Friday, 1 March 2013

Cirasa 1 ta' Marzu 2013


Il-Park ta’ Wied il-Ghajn

Nhar il-Hadd li ghadda ftahna gnien mill-isbah f’Wied il-Ghajn. Fil-post ezatt fejn il-Labour kien ghamel mizbla. Marru eluf kbar jaraw dan il-gnien. Min ghadu ma marx nistiednu jmur. Gnien kbir u mill-isbah.  Fejn tista tmur bit-tfal u tiehu pjacir. Kif qal sew il-Prim Ministru l-Labour minn bicca art tajba kien ghamel mizbla. Ahna minn mizbla ghamilna gnien mill-isbah. Mhux hekk biss imma qed niehdu wkoll energija nadifa. Li minnha qed igawdu hafna familji.

Ghalina tan-naha t’isfel ta’ Malta l-Labour mhux gnien ghall-familja qed jipproponi.  Imma zewg tankijiet kull wiehed daqs il-knisja tal-Mosta, mimlija gass perikoluz.

X’differenza.

Zammit Dimech u l-krustini

Meta niltaqghu l-cabinet tal-minsitri, Jason Azzopardi u jien  konna  insistejna li jgibu xi zewgt krustini mal-kafe.  Kemm titrejjaq ghodu ghodu. Wara snin shah ta stennija, il-krustini fl-ahhar waslu. U mal-kafe bdew ifeggu xi ftit krustini. Imma x-xitan m’ghandux halib. Inzerta li mal-krustini rega fegg fil-cabinet tal-ministri Francis Zammit Dimech. Li rega’ nħatar ministru.

Il-krustini fl-ahhar bdew jigu mal-kafe. Imma daqstant iehor bdew josfru malajr. Kif jidhol il-platt tal-krustini Francis Zammit Dimech ikun pront jigbdu lejh. U f’kemm ili nghidlek iharbtu. Imbaghad jimsah xufftejh jitbissem. U jnewwlilna platt vojt.

Fejn tidhol zaqqu s-solidarjetà ghal Francis ma tezistix.

Nhar l-Erbgha

Nhar l-Erbgha li gejjin ghandi l-ahhar attività. Hija biss jumejn qabel l-elezzjoni. U allura se tkun l-ahhar attività li niltaqghu flimkien. Se ssir f’Villa Over Hills f’ B’Bugia. L-attendenza taghkom ghalija tfisser hafna. Taghmilli kuragg.  Min jista jattendi niehu gost jekk niltaqa maghkom. 

L-ahhar Cirasa...

Din hi l-ahhar cirasa qabel l-elezzjoni.  Gimgha ohra jkun lejliet l-elezzjoni.  U allura jkun jum ta’ riflessjoni. U ma nkunx nista nikteb. Tul dawn il-hames snin li ghamilt membru tal-kabinett tal-ministri qsamt din l-esperjenza maghkom. Kull nhar ta’ Ġimgħa fit-tajjeb u l-hazin kont maghkom. Qsamt id-dizappunt u l-mumenti sbieh li taf taghti l-politika.  Tbissimna flimkien. 

Fil-kariga ministerjali tieghi hdimt. Ghamilt hilti biex il-qasam tal-anzjani nħallih ferm ahjar milli sibtu. Ftahna postijiet godda mill-isbah. Bdejna servizzi godda. Fuq kollox ippruvajt inkun vicin in-nies tul il-hames  snin kollha. Tkellimt ma kull min xtaq ikellimni. Hu min hu. U sa fejn stajt u sa fejn kien jiddependi minni ppruvajt nghin lil kulhadd.

In-nies taz-Zejtun, il-Fgura u Wied il-Ghajn jafu li jien ma tfaccajtx biss meta qorbot l-elezzjoni. Kont maghhom u vicin taghhom tul il-hames snin kollha. Sal-lum dejjem tlajt kull meta tela l-partit. Ma tlajtx biss fl-1986. U f’dik l-elezzjoni la tlajt jien u anqas il-partit. Qed nahdem b’hilti kollha, lejl u nhar biex il-PN jerga jirbaħ l-elezzjoni.  Jien se nikkontesta fuq distrett wiehed. Jigifieri biex nigi elett ghandi bzonn il-vot tar-residenti taz-Zejtun, il-Fgura u Marsaskala.  Minghajr il-vot taghkom jien ma nistax nigi elett.

Grazzi minn qalbi talli mxejtu din il-mixja mieghi. Issa f’idejkom. 

No comments:

Post a Comment