Monday, 17 December 2012

Cirasa 14.12.2012


Lets go for it

Tlaqna. Tigrija ghat-telgħa. Imma nistghu naslu. Din l-elezzjoni jehtieg nirbhuha.  Dak li ksibna nistghu facilment nitilfuh. Muscat m’ghandux pjan. Qed iwieghed bl-addocc. Irid jidhak bik. Jinteressah biss li jisraq il-vot tieghek. Il-weghdiet tieghu jiswew miljuni kbar. Biex iwettaqhom irid jaghmel taxxxi godda. Jekk ikun Prim Ministru biex jaghmel tajjeb ghall-weghdi li qed jamel lil haddiehor ikollok thallas int.

Mal-Partit Nazzjonalista taf fejn int. Minkejja l-problemi u l-krizi finanzjarja li hezzet lid-dinja bqajna ghaddejjin. Ksibna r-rizultati. Ghadna x’nuru.

Muscat irresponsabbli. L-interess tieghu hu li jaqta xewqtu. Jilhaq l-izghar Prim Minsitru.  Kif se jmexxi l-pajjiz ma jafx. Jahtar bhala ministri l-istess nies li meta kienu fil-poter gabuna gharkopptejna. Dak li ghandna nistghu nitilfuh. Mhux biss ma nibqghux nimxu l quddiem. Imma mmorru lura.

Ejja nkunu kburin li ahna Nazzjonalisti. Ghandna storja sabiha x’nirrakkontaw.

 
Simon Busuttil

 Kelli laqgha tajba hafna mal-Vici Kap Simon Busuttil. Nistqarr li lil Simon Busuttil ma kontx nafu bizzejjed. Nafu bhala Membru Parlamentari Ewropew.  Konna niltaqghu. Nitkellmu imma rari fit-tul. Kont narah bhala MEP tajjeb hafna. Anzi eccellenti. Fix-xena politika lokali Simon kien materjal puttost gdid. Simon qed jaghmel bicca xoghol tajba. Qed jiltaqa ma hafna nies. Inkluz dawk li ghal xi raguni kienu tbieghdu mill-partit. Gab entuzjazmu gdid fil-Partit. Hu bniedem umli, accessibli u saqajh mal-art.  Simon issa ntefa b’ruhu u gismu jahdem fil-Partit. Jitkellem  car b’messagg li jifthiem.

Awguri Simon.

Zball

Mela konna ghall-ikla tal-Milied tal-kazin PN ta’ Wied il-Ghajn. Kien hemm gost. Hdejja gie t-Tabib Stephen Spiteri. Bhas-soltu wasal tard hafna. Mela hin minnhom Stephen dahal it-toilet. George tal-Brighton qalli “Dak fejn ix-xjaten dahal. Dak ma ndunax u dahal fit-toilet tan-nisa.   Wara ftit fit-toilet dahlet mara. Regghet harget wara ftit. Dehret mifxula u mahsuda. Fl-ahhar hareg Stephen Spiteri frisk daqs hassa.

Zball jiehdu kulhadd. Imma milli jidher Stephen kompla ghaffigha. Stephen ma ndunax li kien hu li dahal fit-toilet tan-nisa. U x’hin fit-toilet dahlet il-mara Stephen haseb li l-izball kienet haditu l-mara. Il-mara nhasdet x’hin rat lil Stpehen ma wiccha.  Stephen qallha “Sinjura hawn dhalt hazin. Dan it-toilet tal-irgiel.” Il-mara gharfitu. Miksura wegibitu “Skuzani Dott. Skuzani hafna. Kont aljenata.” Stephen b’dak il-lehen kalm tieghu qallilha “Le ma gara xejn. Mhux kulhadd jizbalja.  Mur hi u idhol faccata.

U baghatha fit-toilet tal-irgiel.

Vot li tak bis-Sieq



Fil-vot dwar il-budget, il-Partit Laburista vvota kontra tiegħek. Tak bis-sieq.  Ivvota biss favur l-ambizzjoni ta’ Joe Muscat biex jilħaq Prim Ministru.

Il-vot fisser li l-bosta incentivi pożittivi li fih il-budget ma jistgħux jinataw.

Muscat ivvota kontra l-interess tal-anzjani u l-familji. Kontra l-ħaddiema, u s-self employed. Kontra min se jixtri l-ewwel dar tiegħu. Kontra min se jgawdi min-nuqqas fl-income tax.

Ara l-Italja ħadmu mod ieħor. Għażlu lin-nies. Fl-Italja l-gvern ta' Mario Monti tilef il-fiduċja tal-akbar partit fil-Parlament. Safrattant dak il-partit se jivvota favur il-budget ta' Monti.

Dik ir-responsabbilta' u l-irġulija. 

Il-Labour progressiv ta bis-sieq lin-nies.

Friday, 7 December 2012

Cirasa 7 ta' Dicembru 2012


Ghada Niltaqghu

Ghada s-Sibt ghandi reciviment ghall-kostitwenti tat-tielet distrett. Se jsir il-Garden of Eden, iz-Zurrieq. Min jista’ jattendi niehu gost niltaqghu.

Gudja – 5/12/86

Nhar l-Erbgha 5 ta’ Dicembru Joe Muscat kien qed jwiegeb ghall-budget fil-Parlament. Kumbinazzjoni dakinnhar kien jahbat is-26 anniversarju minn meta nqatel Raymond Caruana fil-Kazin Nazzjonalista tal-Gudja.  Nhar l-Erbgha Joe Muscat kien imdawwar b’deputati Laburisti li 26 sena ilu meta nqatel Raymond kienu jew ministri. Jew inkella kellhom kariga gholja fil-Partit Laburista.

Muscat lil dawn irid jerga’ jaghmilhom ministri.

Ma kienx Injam 

Nhar l-Erbgha mort nippostja ftit zkuk ghall-fireplace. Fil-bitha ghandi shed ghall-injam.  Ma’ Rose jkolli kemm ikolli injam qatt m’ghandi bizzejjed. Meta tkun il-kesha  kemm issib tahraq.  Is-shed kien mimli. Allura tlajt fuqu biex nippostja fuq is-saqaf tieghu.

Nahseb li zzerzqu z-zkuk bija. U waqajt xi nofs sular b’tisbita. Weggajt dahri. Ma stajtx nimxi. Aktar kemm beda jghaddi hin aktar beda jaghfas l-ugigh.

Fl-ahhar ghamlu sew il-pilloli tal-ugigh.  

Maratona z-Zejtun

Ghada s-Sibt fl-10am, in-Nursery taz-Zejtun Cornthians se jorganizzaw maratonna tal-football. Se jingabru flus ghall-Istrina. Se ssir fil-ground tal-Junior Lyceum iz-Zejtun. Jien kelli nilghab ma’ shabi l-membri parlamentari. Imma wara  l-waqgha li waqajt kelli nirtira.  Inheggeg lil min jista’ biex jattendi. It-tfal zgur jiehdu gost.

Sergio

Dil-gimgha konna l-ufficcju. Kien dalam. Sergio il-Communications Officer gie biex jitlaq. Ic-cwievet ma sabhomx. Minbarra c-cwievet tal-ufficcju kellu tad-dar.  Beda jwahhal f’kulhadd. Lili beda jixlini li ccajtajtlu mac-cwievet. Mhux il-kaz. Did-darba kont innoncenti.  Imbaghad beda jwahhal f’kull min kien hemm l-ufficcju.

Hadd minna ma kien messlu c-cwievet. Meta xbajna nisimghu qrid iddecidejna li nghinuh ifittex. Beda jaccertana li kien halliehom fis-serratura tal-bieb tal-ufficcju. Fittixna kullimkien. Ghal darba tnejn. Imma dawn l-imberkin cwievet ma nsatbu imkien. Il-bieb tal-ufficcju tieghu kien maghluq. Bdejna nahsbu li kien sakkarhom fl-ufficcju. Ilmaht it-tieqa tal-ufficcju tieghu miftuha. Qbizt mit-tieqa biex nara kinux gol-ufficcju. Ma kinux.

Wara xi nofs siegha infittxu Sergio iddecieda li ahjar jinforma lil mara bit-telfa tac-cwievet. Cempel id-dar. Imbaghad bil-kalma kollha qallilna “Ic-cwievet id-dar qedghin. Insejthom warajja.”

 Mela nofs siegha jaccertana li cwievet hallihom fis-serratura tal-bieb tal-ufficcju. Nofs siegha jixlina. Nofs siegha infittxu. Biex wara kollox ic-cwievet kien hallihom warajh id-dar.

Kif tista ma tibghatux isaqqi …. l-hass tal-Marsa.

Sunday, 2 December 2012


Joe Muscat ilu snin twal involut fil-politika. Xi ħaġa li spikkat kienet li dejjem tana pariri ħżiena. Riedna ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea. Riedna ma ndaħħlux l-ewro. Riedna ma nġibux il-linji tal-ajru low cost. Riedna  nadottaw il-politika tal-Gvern Ċiprijott. Politika li falliet. Politika li tefgħet lil Ċipru fil-miżerja.

F’diskors li għamel fil-Parlament fl-1 ta’ Novembru 2010, Muscat attakka lill-Prim Ministru u qal “Lawrence Gonzi lanqas huwa kapaċi daqs il-mexxejja ta’ pajjiżi kompetituri tagħna. Ħudu l-gżira ta’ Ċipru, li daħlu fl-Unjoni Ewropea u fl-Ewro bħalna. Iċ-Ċiprijotti, bil-kriżi internazzjonali b’ kollox, qabżu ’l quddiem.

Kieku Lawrence Gonzi sema’ minn Muscat kieku llum qed tbati int. Il-każ ta’ Ċipru hu prova li bil-poter f’idejh, Muscat jieħu deċiżjonijiet ħżiena u jwassal biex Malta jkollha titlob l-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea. Muscat kien jumilja lil Malta u lilek. U lilek kien jimlik bit-taxxi.

Ċipru spiċċaw biex żiedu l-VAT għal 17%. Għolla t-taxxa fuq id-dħul minn 30% għal 35%. Żied it-taxxa fuq l-interessi fuq il-kontijiet depożitati fil-banek għal 20%. Daħħal taxxa fuq id-dħul tal-impjegati, is-self employed u l-pensjonati li jirċievu pensjoni mill-privat.

F’Malta, taħt Lawrence Gonzi, minkejja l-kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali, ma kellniex bżonn mezzi ta’ awsterità. 

Bid-deċiżjonijiet li ħa l-Prim Ministru Lawrence Gonzi, l-impjiegi baqgħu jiżdiedu, l-ekonomija baqgħet tikber, l-iżbilanċ kompla jonqos u l-investiment kompla jiżdied.

Ċipru storja oħra. Naqas ix-xogħol u żdied il-qgħad. L-ekonomija Ċiprijotta qed tiċkien.

Muscat b’sensiela ta’ pariri ħżiena. Tul is-snin li ilu fil-Partit Laburista ħa diversi pożizzjonijiet żbaljati. Muscat jagħżel ħażin u tbati int.

Cirasa 30.11.2012


Mill-budget…
L-ghazliet li ghamilna mhux dejjem kienu popolari. Imma dejjem fittixna li nkunu responsabbli. Fl-Ewropa, gvernijiet ohrajn  ghazlu li jkunu popolari. U spiccaw fallew lil pajjizhom. Issa qed ikollhom jaddottaw mizuri iebsa. Fosthom tnaqqis fil-pagi, fil-pensjonijiet. Tnaqqis fis-servizzi socjali u fis-sahha.  Sadattant l-Unjoni Ewropea qed tbassar li din is-sena l-ekonomija Ewropea se tkompli ticken din is-sena. Se jkomplu jintilfu eluf ta’ impjiegi. Imma f’Malta l-ekonomija se tkompli tikber. Tabilhaqq fl-Ewropa qed jikber il-qghad. U f’Malta qed jirnexxilna noholqu x-xoghol.

Dawn ir-rizultati ma gewx b’kumbinazzjoni. Imma huma rizultat tal-ghazliet serji li ghamilna. Ghax li tkun popolari facli. Ma tridx wisq gherf. Imma fl-ahhar mill-ahhar huma biss l-ghazliet difficli u responsabbli li jassiguraw futur sod ghal pajjizna.

F’dan il-budget ghazilna li nkattru x-xoghol. Ghazilna li ninvestu fl-edukazzjoni. Ghazilna li ninvestu fil-familji taghna. Fl-anzjani taghna. Fis-sahha tal-poplu taghna.

Maghna taf fejn int. Fl-elezzjoni li gejja afda lil min taf. Lil min kiseb ir-rizultati.

Muscat jurik id-debba. U jqabbizzlek il-hmara.    

Gilard
Din il-gimgha halliena Gilard.  Iz-Zejtun konna nsibuh bhala Gilard tal-pitrolju. Kellu 91 sena.  Dan l-ahhar Gilard kien tilef ghal kollox id-dawl ta’ ghajnejh. Kien jimpressjonani kif kien jimxi d-dar tieghu. U ma jahbat ma’ mkien. Imma mhux biss. Kif tidhol ghandu minn lehnek kien jinduna min int. Mank tilhaq tlissen kelma wahda. Dlonk kien jaghraf min int. Imma Gilard kellu don iehor.  Minkejja li kien tilef id-dawl ta’ ghajnejh kien dejjem jitbissem. Kellu tbissima simpatika li tigbdek lejh.

Is-sliem Gilard. U strieh fil-paci.

Jason
Fil-Cabinet jien inpoggi bejn Clyde Puli u Jason Azzopardi. Haga tal-iskantament, il-kafe tieghi dejjem jispicca mimli zokkor.  Imqar indawwar wicci. U l-kikkra tal-kafe tispicca nofsha zokkor. Jason dejjem ikun pront jghidli “Mhux jien. Xoghol Clyde biex jaqbad ftit mieghek.”   U jien nemmnu. Clyde ihobb jinbex. Imma Jason tifel tajjeb. Kollu qdusija. Jason zgur ma jasalx.   Anzi meta jarani nizbel, Jason ikun pront jikkalmani. “Dak xoghol Clyde biex jaqbad mieghek.”

Nhar it-Tlieta kellna l-Cabinet. Gie l-kafe. Meta mort biex nixorbu indunajt li kien mimli zokkor. Skantajt. Ghax dakinnhar Clyde ma kienx il-Cabinet. Kien skuzat. Min taht il-ghajn nara lil Jason jitbissem. Il-gurdien inqabad wahdu. Mela wara dik il-harsa angelika u innocenti ta’ Jason hemm brikkun ordnat.

Sewwa jghidu “ibza’ mill-kwiet.”

Rita
Din grat vera. Mela oht il-mara Rita kienet ma’ zewgha f’hanut.  Hin minnhom daret lejn ir-ragel u qaltlu “Ara x’kumbinazzjoni Charl. Gol-hanut dahlet ohti Rose” fil-waqt li urietu b’idejha. Charlie hares lejn fejn kienet qed turih u bil-kalma qallha “Rita dik li qed tara mhux ohtok. Dik int stess. Qed tara lilek innifsek gol-mera”.

Friday, 23 November 2012

Cirasa 23 ta' Novembru 2012

Sahha Mentali

Dil-gimgha introducejt il-ligi tas-Sahha Mentali fil-Parlament. Din hija ligi importanti.  Ghax se tbiddel mill-qiegh il-mod kif nipprovdu l-kura tas-Sahha Mentali. Hija ligi li se taghti hafna dritttijiet lill-pazjenti bi problemi tas-Sahha Mentali.  Huwa abboz li ilu hafna jinhema. Li dwaru ghamilna konsultazzjoni wiesgha.  Sincerament nemmen li ghandna ligi tajba. Li se taghti aktar dinjità lill-pazjenti bi problemi tas-sahha mentali.

Kemm ili Segretarju Parlamentari kelli taht ir-responsabbiltà s-sahha mentali. Hu qasam li hu ferm ghal qalbi. Hdimt hafna biex intejbu l-kura ghal dawn il-pazjenti. Frixt is-servizzi fil-komunità ghal dawn il-pazjenti. Illum ghadna erbghin lokalità li ghandhom servizzi fil-komunità. Ftahna day centres ghall-persuni bi problemi tas-Sahha Mentali. Waqqafna l-Crisis Intervention Team ghall-emergenzi ta’ sahha mentali.

Hija hasra li waqt id-dibattitu fil-Parlament l-Oppozizzjoni ghazlet li tkun partiggjanna f’suggett daqstant sensittiv.  Anki s-sahha mentali dawru f’ballun politiku. Immishom jisthu. 

Karmenu Ellul

Karmenu hu inkarigat mill-kcina ta’ San Vincenz de Paul. Ma kontx nafu. Iltqajt mieghu erba snin ilu. Meta inhtart Segretarju Parlamentari. Karmenu jibqa’ jimpresjonani.

Hu bniedem li kif jghid il-Malti hanzir ix-xoghol.  Jidhol ghax-xoghol anki fl-4 ta’ filghodu.  Il-kcina ta’ San Vincenz tipprepara xejn anqas minn 2800 ikla kuljum. Apparti l-ikel ta’ San Vincez jippreparaw ukoll il-meals on wheels. Ghadni niftakar meta ttiehdet d-decizjoni li l-Meals on Wheels jibda jsir fil-kcina ta’ San Vincenz. Karmenu mhux talli ma giex bil-problemi. Imma kien pront inkoraggixxa l-istaff tieghu biex jidhlu ghal din l-isfida. Fil-kcina ta’ San Vincenz ghandna team tajjeb hafna. Jaghmlu kollox huma. Inkluz hobz u anki helu.  Isajru tajjeb hafna. U joffru ghazla ta’ ikel tajjeb  lill-anzjani.

L-unika problema li ghandna b’Karmenu hi biex jiehu l-leave tieghu. Kieku jista’ jorqod u jqum il-kcina ta’ San Vincenz.  Hu bniedem li jaghti hafna. U ma jistenna xejn lura.  Darba, Edgar Galea Curmi li jaf sew lil Karmenu Ellul qalli hekk. “Li kieku kellhom jibghatuni fuq gzira zghira f’nofs ta’ bahar u jghiduli li nista’ niehu bniedem wiehed biss mieghi kieku kont niehu lil Karmenu Ellul. Daqshekk nafdah.”

Grazzi Karm lilek u lit-team tieghek tal-Kcina. Qed taghmlu bicca xoghol tajba hafna.

SMS

Is-Sibt li ghadda laghbu l-Manchetser United. Kontra dak li jigri s-soltu l-Manchester United tilfu. Bdew jaslu l-messaggi. Ircivejt messaggi minn siehbi l-Ministru Joe Cassar. Minn George Pullicino. Minn Sammy tal-Lasco. Sahansitra anki l-Avukat Joe Mifsud ta’ TVAM baghtli sms minn barra.

Il-messaggi kienu kkuluriti.  Botti xejn kumplimentuzi. Il-Manchester United tilfu kontra n-Norwich. U dan it-team jilbes gear isfar. Ghalhekk jghidulhom kanarini. Fil-messaggi li rcivejt isemmew hafna l-kanarini. Min jibghatli Tweet Tweet. Min jghidli li se jibda jrabbi l-kanali. Insomma messaggi kollha botti.

Kull messagg li rcivejt wegibtu. U min rega’ baghatli ergajt wegibtu. Wegibt kif kien jixraq. Bla kantunieri. Bl-istint Zejtuni tieghi.

Xtaqt kieku nghidilkom kif wegibthom.  Imma dan id-dejjaq ta’ Editur ma hallinix.

Friday, 16 November 2012

Cirasa 16.11.2012


L-Antibijotici
Illum hu l-jum iddedikat lill-antibijotici.  L-antibijotici huma forsi fost l-aktar skoperti importanti li ghamel il-bniedem. Sa qabel gew skoperti l-antibijotici miljuni ta’ nies kienu jmutu. B’infezzjonijiet.  Operazzjonijiet semplici kienu jfissru sentenza tal-mewt. Ghax il-pazjent aktarx kien imut b’infezzjoni. Fl-1928 gie skopert il-Penicillin. Kien l-ewwel pass. Minn hemm il-bniedem beda jesperimenta. Saru avvanzi kbar. Spiccajna b’antibijotici mill-aktar effettivi. Li kapaci jiggieldu infezzjonijiet differenti.

Imma l-bniedem beda jabbuza minn dawn l-antibijotici. Beda juzahom bl-addocc. Anki fejn ma kienx hemm bzonnhom. Hija prattika mishuta li n-nies jixtru l-antibijotici qieshom qed jixtru l-karawett. U juzawhom meta jridu u ghalkemm iridu. Semplici rih u arana immorru nigru niehdu l-antibijotici. Anki jekk hafna drabi il-mikrobu jkun virus. U l-antibijotici ma jahdmux fuq il-virus. Imma imbasta nibilghu bl-addocc.
Konsegwenza ta’ dan l-abbuz illum diversi mikrobi saru rezistenti ghall-antibiotici. Tant li llum ghandna mikrobi li m’huma sensittivi ghall-ebda antibiotici. Il-mikrobi qeghdin jergghu jirbhu. Hawn min qed jghid li resqin lejn zmien fejn semplici qatgha tista tkun fatali. Tabilhaqq il-bniedem kellu munizzjoni importanti.  U beda jisparah bl-addocc. Hlieh fix-xejn.

Naghmlu tajjeb jekk nibdew napprezzaw ferm aktar l-antibijotici. Nifhmu li jehtieg nuzawhom b’attenzjoni kbira. Nixtruhom b’ricetta . U meta jkunu ordnati biss.   Ta’ kuljum l-antibijotici isalvaw miljuni ta’ hajjiet. Inkunu responsabbli. Nuzawhawhom sew. Ma nahluhomx.

Manchester United

Nhar l-Erbgha kont ma siehbi Jesmond Ferriggi. Konna qed nitkellmu fuq il-football.  Jesmond mal-Juventus. Frahtlu ta kemm sejrin tajjeb il-Juventus. Qabadli fuq il-Manchester United. Bhalissa l-Manchester United ghaddejjin minn fazi stramba. Loghba wara l-ohra jkunu qed jitilfu. Anki 2-0 minn taht. Imbaghad f’nofs siegha jdawru r-rizultat. U minn 2-0 minn taht jispiccaw jirbhu.  
Hin minnhom Jemsond dar fuqi. Bl-akbar serjeta qalli “Mar aghmilli pjacir. Taf il-xi hadd mill-Manchester United kemm nixtieq nixtri ftit shares. Iccekjali x’ghandi naghmel”.  “Shares tal-United?”, staqtsejtu skantat. “Le mhux ezatt. Shares tal-Mulej. Il-Mulej mhux il-major share holder tal-Manchester United Club. Mela kieku mhux ghax il-Mulej maghkom se jirnexxilkom idawru r-rizultati  minn telfa ghar-rebha”.

DJ Jason
Nhar it-Tnejn filghodu siehbi l-Ministru Jason Azzopardi kien fuq TVM. Blehen solenni kien qed jispjega fuq in-negozji z-zghar. Kien ippreprarat. Tkellem bil-fatti f’idejh.

Spicca l-programm. Hu u hiereg mill-PBS ircieva messagg. Messagg li hallieh bla kliem. Kien jghid hekk Ministru qed narak fuq it-television. Prosit. Izommilna kumpanija sabiha. Vera ddoqqilna muzika sabiha. Ghamilli pjacir doqqli wahda ta’ Celentano please.”