Friday, 15 February 2013

Cirasa 15 ta' Frar 2013


Oreste

House visit li ghamilt hallietni bla kliem. Lil Oreste Schembri kont nafu. U meta mort ghandu hsibtu se nsibu hemm. Minflok sibt ritratt kbir tieghu.  Martu Connie u ibnu Warren qaluli li kien miet madwar sena ilu.  Assolutament ma kontx naf.  Meta miet inzertajt imsiefer. U ma smajtx.

Niftakar lil Oreste pulizija mal-mobile. It-tifel tieghu Warren ta’ 15 il-sena, urieni poezija mill-isbah li kiteb lil missieru wara mewtu.  Jien u naqra l-poezija indunajt kemm kienu close Warren u missieru. Kienu jmorru jimxu flimkien. Jilaghbu t-tennis flimkien. Fil-poezija Warren jghid li missieru kien il-coach tieghu. Nistqarr li din il-poezija hallietni bla kliem.

Inrid insellem lill-memorja ta’ Oreste, puluzija u missier.  Jien u Warren tkellimna fuq il-karriera li jixtieq jaqbad. Interessat hafna li jmur jahdem Mater Dei.  Jiehu hsieb l-pazjenti.  Konvint li Oreste qed jikkowcja lil ibnu mis-sema.

Università

Fid-dibattitu tal-Università l-Labour rega’ ghamilha.  Hadu n-nies minn barra. Sahansitra fis-sala dahlu partitarji Laburisti li qatt ma kienu rifsu fl-università.   Dak li kellu jkun dibattitu matur bejn l-istudenti tal-università u l-mexxejja politici spicca hijacked mill-Labour. Laburisti twasslu bil-privates ghad-dibattitu.  Fis-sala tqassmu bnadar Laburisti u sahansitra sfafar.  Studenti li gew intervistati qalu li hassewhom bullied minn partitarji Laburisti.

Fl-università, fl-istorbju rebah il-Labour. Fil-kontenut rebah Gonzi.

Id-differenza

Fuq il-korruzzjoni il-Labour ghandu biss paroli. Ahna meta jkollna lanqas informazzjoni ta’ korruzzjoni nmorru ghand il-puluzija.  Id-Deputy Leader tal-Malta Labour Party kien jaf li setghet kienet ghaddejja attività illegali f’Kazin Laburista. Minflok mar jirrapporta  din l-attività illegali lill-Puluzija mar l-ghassa tal-puluzija. Sab puluzija Laburist. U talbu biex ghalissa ma jihux passi. Halli ma jidhirx ikrah il-partit.  Kull meta kellna l-icken informazzjoni ta’ korruzzjoni jew hjiel ta’ attività illegali, ahna morna ghand il-puluzija biex il-puluzija tkun tista’ tinvestiga u tiehu passi. Izda il-Labour imur ghand il-puluzija biex jitlobha ma tiehux passi. 

X’differenza.

Anglu u Toni

Joe Muscat mhux konsistenti. Anki kif ittratta lid-deputy leaders tieghu. Id-differenza hija cara. Lid-Deputy Leader Anglu Farrugia keccieh fuq xi haga li qal. Id-Deputy Leader Toni Abela mhux qal. Imma ghamel. Jinstema’ jghid f’recording li mar l-ghassa tal-puluzija u sab puluzija Laburist u  qallu biex ma jiehux passi. Izda lil Toni Abela, Muscat mhux talli ma kecciehx. Izda iddefendieh.

Tabilhaqq Malta taghna ilkoll. Staqsu lil Anglu.

Bieb ta’ barra

Dil-gimgha kont ghand familja.  Ghamilna xi kwarta nitkellmu. Keith tifel ta’ tmien snin qabad mieghi. Jien ninkih fuq il-Liverpool. U hu fuq il-Manchester United.  Qomt biex nitlaq. Bdejt riesaq lejn il-bieb ta’ barra. Irringrazzjathom, hadtilhom b’idejhom u ftaht il-bieb biex nohrog. Quddiemi nilmah sodda. “Hemm biex torqod,” qalli Keith b’ton nebbiexi. Inksirt u  qbadt il-pum ta’ bieb iehor. “U hemm biex taghmel toilet,” rega’ qabez Keith.

 

No comments:

Post a Comment