mal-art.  Simon issa ntefa b’ruhu u gismu jahdem fil-Partit. Jitkellem  car b’messagg li jifthiem.

Awguri Simon.

Zball

Mela konna ghall-ikla tal-Milied tal-kazin PN ta’ Wied il-Ghajn. Kien hemm gost. Hdejja gie t-Tabib Stephen Spiteri. Bhas-soltu wasal tard hafna. Mela hin minnhom Stephen dahal it-toilet. George tal-Brighton qalli “Dak fejn ix-xjaten dahal. Dak ma ndunax u dahal fit-toilet tan-nisa.   Wara ftit fit-toilet dahlet mara. Regghet harget wara ftit. Dehret mifxula u mahsuda. Fl-ahhar hareg Stephen Spiteri frisk daqs hassa.

Zball jiehdu kulhadd. Imma milli jidher Stephen kompla ghaffigha. Stephen ma ndunax li kien hu li dahal fit-toilet tan-nisa. U x’hin fit-toilet dahlet il-mara Stephen haseb li l-izball kienet haditu l-mara. Il-mara nhasdet x’hin rat lil Stpehen ma wiccha.  Stephen qallha “Sinjura hawn dhalt hazin. Dan it-toilet tal-irgiel.” Il-mara gharfitu. Miksura wegibitu “Skuzani Dott. Skuzani hafna. Kont aljenata.” Stephen b’dak il-lehen kalm tieghu qallilha “Le ma gara xejn. Mhux kulhadd jizbalja.  Mur hi u idhol faccata.

U baghatha fit-toilet tal-irgiel.

Vot li tak bis-Sieq



Fil-vot dwar il-budget, il-Partit Laburista vvota kontra tiegħek. Tak bis-sieq.  Ivvota biss favur l-ambizzjoni ta’ Joe Muscat biex jilħaq Prim Ministru.

Il-vot fisser li l-bosta incentivi pożittivi li fih il-budget ma jistgħux jinataw.

Muscat ivvota kontra l-interess tal-anzjani u l-familji. Kontra l-ħaddiema, u s-self employed. Kontra min se jixtri l-ewwel dar tiegħu. Kontra min se jgawdi min-nuqqas fl-income tax.

Ara l-Italja ħadmu mod ieħor. Għażlu lin-nies. Fl-Italja l-gvern ta' Mario Monti tilef il-fiduċja tal-akbar partit fil-Parlament. Safrattant dak il-partit se jivvota favur il-budget ta' Monti.

Dik ir-responsabbilta' u l-irġulija. 

Il-Labour progressiv ta bis-sieq lin-nies.

Friday, 7 December 2012

Cirasa 7 ta' Dicembru 2012


Ghada Niltaqghu

Ghada s-Sibt ghandi reciviment ghall-kostitwenti tat-tielet distrett. Se jsir il-Garden of Eden, iz-Zurrieq. Min jista’ jattendi niehu gost niltaqghu.

Gudja – 5/12/86

Nhar l-Erbgha 5 ta’ Dicembru Joe Muscat kien qed jwiegeb ghall-budget fil-Parlament. Kumbinazzjoni dakinnhar kien jahbat is-26 anniversarju minn meta nqatel Raymond Caruana fil-Kazin Nazzjonalista tal-Gudja.  Nhar l-Erbgha Joe Muscat kien imdawwar b’deputati Laburisti li 26 sena ilu meta nqatel Raymond kienu jew ministri. Jew inkella kellhom kariga gholja fil-Partit Laburista.

Muscat lil dawn irid jerga’ jaghmilhom ministri.

Ma kienx Injam 

Nhar l-Erbgha mort nippostja ftit zkuk ghall-fireplace. Fil-bitha ghandi shed ghall-injam.  Ma’ Rose jkolli kemm ikolli injam qatt m’ghandi bizzejjed. Meta tkun il-kesha  kemm issib tahraq.  Is-shed kien mimli. Allura tlajt fuqu biex nippostja fuq is-saqaf tieghu.

Nahseb li zzerzqu z-zkuk bija. U waqajt xi nofs sular b’tisbita. Weggajt dahri. Ma stajtx nimxi. Aktar kemm beda jghaddi hin aktar beda jaghfas l-ugigh.

Fl-ahhar ghamlu sew il-pilloli tal-ugigh.  

Maratona z-Zejtun

Ghada s-Sibt fl-10am, in-Nursery taz-Zejtun Cornthians se jorganizzaw maratonna tal-football. Se jingabru flus ghall-Istrina. Se ssir fil-ground tal-Junior Lyceum iz-Zejtun. Jien kelli nilghab ma’ shabi l-membri parlamentari. Imma wara  l-waqgha li waqajt kelli nirtira.  Inheggeg lil min jista’ biex jattendi. It-tfal zgur jiehdu gost.

Sergio

Dil-gimgha konna l-ufficcju. Kien dalam. Sergio il-Communications Officer gie biex jitlaq. Ic-cwievet ma sabhomx. Minbarra c-cwievet tal-ufficcju kellu tad-dar.  Beda jwahhal f’kulhadd. Lili beda jixlini li ccajtajtlu mac-cwievet. Mhux il-kaz. Did-darba kont innoncenti.  Imbaghad beda jwahhal f’kull min kien hemm l-ufficcju.

Hadd minna ma kien messlu c-cwievet. Meta xbajna nisimghu qrid iddecidejna li nghinuh ifittex. Beda jaccertana li kien halliehom fis-serratura tal-bieb tal-ufficcju. Fittixna kullimkien. Ghal darba tnejn. Imma dawn l-imberkin cwievet ma nsatbu imkien. Il-bieb tal-ufficcju tieghu kien maghluq. Bdejna nahsbu li kien sakkarhom fl-ufficcju. Ilmaht it-tieqa tal-ufficcju tieghu miftuha. Qbizt mit-tieqa biex nara kinux gol-ufficcju. Ma kinux.

Wara xi nofs siegha infittxu Sergio iddecieda li ahjar jinforma lil mara bit-telfa tac-cwievet. Cempel id-dar. Imbaghad bil-kalma kollha qallilna “Ic-cwievet id-dar qedghin. Insejthom warajja.”

 Mela nofs siegha jaccertana li cwievet hallihom fis-serratura tal-bieb tal-ufficcju. Nofs siegha jixlina. Nofs siegha infittxu. Biex wara kollox ic-cwievet kien hallihom warajh id-dar.

Kif tista ma tibghatux isaqqi …. l-hass tal-Marsa.

Sunday, 2 December 2012


Joe Muscat ilu snin twal involut fil-politika. Xi ħaġa li spikkat kienet li dejjem tana pariri ħżiena. Riedna ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea. Riedna ma ndaħħlux l-ewro. Riedna ma nġibux il-linji tal-ajru low cost. Riedna  nadottaw il-politika tal-Gvern Ċiprijott. Politika li falliet. Politika li tefgħet lil Ċipru fil-miżerja.

F’diskors li għamel fil-Parlament fl-1 ta’ Novembru 2010, Muscat attakka lill-Prim Ministru u qal “Lawrence Gonzi lanqas huwa kapaċi daqs il-mexxejja ta’ pajjiżi kompetituri tagħna. Ħudu l-gżira ta’ Ċipru, li daħlu fl-Unjoni Ewropea u fl-Ewro bħalna. Iċ-Ċiprijotti, bil-kriżi internazzjonali b’ kollox, qabżu ’l quddiem.

Kieku Lawrence Gonzi sema’ minn Muscat kieku llum qed tbati int. Il-każ ta’ Ċipru hu prova li bil-poter f’idejh, Muscat jieħu deċiżjonijiet ħżiena u jwassal biex Malta jkollha titlob l-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea. Muscat kien jumilja lil Malta u lilek. U lilek kien jimlik bit-taxxi.

Ċipru spiċċaw biex żiedu l-VAT għal 17%. Għolla t-taxxa fuq id-dħul minn 30% għal 35%. Żied it-taxxa fuq l-interessi fuq il-kontijiet depożitati fil-banek għal 20%. Daħħal taxxa fuq id-dħul tal-impjegati, is-self employed u l-pensjonati li jirċievu pensjoni mill-privat.

F’Malta, taħt Lawrence Gonzi, minkejja l-kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali, ma kellniex bżonn mezzi ta’ awsterità. 

Bid-deċiżjonijiet li ħa l-Prim Ministru Lawrence Gonzi, l-impjiegi baqgħu jiżdiedu, l-ekonomija baqgħet tikber, l-iżbilanċ kompla jonqos u l-investiment kompla jiżdied.

Ċipru storja oħra. Naqas ix-xogħol u żdied il-qgħad. L-ekonomija Ċiprijotta qed tiċkien.

Muscat b’sensiela ta’ pariri ħżiena. Tul is-snin li ilu fil-Partit Laburista ħa diversi pożizzjonijiet żbaljati. Muscat jagħżel ħażin u tbati int.