Mal-Prim Ministru
Flimkien mal-Prim Ministru ghamilna vizta lil Zammit
Clapp. Hu l-eks Blue Sisters li kien
ghalaq il-Gvern Laburista. Ghadna kemm
irrangajnieh. Infaqna zewg miljun ewro. Illum biddilnieh f’dar
tal-anzjani.
Sadattant nhar it-Tlieta ergajt kont mal-Prim Ministru. Ftahna Day Centre iehor ghall-anzjani
f’Hal-Kirkop. Dalwaqt nifthu iehor
fl-Imgarr. B’hekk se jkollna 21 Day Centre. Li fihom jattendu 2000 anzjan.
F’din il-legislatura bdejna wkoll is-servizz tan-night shelters. Zidna s-servizzi ghall-anzjani fil-komunità.
Mhux biss. Imma zidna n-numru ta’ sodod ghall-anzjani b’elf sodda.
Madwarna fl-Ewropa pajjizi ohra qed inaqqsu s-servizzi
ghall-anzjani. Biex jiffrankaw
il-flus. Ahna stajna inzidu s-servizzi
ghall-anzjani ghax ghandna finanzi fis-sod.
F’mumenti difficli gharafna niehdu d-decizjonijiet it-tajba.
Decizjoni hazina tista idahhal lil pajjizna gol-hajt. Power Station ta’ 600 miljun kif irid jaghmel
Joe Muscat hija bizzejjed biex tkissirna.
U jekk nitkissru, Muscat jibda jnaqqas mill-ispiza tal-edukazzjoni u
minn tas-sahha. Jibda jnaqqas is-servizzi ghall-anzjani.
Joe Muscat irid ibiddel id-direzzjoni. Irrid idahhalna gass
down gol-hajt.
Fid-9 ta
Marzu int tista’ tghidlu le.
Noli
Wasalna f’nofs il-kampanja elettorali. Il-Partit Laburista
qed jilghab noli. Il-Programm Elettorali
tieghu ghadu ma hargux. Qed izommu sigriet.
Kultant johorgu xi proposta. Imma
ghad m’ghandNiex programm shih. Li bih jghidulna x’se jaghmlu jekk ikunu
fil-gvern.
Irridu l-poplu jafdalhom il-gvern. Imma mbaghad ma jridux
jghidulu x’se jaghmlu jekk ikunu fil-gvern.
Il-verità hija wahda. Il-Labour jafu kif
jistghu jirbhu l-elezzjoni li gejja. Imma ma jafux x’se jaghmlu jekk ikunu
fil-gvern.
Majjali
Fuq l-ahbarijiet rajt lill-Ministru George Pullicino
mal-majjali f’razzett. Kont pront
bghattlu messagg. Ghidtlu “George kemm
ferhu bik il-majjali. Kont qisek wiehed minnhom.” Minnufih George baghtli
lura. “Mario il-majjali tghidx kemm
staqsew ghalik. Qaluli li int wiehed minn tal-familja.”
M’Carm
Il-kunjata,
Mari Carm ghandha 86 sena. Meta habbarna l-proprosti taghna fuq l-edukazzjoni
cemplet id-dar inkwetata. “Rose ili
ninkwieta minn mindu smajt lil Gonzi jitkellem. Dak x’gie jivvinta l-Prim
Ministru? Dik x’pillola hi li jrid jaghti lill-istudenti”
Ghall-kunjata
“tablet” tfisser pillola.
No comments:
Post a Comment