Friday, 15 February 2013

Cirasa 15 ta' Frar 2013


Oreste

House visit li ghamilt hallietni bla kliem. Lil Oreste Schembri kont nafu. U meta mort ghandu hsibtu se nsibu hemm. Minflok sibt ritratt kbir tieghu.  Martu Connie u ibnu Warren qaluli li kien miet madwar sena ilu.  Assolutament ma kontx naf.  Meta miet inzertajt imsiefer. U ma smajtx.

Niftakar lil Oreste pulizija mal-mobile. It-tifel tieghu Warren ta’ 15 il-sena, urieni poezija mill-isbah li kiteb lil missieru wara mewtu.  Jien u naqra l-poezija indunajt kemm kienu close Warren u missieru. Kienu jmorru jimxu flimkien. Jilaghbu t-tennis flimkien. Fil-poezija Warren jghid li missieru kien il-coach tieghu. Nistqarr li din il-poezija hallietni bla kliem.

Inrid insellem lill-memorja ta’ Oreste, puluzija u missier.  Jien u Warren tkellimna fuq il-karriera li jixtieq jaqbad. Interessat hafna li jmur jahdem Mater Dei.  Jiehu hsieb l-pazjenti.  Konvint li Oreste qed jikkowcja lil ibnu mis-sema.

Università

Fid-dibattitu tal-Università l-Labour rega’ ghamilha.  Hadu n-nies minn barra. Sahansitra fis-sala dahlu partitarji Laburisti li qatt ma kienu rifsu fl-università.   Dak li kellu jkun dibattitu matur bejn l-istudenti tal-università u l-mexxejja politici spicca hijacked mill-Labour. Laburisti twasslu bil-privates ghad-dibattitu.  Fis-sala tqassmu bnadar Laburisti u sahansitra sfafar.  Studenti li gew intervistati qalu li hassewhom bullied minn partitarji Laburisti.

Fl-università, fl-istorbju rebah il-Labour. Fil-kontenut rebah Gonzi.

Id-differenza

Fuq il-korruzzjoni il-Labour ghandu biss paroli. Ahna meta jkollna lanqas informazzjoni ta’ korruzzjoni nmorru ghand il-puluzija.  Id-Deputy Leader tal-Malta Labour Party kien jaf li setghet kienet ghaddejja attività illegali f’Kazin Laburista. Minflok mar jirrapporta  din l-attività illegali lill-Puluzija mar l-ghassa tal-puluzija. Sab puluzija Laburist. U talbu biex ghalissa ma jihux passi. Halli ma jidhirx ikrah il-partit.  Kull meta kellna l-icken informazzjoni ta’ korruzzjoni jew hjiel ta’ attività illegali, ahna morna ghand il-puluzija biex il-puluzija tkun tista’ tinvestiga u tiehu passi. Izda il-Labour imur ghand il-puluzija biex jitlobha ma tiehux passi. 

X’differenza.

Anglu u Toni

Joe Muscat mhux konsistenti. Anki kif ittratta lid-deputy leaders tieghu. Id-differenza hija cara. Lid-Deputy Leader Anglu Farrugia keccieh fuq xi haga li qal. Id-Deputy Leader Toni Abela mhux qal. Imma ghamel. Jinstema’ jghid f’recording li mar l-ghassa tal-puluzija u sab puluzija Laburist u  qallu biex ma jiehux passi. Izda lil Toni Abela, Muscat mhux talli ma kecciehx. Izda iddefendieh.

Tabilhaqq Malta taghna ilkoll. Staqsu lil Anglu.

Bieb ta’ barra

Dil-gimgha kont ghand familja.  Ghamilna xi kwarta nitkellmu. Keith tifel ta’ tmien snin qabad mieghi. Jien ninkih fuq il-Liverpool. U hu fuq il-Manchester United.  Qomt biex nitlaq. Bdejt riesaq lejn il-bieb ta’ barra. Irringrazzjathom, hadtilhom b’idejhom u ftaht il-bieb biex nohrog. Quddiemi nilmah sodda. “Hemm biex torqod,” qalli Keith b’ton nebbiexi. Inksirt u  qbadt il-pum ta’ bieb iehor. “U hemm biex taghmel toilet,” rega’ qabez Keith.

 

Sunday, 10 February 2013

Futur fis-sod ghall-anzjani taghna



Dawn il-ħames snin ħdimna fuq li ħdimna biex tejjibna l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani.  Hekk se nkomplu nagħmlu.  Bla dubju, l-anzjani se jerġgħu jkunu fil-qalba tal-politika tagħna.

Kif jgħid il-programm elettorali tagħna “l-anzjani sawru min aħna, l-identità tagħna, u dak kollu li ngawdu llum.

L-esperjenza ta’ din il-leġislatura lkoll nafuha. Ilkoll nafu x’għamilna għall-anzjani tagħna.  Ma naqqasniex is-servizzi fi żmien ta’ maltemp ekonomiku.

Fil-programmi elettorali qed inwiegħdu  programmi mal-Kunsilli Lokali biex jipprovdu opportunitajiet ta’ xogħol fil-komunità għall-anzjani.

Gvern ġdid  Nazzjonalista se jżid l-opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ għal dawk l-anzjani li jixtiequ jkomplu jitgħallmu. Se nkomplu nifirxu ċ-ċentri ta’ matul il-jum biex iktar anzjani jgawdu minn dan l-esperjenza sabiħa.

Se ndaħħlu inċentivi ta’ taxxa għal min ikollu l-għajnuna ta’ carer id-dar.  Il-pensjoni tal-wens se tiġi riveduta. L-allowance ta’ €300 se titla’ għal €500 u se nestenduha lil kull anzjan li jibqa’ jgħix f’daru wara li jagħlaq 75 sena.

Għal dawk li ma jistgħux jibqgħu jgħixu f’darhom, se  jiżdiedu n-numru ta’ sodod residenzjali u respite, fid-djar għall-anzjani u għall-persuni b’diżabbiltà. 

Gvern Nazzjonalista biss bil-vot tiegħek jista’ jassigura futur fis-sod għalikom l-anzjani tagħna. Joe Muscat iwiegħed kollox lil kulħadd.  Joe Muscat jieħu deċiżjonijiet ħżiena u tbati inti.

Saturday, 9 February 2013

Cirasa


 Anġlu

Anġlu Farrugia fl-aħħar tkellem. Iddeskriva dak li għamillu Joseph Muscat bħala qisu bagħat għalik l-akbar ħabib li għandek u kif tidħol għandu jagħtik sitt tiri. U joqtlok.

Joe Muscat lil Anġlu wżah għal erba’ snin sħaħ. Kien id-Deputat Mexxej tiegħu. Kien leali lejh bħala Mexxej u lejn il-partit. Imma meta fettillu, Muscat remieh. Xahrejn qabel l-elezzjoni kissrulu karriera politika. Karriera li Anġlu kien ilu jibni għal snin sħaħ. B’ħafna sagrifiċċji.

Jekk Muscat għamel hekk lil Anġlu li għal erba’ snin sħaħ kien l-aktar persuna viċin tiegħu, aħseb u ara x’se jagħmel lilek jekk jirbaħ l-elezzjoni. Dan l-argument jiswa ħafna għal min qed jemmen dak li qiegħed iwiegħed Joe Muscat. Jew għal min hu Nazzjonalist u għax imweġġa’ qed jaħsibha biex ma jivvutax. Jew jivvota Labour. Ma ħasibhiex darbtejn biex juża lil Anġlu u jarmih. L-aktar persuna viċin tiegħu. Aħseb u ara kemm se jiddejjaq juża lilek. U jarmik.

Aħsibha sew.
Jason

Il-Ministru Jason Azzopardi kien qed jagħmel il-house visits. Fil-bieb lemaħ raġel li kien jaf. Laburist akkanit. Bejn saqajn dan ir-raġel kien hemm kelb inejjeb. U jinbaħ kemm jiflaħ.

“X’se tagħmel Ministru, se tgħaddi ?” staqsieh ir-raġel.

“Imma l-kelb jigdem?” staqsieh Jason.

“Mhux dejjem.”

“Anki jien mhux dejjem ngħaddi,” kien pront wieġbu Jason.

de Marco

Mario de Marco kien il-Furjana jdur id-djar. Daħal għand familja. Sab anzjana tistennieh. Tgħidx kemm ferħet bih. Qaltlu li kienet taf sew lil missieru. Kienet saħansitra anki tmur attivitajiet ta’ Guido de Marco. Qaltlu li dan l-aħħar inġabret m’oħtha. Biex tieħu ħsiebha għax kellha d-dimensja. L-anzjana kienet akkanita sew. Qaltlu li l-familja de Marco għaliha tibqa’ l-ewwel u qabel kulħadd.

Mario ħa gost. Ġewwa x-xileb. Kellu vot ċert. Poġġa bilqiegħda ħdejha. U ntasab jismagħha tirrakkonta. Kemm kienet marret meetings tan-Nazzjonalisti. Min jaf kemm irsistietlu lil missieru. Saħansitra anki attivitajiet ta’ Guido laħqet marret. Wara xi kwarta qam biex jitlaq. “Dott problema waħda għandi. Alla ħares ikun il-maltemp fl-elezzjoni. Għax ma nafx kif se mmur nivvota,” qaltlu l-anzjana.

Tinkwieta xejn. Niġu għalik aħna bil-karozza. Noħduk tivvota. U nwassluk lura.

L-anzjana kienet pronta għannqitu magħha. “Jaħasra int raġel tajjeb u qalbek tajba bħal missierek. Xi pjaċir tagħmilli kieku tiġi għalija,” qaltlu.

Niġu għalik żgur aċċertaha Mario. Ħa nikteb l-indirizz, qalilha Mario.

M’għandekx fejn titfixkel Dott. Ejjew għalija hawn u ħuduni nivvota l-iskola ta’ B’Kara,” qaltu l-anzjana.

B’Kara?” staqsieha Mario mfixkel.

“Mela Dott B’Kara. Għax jien hemm kont mort noqgħod. Bħalissa qiegħda hawn biex nieħu ħsieb oħti. Aħna issa lit-tifel ta’ Fenech Adami nivvutaw.

Monday, 4 February 2013

Għażla Waħda: Il-Partit Nazzjonalista

Il-poplu tagħna fi ftit ġimgħat oħra għandu għażla importanti x’jagħmel. Il-poplu se jkun mistieden biex jeżamina dawn il-ħames snin li għaddew u jekk jixtieq, ikompli jibni fuqhom. 

L-istorja riċenti uriet ċar li l-gvern imexxi mill-Partit Nazzjonalista hu l-partit tan-nies li ħadem għal kull settur tas-soċjetà.

Gvern Nazzjonalista ġġieled il-qgħad. Ħoloq 20,000 impjieg ġdid. Dan f’kuntrast ma’ Gvernijiet Laburisti tal-passat fejn il-qagħad kien parti mill-ħajja ta’ kuljum u kollox kien ridott għall-famużi korpi.   

Malta, minkejja l-maltemp ekonomiku qalil li ħakem id-dinja, hi t-tielet pajjiż tal-Unjoni Ewropea li naqqas l-iżbilanċ. Illum għandna l-ogħla ammont ta’ ħaddiema li qatt kien hawn f’pajjiżna jaħdmu – 153,000 ħaddiem. F’pajjiżna kburin ngħidu li għandna l-ħames l-anqas rata ta’ qgħad minn fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Il-muftieħ tal-Gvern kien l-investiment.  Investejna f’diversi atturi li xprunaw l-ekonomija tagħna. Fl-eqqel tal-kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali, il-Gvern għen b’mod dirett lill-fabbriki li kienu f’riskju li jagħlqu u salva x-xogħol. Din l-għajnuna setgħet tingħata biss għaliex il-Gvern żamm il-finanzi fis-sod. B’hekk ġew salvati 5,000 impjieg.

B’finanzi fis-sod investejna wkoll fl-infrastruttura, bnejna toroq ġodda u spazji pubbliċi ġodda għat-tfal u l-familji. Il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern mingħajr ma poġġa l-finanzi ta’ pajjiżna f’periklu naqqas 25 taxxa, bħal income tax. L-aħħar  Gvern Laburista  daħħal 33 taxxa fi 22 xahar.  

B’finanzi fis-sod stajna nassiguraw lista twila ta’ servizzi għall-anzjani tagħna. Ħafna pajjiżi daqu l-miżuri tal-awsterità u l-anzjani ta’ bosta pajjiżi barranin kienu fost dawk li batew.  Aħna l-kuntrarju.  Għandna lista twila ta’ servizzi fil-komunità għall-anzjani tagħna. Barra li f’din il-leġislatura pprovdejna madwar elf sodda iktar għal dawk l-anzjani li għandhom bżonn kura fit-tul. Żidna l-pensjonijiet waqt li pajjiżi oħra għollew l-età tal-irtirar.

It-tmexxija ta’ pajjiż mhix logħba jew ċajta goffa kif Joe Muscat donnu jridna nemmnu. Pajjiż ma jitmexxiex bil-gimmicks li Joe Muscat tant jieħu gost iħaddem. Deċiżjoni waħda ħażina tissarraf fi staġnar ekonomiku, sensji u qgħad.

 Fl-2010 Joe Muscat, mingħajr ma ħaseb fit-tul, għamel attakk qawwi kontra l-Prim Ministru għax fi kliemu ma kienx qed jimxi fuq l-istess politika li kien miexi biha l-Gvern ta’ Ċipru.

Il-Gvern ta’ Ċipru ħarbat il-finanzi tal-pajjiż. Għal Muscat dan kien mudell li l-Gvern kellu jimita.

Joe Muscat, mill-Oppożizzjoni, għamel ġudizzju żbaljat fuq diversi temi. Jekk l-istorja se tirrepeti ruħha meta l-Labour ikun fil-gvern, il-pajjiż kollu se nidħlu fil-ħajt. Joe Muscat ma għandux il-maturità biex isir Prim Ministru u jieħu deċiżjonijiet dwar il-futur.

Għażla waħda għandna quddiema: il-Partit Nazzjonalista.   

Friday, 1 February 2013

Cirasa 1 ta' Frar 2012


Mal-Prim Ministru

Flimkien mal-Prim Ministru ghamilna vizta lil Zammit Clapp.  Hu l-eks Blue Sisters li kien ghalaq il-Gvern Laburista.  Ghadna kemm irrangajnieh. Infaqna zewg miljun ewro. Illum biddilnieh f’dar tal-anzjani.  

Sadattant nhar it-Tlieta ergajt kont mal-Prim Ministru.  Ftahna Day Centre iehor ghall-anzjani f’Hal-Kirkop.  Dalwaqt nifthu iehor fl-Imgarr.  B’hekk se jkollna 21 Day Centre.  Li fihom jattendu  2000 anzjan.  F’din il-legislatura bdejna wkoll is-servizz tan-night shelters.  Zidna s-servizzi ghall-anzjani fil-komunità.  Mhux biss. Imma zidna n-numru ta’ sodod ghall-anzjani b’elf sodda. 

Madwarna fl-Ewropa pajjizi ohra qed inaqqsu s-servizzi ghall-anzjani.  Biex jiffrankaw il-flus.  Ahna stajna inzidu s-servizzi ghall-anzjani ghax ghandna finanzi fis-sod.  F’mumenti difficli gharafna niehdu d-decizjonijiet it-tajba.

Decizjoni hazina tista idahhal lil pajjizna gol-hajt.  Power Station ta’ 600 miljun kif irid jaghmel Joe Muscat hija bizzejjed biex tkissirna.  U jekk nitkissru, Muscat jibda jnaqqas mill-ispiza tal-edukazzjoni u minn tas-sahha. Jibda jnaqqas is-servizzi ghall-anzjani.

Joe Muscat irid ibiddel id-direzzjoni. Irrid idahhalna gass down gol-hajt.

Fid-9 ta Marzu int tista’ tghidlu le.

Noli

Wasalna f’nofs il-kampanja elettorali. Il-Partit Laburista qed jilghab noli.  Il-Programm Elettorali tieghu ghadu ma hargux. Qed izommu sigriet.  Kultant johorgu xi proposta.  Imma ghad m’ghandNiex programm shih. Li bih jghidulna x’se jaghmlu jekk ikunu fil-gvern.

Irridu l-poplu jafdalhom il-gvern. Imma mbaghad ma jridux jghidulu x’se jaghmlu jekk ikunu fil-gvern.

Il-verità hija wahda. Il-Labour jafu kif jistghu jirbhu l-elezzjoni li gejja. Imma ma jafux x’se jaghmlu jekk ikunu fil-gvern.

Majjali

Fuq l-ahbarijiet rajt lill-Ministru George Pullicino mal-majjali f’razzett.   Kont pront bghattlu messagg. Ghidtlu “George kemm ferhu bik il-majjali. Kont qisek wiehed minnhom.” Minnufih George baghtli lura. “Mario il-majjali tghidx kemm staqsew ghalik. Qaluli li int wiehed minn tal-familja.”

M’Carm

Il-kunjata, Mari Carm ghandha 86 sena. Meta habbarna l-proprosti taghna fuq l-edukazzjoni cemplet id-dar inkwetata.  “Rose ili ninkwieta minn mindu smajt lil Gonzi jitkellem. Dak x’gie jivvinta l-Prim Ministru? Dik x’pillola hi li jrid jaghti lill-istudenti”

Ghall-kunjata “tablet” tfisser pillola.

Sunday, 27 January 2013


Il-Ġurnata minn kmieni Turik

Il-kampanja elettorali kompliet tikkonferma s-superfiċjalità ta’ Joe Muscat. Joe Muscat bena l-politika tiegħu fuq il-ħrejjef. Iwiegħed kollox lil kulħadd. 

Din il-kampanja elettorali qed tikkonferma li Muscat għadu mhux lest biex jiggverna. Muscat bid-deċiżjonijiet ħżiena li jieħu jdaħħal il-pajjiż gass down Malta ġol-ħajt.  Fil-politika ma tistax tkun popolari ma’ kulħadd. 

Iżda Joe Muscat qed jagħżel il-gimmicks minflok is-sustanza.   

Anki s-slogan Malta Tagħna Lkoll mhu xejn agħar gimmick. Imma ż-Żejtun u l-kumplament ta’ Malta ma kinux f’idejn il-Maltin fi żmien il-Labour.      

Muscat ipprova jaħtaf il-kampanja elettorali bi proposta tad-dawl u l-ilma. Proposta li hija zoppa u li se titfagħna gass down fil-ħajt.  Proposta li minnha se nbatu lkoll.

Ironikament il-konsulenti mħallsa mill-Partit Laburista stess iċċertifika li l-proposta tal-Partit Nazzjonalista hija l-aħjar u l-irħas proposta.

Joe Muscat qed iwiegħed kollox lil kulħadd.  Għandu pjan biex jirbaħ l-elezzjoni. Iżda mhux biex jiggverna.

Dak li għandna llum nistgħu faċilment nitilfuh.  Għandna servizzi tas-saħħa tajbin għax għandna finanzi fis-sod.

Jekk Joe Muscat jieħu deċiżjonijiet ħżiena jkollu jagħmel tajjeb billi jnaqqas l-ispiża minn fuq is-saħħa u l-edukazzjoni.

Fid-9 ta’ Marzu se nagħmlu għażla importanti.  Għażla għall-ħames snin li ġejjin.  Fid-9 ta’ Marzu vvota għall-futur fis-sod. Ivvota għall-Partit Nazzjonalista.       

Friday, 25 January 2013

Cirasa 25 ta' Jannar 2013.


Marjohn

Konna qed nistennewha imma xorta hasditna. Marjohn Bugeja ta’ 39 sena, missier ta’ zewgt itfal zghar halliena.  Il-marda qalila li hakmitu fl-ahhar rebihtlu. Anki jekk baqa’ jiggieldilha sal-ahhar. 

Marjohn kien bniedem li fiz-Zejtun kien ihobbu kulhadd.  Kien bennej li ghamel hafna xoghol ghall-parocca taz-Zejtun.  Hajtu kienet il-familja u l-festa ta’ Santa Katerina.  Kien fl-ghaqda tal-armar tal-festa. Post fejn ghamel hafna u hafna xoghol. Marjohn ghamel hajtu jiehu hsieb Santa Katarina.  Issa wasal il-mument li Santa Katerina tiehu hsieb martu u uliedu. Kif ukoll il-genituri tieghu u hutu.

Strieh fil-paci ghaziz Marjohn  u grazzi tal-hafna li tajt liz-Zejtun.

Karmenu Cassar

Xtaqt insellem ukoll lil Karmenu Cassar. Karmenu kellu 91 sena. Zejtuni li kien joqghod M’Xlokk.  Kien bniedem li rabba familja kbira. Bata u hadem. Fuq kollox kien bniedem ta’ principju.  Kien Nazzjonalist konvint. Li ta hafna lill-partit. Minghajr ma stenna xejn lura. Kien qalbu tajba. Mhux l-ewwel darba kien ikellimni biex jghin lil haddiehor. Ghax fejn jara l-bzonn ma kienx jara kuluri.

Fl-ewwel elezzjoni li hrigt M’Xlokk kien mad-distrett taghna. L-ewwel wiehed li mort ghandu kien Karmenu. Kien laqghani mill-ewwel b’idejh miftuha.  Niftakar kont ninzel M’Xlokk kull nhar ta’ Tlieta. U kemm domt ninzel M’Xlokk id-dar ta’ Karmenu dejjem sibtha miftuha berah.

Insellem lil Karmenu. Konvint li l-Mulej qed jaghtih il-mistrieh ta’ dejjem. F’hajtu Karmenu hadem hafna ghal wara mewtu. Kien ragel ezemplari li hlief gid lil ghajru m’ghamilx. Nerga’ nwassal il-kondoljanzi lill-familja kollha tieghu.

Mhux b’Kumbinazzjoni

Madwar id-dinja hemm madwar 70 miljun ifittxu x-xoghol. Minhabba l-krizi finanzjarja ntilfu miljuni ta’ impjiegi madwar id-dinja. Diversi pajjizi fl-Ewropa hadu mizuri ta’ awsterità. Tkeccew haddiema. Naqsu servizzi socjali.  Naqsu l-ispiza mis-sahha. U mill-edukazzjoni.

Izda f’Malta rnexxielna noholqu 20,000 impjieg gdid.  Ziedna l-ispiza fuq l-edukazzjoni u fuq is-servizzi tas-sahha. Ziedna l-pensjonijiet.  Ziedna s-servizzi ghall-anzjani.  X’differenza minn pajjizi ohra. Kellha ragun Angela Merkel tghid li pajjizna ghandu jservi ta’ ezempju ghall-pajjizi ohrajn.

Dawn ir-rizultati ma gewx b’kumbinazzjoni.  Gara ghax kellna Prim Ministru li fil-maltemp li hakem id-dinja gharaf jiehu decizjonijiet tajbin.

Joe Muscat qed jghidilna li jekk jitla’ jrid ibiddel id-direzzjoni.  Jekk sejrin tajjeb ghalfejn irid ibiddel id-direzzjoni?. Fid-9 ta’ Marzu ibdel biss jekk ghal ahjar. Zball ta’ ftit minuti jista’ jsallab lilek u lil familja tieghek ghall-hames snin shah.  Ghax anki l-bidla tista tkun bidla ghal aghar.

Ftit halib

Digà kont ktibt dwarha. Kbira tmur ghand Doris Saliba u taghtik te iswed. Ghax mank kellha pakkett halib gol-fridge.  Mela nhar il-Hadd wara l-mass meeting mort ghand Joyce Ferriggi. Qabel tlaqt ghedtilha li minghandha kont se nibqa’ sejjer ghand Doris Saliba.  Kienet pronta newwlitli ftit halib go container. “Ghax inkella minghand Doris bit-te iswed terga’ tispicca.

Kbira din. Tmur ghand Doris mizzewga ghand “ta’ flusu”. U ftit halib trid tiehdu mieghek take away.