Gimmick
Mank stennew sa fil-filghodu.
Nidew il-logo tal-kampanja elettorali f’nofs il-lejl. Fis-satra tal-lejl
taqla’ l-gurnalisti ghal xi haga vera urgenti.
Ghal xi haga li ma tistax tistenna.
Mhux biex tniedi logo. Li facilment seta jistenna sa fil-ghodu. Hsiebhom fil-gimmicks. Mhux fil-kontenut. Jekk Muscat jaqta’ xewqtu u jkun
l-izghar Prim Ministru, politika serja jkollu bzonn. Mhux gimmicks. Bil-gimmicks
idahhalna go hajt. U ghall-izbalji tieghu ikollok thallas int.
Tabilhaqq Alfred Sant kien jikteb ir-recti. Joe Muscat qed jirrectahom.
House Visits
Ili ndur djar. Tul
il-hames snin li ghaddew ippruvajt inzomm kuntatt man-nies tad-distrett
tieghi. Jien nohrog fuq iz-Zejtun,
Marsaksla u l-Fgura. Jien ghandi distett
difficli. Did-darba irrid nahdem hafna
biex nerga’ nigi elett. Inhossni grat hafne lejn il-mijiet li qed jilqghuni
f’darhom. Napprezza ferm.
Bhalissa ghandi bzonn nies li jistghu jghinuni fil-kampanja
tieghi. Min jista jaghtini daqqa t’id nitolbu jikkuntattjani (mario.galea@gov.mt / 99427673). Kull min jista’ jghinni napprezza ferm.
S’issa ikkontestajt f’hames elezzjonijiet .Ma tlajtx wahda
biss dik tal-1996 meta kien tela’ l-Labour. Se naghlaq ghoxrin sena fil-Parlament.
U dejjem kont Deputat tal-Gvern. M’ghamiltx
gurnata wahda fuq il-bankijiet tal-Oppozizzjoni.
Sal-lum kull meta tlajt jien tela’ l-partit.
Mill-Germanja il-Kancillier Angela Merkel tfahhar lil Malta.
U Joe Muscat izeblahna. Jghidilna li kollox hazin. Ma jara xejn tajjeb. Il-Kancillier Germaniza qalet car u tond li
Malta hija fost l-izghar pajjizi fl-Unjoni Ewropea. Imma l-gvern irnexxielu
jgib rizultati ekonomici mill-aqwa. Kompliet tghid li bir-rizultati ekonomici
li ksibna Malta hija ezempju eccellenti ghall-Ewropa. Merkel kompliet tghid li “Malta qed tirnexxi
hafna aktar minn pajjizi ohrajn.”
U sadattant Joe Muscat irrid ibiddel ir-rotta.
Iz-Zejtun
Malta taghna lkoll. Hekk qed jghidilna Joe Muscat. Imma
z-Zejtun ma kienx taghna lkoll. U dak iz-zmien bhala Ministri kien hemm l-istess
nies li llum Muscat jinsab imdawwar bihom. U jekk jerga’ jitla’ jrid jerga’
jaghmilhom ministri.
Int lest terga’ tafdahom?
Dawl u Ilma
Il-Labour qed jippruvaw jergghu jidhku bin-nies. Qed iwieghdu
rohs fil-dawl u l-ilma. Se jonfqu 370 miljun ewro biex jibnu power station gdida. Se jkomplu jhallsu d-dejn
tal-Enemalta. Qed iwieghdu li jsibu investitur
privat. Li jinvesti dawn il-miljuni. U fl-istess hin jintrabat li jibqa’
jipprovdi l-elettriku bi press fiss. Anki jekk il-gass joghla. Din fairy tale.
Biex jaghmlu tajjeb ghal dawn il-miljuni Muscat jispicca jaghmel
taxxi godda. Ikollu jnaqqas il-flus mill-pensjonijiet. Mill-edukazzjoni.
Mis-sahha.
Din mhux serjeta. Il-fairy tales ghall-kotba ta’ Trevor Zahra
tajbin. Mhux biex tiggverna pajjiz.
SMS
Kif tafu siehbi Sammy tal-Lasco mal-Liverpool. Lill-Manchester
United u lil Sir Alex Ferguson ma jistax ghalihom. Imma din il-gimgha baghtli
messagg helu. “Ghid lil Gonzi biex igib
lil Alex Ferguson maljar kemm jista’ jkun. Dak espert kif idawwar ir-rizultat
fl-ahhar minuta.”
No comments:
Post a Comment