Friday, 7 September 2012

Cirasa 7 ta' Settembru 2012


 

Franco u Jien

Il-habib u kollega tieghi Franco Debono rega ikkumenta fuq il-blogg tieghu fuq l-esperjenza tal-problema ta’ sahhha mentali li ghaddejt minnha jien xi tlett snin ilu. Hassejt li kelli niccara xi punti. Naccerta li qed nikteb dan l-artiklu bl-intenzjonijiet kollha tajba. Jekk mhux ghalija ghal eluf ohrajn li jghaddu minn esperjenza ta’ mard mentali.

Xi tlett snin ilu jien ghaddejt minn esperjenza ta’ depression. Nahseb kienet kawza ta’ stress kbir li kont ghaddej minnu.  Stress relattat max-xoghol tieghi. Fittixt il-kura. Ha nkun car; ma mortx ghand il-Ministru Joe Cassar li hu psikjatra. Kif forsi ipprova jaghti x’jifhem siehbi Franco Debono fil-blogg tieghu. Naf mill-kostitwenti tieghi li meta Joe lahaq minsitru l-pazjenti ghaddiehom f’idejn psikjatri ohrajn. Mort ghand il-psikjatra Dr David Cassar. Jien u l-familja tieghi ilna hbieb ma’ David Cassar ghal zmien  twil. Niftakar madwar tletin sena ilu jien, David u l-mara tieghu Doreen, li hi tabiba konna nahdmu flimkien il-casualty. Daqshekk ilna hbieb.

L-Ghaqda Dinjija tas-Sahha qed tbassar li min hawn u ftit snin ohra l-mard mentali komuni bhad-depression tant se jizdied li sahansitra se jkun aktar komuni mid-dijabete u l-cancer. Il-mard mentali jista jaqbad lil kulhadd.  Jista jaqbad lil min hu sinjur. U min le. Min hu ta’ edukazzjoni gholja. U lil min le.  Jista jaqbad lit-tfal. U lill-kbar. Il-mard mentali ma jharisx lejn ucuh. Hadd m’ghandu immunità ghall-mard mentali.

Kont jien li ddecidejt minn jeddi nghid pubblikament li kont ghaddejt minn esperjenza ta’ depression. Ghalfejn hadt din id-decizjoni?   Ghax jien responsabli mill-qasam tas-sahha mentali. Naf kemm ibatu n-nies li jghaddu minn esperjenza ta’ mard mentali. Minhabba l-istigma li ghad hawn.

Id-depression kif kelli jien hija kundizzjoni komuni hafna. F’pajjizna hu stmat li kull sena eluf jghaddu minn perjodu ta’ depression. Sfortunatament ftit imorru ghall-kura. Hafna ma jfittxux il-kura ghax jibzghu li jigu ttimbrati. Jibzghu li jigu ddiskriminati. Minhabba l-marda taghhom. Jew li jsibu minn jghajjarhom bil-marda li ghaddew minnha. Hija hasra. Ghax hafna mard mentali bhad-depression u l-ansjetà hawn kura ghalihom. Tiehu l-kura u tfieq. Jien hekk ghamilt. U llum ghall-grazzja t’Alla ninsab tajjeb hafna. U nista nitkellem fuq l-esperjenza tieghi bil-miftuh.

Ghedt li ghaddejt minn esperjenza ta’ depression biex inwassal messagg. Biex nuri li kulhadd jista jghaddi minn problemi ta’ sahha mentali. Int min int. Li m’hemm xejn tal-misthija li tmur tfittex il-kura ta’ psikjatra. Kieku kelli problemi tal-qalb kont imur ghand kardjologista. Meta jaqbadni attakk tal-ażma imur ghand specjalista li jifhem fl-ażma. Meta kelli depression mort ghand psikjatra. M’ghandi xejn minn xiex nisthi. M’ghandi ebda appologija x’naghmel. Hadd mhu se jhammarli wicci billi jghid li fittixt kura ta’ psikjatra.

F’diskorsi u f’kitbieti qatt ma ghajjart jew gbidt saqajn lil min ghadda minn esperjenza ta’ sahha mentali.  Noqghod attent hafna x’nghid fuq dan is-suggett. Ghax hu suggett delikat. Assolutament ma naqbilx min jghajjar b’dan il-mard. Hu min hu. Jikteb min jikteb.

Meta siehbi Franco Debono jikteb hekk fuqi inwegga. Naccertah li din mhux kundizzjoni li gibtha b’idejja. Jien illum ghall-grazzja t’Alla ninsab tajjeb. Kienet esperjenza kerha li ghaddiet. Imma hemm barra hemm nies li bhalissa ghaddejjin minn esperjenzi simili. U qed ibatu mhux biss minhabba l-marda taghhom. Imma wkoll mill-istigma li sfortunatament ghadu jgib mieghu dan il-mard.

Insellem lil kull minn ghaddej minn esperjenza ta’ mard mentali. Nies bhal dawn modrija ghandhom bzonn. Mhux timbri.

No comments:

Post a Comment