Friday, 22 February 2013

Cirasa 22 ta' Frar 2012


Meeting

Nhar il-Hadd li ghadda qomt b’101 deni. U ugigh ta’ ras taqsam. Kontra qalbi kelli nitlef il-mass meeting ta’ Haz-Zebbug.  Ghall-meeting marru Rose, it-tfal u shabi. Kollha qaluli li kien impressjonanti. Kuragg .... fadal gimghatejn ohra.  Let’s go for it.

Muscat

Joe Muscat gideb. Meta kien mistoqsi qal li ma kienx jaf bil-blokka tad-droga li kien hemm fil-kazin tal-Labour. Qal li Toni Abela qatt ma qallu.  Issa rrizulta li fl-2009 Muscat kien infurmat b’ittra dwar din il-blokka.  Tant hu hekk li Joe Muscat kien irrisponda lura lil min kitiblu u qallu li kien ra u qara l-ittra tieghu. Dan jikkonferma bic-car li Muscat kien jaf bid-droga fil-kazin Laburista. 

U minflok ma ha passi u ghadda l-kaz f’idejn il-pulzija heba kollox. U tefa kollox taht it-tapit. Gie jaqa u jqum li dik id-droga setghet tispicca teqred zgħażagh ohrajn. Ghalih l-importanti kien li ma johloqx problemi lill-Partit Laburista fuq il-media. Alla biss jaf x’sar minnha dik id-droga li Muscat kien jaf biha. Alla biss jaf liema zghazagh spiccaw vittma taghha. Dan hu l-vera Muscat. Jilbes il-maskra. Jilghabha ta’ pur u trasparenti. Imma minn taht jahbi l-verità. Jonqos milli jmur ghand il-pulizija. Anzi jahbi l-abbuz tad-droga.

Id-differenza bejn il-Partit Nazzjoanlista u l-Partit Laburista hija cara. Ahna nikxfu l-korruzzjoni. U nghaddu l-informazzjoni kollha lill-puluzija. Biex min jinstab hati jiehu dak li haqqu. Joe Muscat jahbiha. Biex jipprotegi lil-Laburisti u lill-partit tieghu.

Herman

Nhar is-Sibt kelli nmur niekol ghand siehbi Herman Svhiavone. Kellu jkun hemm ukoll Eddie Fenech Adami, Beppe u Victor Scerri.  L-ikla kellha ssir fis-1p.m.  Ghamilt premura biex ma nittardjax. Eddie jasal dejjem fil-hin. U jobghod lil min jasal tard.  Fil-passat ilhaqt laqqat xi twiddiba minghandu meta wasaltlu tard. Intant ftit qabel is-siegha se jdoqqu kont hemm.  Dhalt il-hanut ta’ Herman.  Sodisfatt bija nnifsi li wasalt fil-hin. Tajt daqqa t’ghajn madwari. Ma rajt lil hadd mill-mistednin l-ohra. Tajjeb mela jien tal-ewwel. 

Herman kien pront gie fuqi. “X’gejt taghmel?” qalli.  “Ma tafx li konna mifthemin?” wegibtu skantat. “L-ikla thassret ghax Eddie qam ma jiflahx. Fit-8 ta’ dal-ghodu kont digà bghattlek messagg.” qalli Herman.

Sadattant l-istaff ta’ Herman kienu qed jargumentaw ma’ mara barranija. Kienet dahlet minn barra u talbithom tuza t-toilet. Kif harget indunaw li minn fuq kienet halliet it-toilet mandra. U ma riditx tnaddfu b’xejn. 

Biex tkompli tisfida hija u hierga daret l-imwejjed wahda wahda. L-imwejjed kienu lesti armati. Bil-platti, puzati u srievet. Din l-imbierka mara bdiet idur l-imwejjed wahda wahda. U bdiet tigbor is-srievet li kien hemm fuq l-imwejjed armati. Meta gabrithom kollha, tefgħethom kobba go hobba. Imbaghad daret lejn Herman u qaltlu “Thank you. Very nice place” “Tkun l’hawn erga ghaddi ta. Ghadna fuq u isfel,”kien pront wegibha Herman.

 

No comments:

Post a Comment