Il-Ġurnata minn kmieni Turik
Il-kampanja elettorali kompliet tikkonferma s-superfiċjalità ta’ Joe
Muscat. Joe Muscat bena l-politika tiegħu fuq il-ħrejjef. Iwiegħed kollox lil
kulħadd.
Din il-kampanja elettorali qed tikkonferma li Muscat għadu mhux lest biex
jiggverna. Muscat bid-deċiżjonijiet ħżiena li jieħu jdaħħal il-pajjiż gass down
Malta ġol-ħajt. Fil-politika ma tistax
tkun popolari ma’ kulħadd.
Iżda Joe Muscat qed jagħżel il-gimmicks
minflok is-sustanza.
Anki s-slogan Malta Tagħna Lkoll mhu xejn agħar gimmick. Imma ż-Żejtun u l-kumplament ta’ Malta ma kinux f’idejn
il-Maltin fi żmien il-Labour.
Muscat
ipprova jaħtaf il-kampanja elettorali bi proposta tad-dawl u l-ilma. Proposta
li hija zoppa u li se titfagħna gass down fil-ħajt. Proposta li minnha se nbatu lkoll.
Ironikament
il-konsulenti mħallsa
mill-Partit Laburista stess iċċertifika li l-proposta tal-Partit Nazzjonalista hija
l-aħjar u l-irħas proposta.
Joe Muscat qed iwiegħed kollox lil kulħadd. Għandu pjan biex jirbaħ l-elezzjoni. Iżda
mhux biex jiggverna.
Dak li għandna llum nistgħu faċilment nitilfuh. Għandna servizzi tas-saħħa tajbin għax
għandna finanzi fis-sod.
Jekk Joe Muscat jieħu deċiżjonijiet ħżiena jkollu jagħmel
tajjeb billi jnaqqas l-ispiża minn fuq is-saħħa u l-edukazzjoni.
Fid-9 ta’ Marzu se nagħmlu għażla importanti. Għażla għall-ħames snin li ġejjin. Fid-9 ta’ Marzu vvota għall-futur fis-sod.
Ivvota għall-Partit Nazzjonalista.
No comments:
Post a Comment