Bejn kliem u
fatti...
Hemm differenza kbira bejn dak li jgħid Joe Muscat. U bejn dak li jagħmel.
Joe Muscat ilu ħafna jipprova jħammeg lil dan il-Gvern. Il-verità hi dan il-Gvern qatt ma ħares lejn uċuħ meta kien hemm allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni. Dan għaliex kull allegazzjoni ta’ korruzzjoni ingħatat f’idejn il-puluzija.
Biex jkunu jistgħu jinvestigaw fil-libertà. U fejn jinstabu l-provi jitressqu n-nies il-qorti.
Imma l-Labour bil-fatti għamel il-kontra. Meta kienu jafu li
setgħet kienet qed issir
attività illegali f’każin Laburista marru għand il-puluzija. Sabu puluzija Laburist u qalulu biex ma jiħux passi.
Tabilħaqq bejn il-paroli u l-fatti hemm il-bahar jikkumbatti.
Proklama
Il-proklama
li ngħatat mill-cabinet
lil George Farrugia ngħatat fuq parir tal-Kummissarju tal-Puluzija u tal-Avukat Ġenerali tar-Repubblika. Il-parir tagħhom kien ċar. Farrugia jista’ jkun għandu informazzjoni dwar x’kien qed jiġri fil-korruzzjoni dwar ix-xiri taż-żejt. U allura b’din il-proklama seta’ jikxef lil oħrajn involuti f’dan il-każ.
Kieku l-Gvern ried jaħbi ma kienx jagħti l-proklama. Il-fatt li ngħatat din il-proklama tikkonferma r-rieda tal-gvern li joħorġu fil-beraħ il-fatti kollha. Jinkixfu n-nies
involuti. U jitressqu l-qorti.
Il-Vera Labour...
L-istejjer
li ħarġu dan l-aħħar juru min hu fil-verità l-Labour. Is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union lest jagħti puxxjatura lill-kuntratturi biex jieħdu xi tender. L-istess Toni Zarb
jinstema’
jgħid li l-GWU ma tattakkax kuntratturi li jkun qrib il-GWU. Imma l-GWU lesta tattakka lil min mhux qrib tagħha.
Wara li ħarġet din l-istorja Muscat ma ħassx li kellu jitlob lil Toni Zarb jirriżenja.
Anki l-mod
kif Joe Muscat mexa mad-Deputy Leaders tiegħu turi min hu l-vera Muscat. Lil Anġlu keċċieh fuq xi ħaġa li qal. Lil Toni Abela ddefendieh.
Dawn
l-istejjer jagħtuna
stampa ċara
dwar kif se jimxi Muscat jekk ikun Prim Ministru. Gvern Laburista li jimxi mod ma’ tal-qalba. U mod differenti mal-oħrajn. Li jipproteġi lil dawk viċin tiegħu. U jżeblah lil dawk li m’humiex. Fejn ta’ ġewwa jingħataw puxxjatura. U l-ohrajn li m’humiex viċin il-Labour jiġu attakkati.
Hames Minuti
Tliet ġimgħat oħra int se tiddeċiedi lil min trid imexxi pajjiżna f’dawn il-ħames snin li ġejjin. Il-mod kif Muscat qed jipprova jidher iqarraq.
Meta tneħħi
x-xinxilli tinduna li
Gvern Laburista jerġa’ jimxi kif mexa fl-imgħoddi. L-istess nies. L-istess politika.
Fid-9 ta’ Marzu int se jkollok ħames minuti biex tieħu waħda mill-aktar deċiżjonijiet importanti ta’ ħajtek. Ħames minuti jiġu u jmorru, imma ħames snin ta’ tmexxija ħażina jkissru pajjiż. Jeqirdu l-futur tat-tfal u taa-żgħazagħ.
Fid-9 ta
Marzu dawk il-ħames
minuti huma dritt tiegħek. Tahlix dan id-dritt. Użah. U użah sew.
No comments:
Post a Comment