Joe Muscat ilu snin twal involut fil-politika. Xi ħaġa li
spikkat kienet li dejjem tana pariri ħżiena. Riedna ma nidħlux fl-Unjoni
Ewropea. Riedna ma ndaħħlux l-ewro. Riedna ma nġibux il-linji tal-ajru low
cost. Riedna nadottaw il-politika tal-Gvern Ċiprijott. Politika li falliet. Politika li tefgħet lil Ċipru
fil-miżerja.
F’diskors
li għamel fil-Parlament fl-1 ta’ Novembru 2010, Muscat attakka lill-Prim Ministru u qal “Lawrence Gonzi lanqas huwa kapaċi daqs
il-mexxejja ta’ pajjiżi kompetituri tagħna. Ħudu l-gżira ta’ Ċipru, li daħlu
fl-Unjoni Ewropea u fl-Ewro bħalna. Iċ-Ċiprijotti, bil-kriżi internazzjonali b’
kollox, qabżu ’l quddiem.”
Kieku Lawrence Gonzi sema’ minn Muscat kieku llum qed tbati
int. Il-każ ta’ Ċipru hu prova
li bil-poter
f’idejh, Muscat jieħu
deċiżjonijiet ħżiena u jwassal biex Malta jkollha titlob l-għajnuna finanzjarja
mill-Unjoni Ewropea. Muscat kien jumilja lil Malta u lilek. U lilek kien jimlik bit-taxxi.
Ċipru spiċċaw biex żiedu l-VAT
għal 17%. Għolla t-taxxa
fuq id-dħul minn 30% għal 35%. Żied it-taxxa fuq l-interessi fuq
il-kontijiet depożitati fil-banek għal 20%. Daħħal
taxxa fuq id-dħul tal-impjegati, is-self employed u l-pensjonati li jirċievu
pensjoni mill-privat.
F’Malta, taħt Lawrence
Gonzi, minkejja l-kriżi ekonomika u
finanzjarja internazzjonali, ma kellniex bżonn mezzi ta’ awsterità.
Bid-deċiżjonijiet li ħa l-Prim Ministru Lawrence Gonzi, l-impjiegi
baqgħu jiżdiedu, l-ekonomija baqgħet tikber, l-iżbilanċ kompla jonqos u
l-investiment kompla jiżdied.
Ċipru storja oħra. Naqas ix-xogħol u żdied il-qgħad. L-ekonomija Ċiprijotta qed tiċkien.
Muscat b’sensiela ta’ pariri ħżiena. Tul
is-snin li ilu fil-Partit Laburista ħa diversi pożizzjonijiet żbaljati. Muscat jagħżel ħażin u tbati int.
No comments:
Post a Comment