Lets go for it
Tlaqna.
Tigrija ghat-telgħa. Imma nistghu naslu. Din l-elezzjoni jehtieg nirbhuha.
Dak li ksibna nistghu facilment
nitilfuh. Muscat m’ghandux pjan. Qed iwieghed bl-addocc. Irid jidhak bik. Jinteressah
biss li jisraq il-vot tieghek. Il-weghdiet tieghu jiswew miljuni kbar. Biex
iwettaqhom irid jaghmel taxxxi godda. Jekk ikun Prim Ministru biex
jaghmel tajjeb ghall-weghdi li qed jagħmel lil haddiehor
ikollok thallas int.
Mal-Partit
Nazzjonalista taf fejn int. Minkejja l-problemi u l-krizi finanzjarja li hezzet
lid-dinja bqajna ghaddejjin. Ksibna r-rizultati. Ghadna
x’nuru.
Muscat
irresponsabbli. L-interess tieghu hu li jaqta’
xewqtu. Jilhaq l-izghar Prim Minsitru.
Kif se jmexxi l-pajjiz ma jafx. Jahtar bhala ministri l-istess nies li
meta kienu fil-poter gabuna gharkopptejna. Dak li ghandna nistghu nitilfuh.
Mhux biss ma nibqghux nimxu ’l quddiem. Imma mmorru
lura.
Ejja
nkunu kburin li ahna Nazzjonalisti. Ghandna storja sabiha
x’nirrakkontaw.
Awguri
Simon.
Zball
Mela
konna ghall-ikla tal-Milied tal-kazin PN ta’ Wied il-Ghajn.
Kien hemm gost. Hdejja gie t-Tabib Stephen Spiteri. Bhas-soltu wasal tard hafna.
Mela hin minnhom Stephen dahal it-toilet. George
tal-Brighton qalli “Dak fejn ix-xjaten dahal. Dak ma ndunax u dahal fit-toilet
tan-nisa.” Wara ftit fit-toilet
dahlet mara. Regghet harget wara ftit. Dehret mifxula u mahsuda. Fl-ahhar hareg
Stephen Spiteri frisk daqs hassa.
Zball
jiehdu kulhadd. Imma milli jidher Stephen kompla ghaffigha. Stephen
ma ndunax li kien hu li dahal fit-toilet tan-nisa. U x’hin fit-toilet
dahlet il-mara Stephen haseb li l-izball kienet haditu l-mara. Il-mara nhasdet
x’hin rat lil Stpehen ma’ wiccha. Stephen qallha “Sinjura hawn dhalt hazin. Dan
it-toilet tal-irgiel.” Il-mara gharfitu. Miksura
wegibitu “Skuzani Dott. Skuzani hafna. Kont aljenata.” Stephen
b’dak il-lehen kalm tieghu qallilha “Le ma gara xejn. Mhux kulhadd jizbalja. Mur hi u idhol faccata.”
U
baghatha fit-toilet tal-irgiel.
No comments:
Post a Comment