Friday, 18 January 2013

Cirasa 18.01.2013


L-audit tal-Labour...

Kont qed nara Bondi Plus. Fuq il-programm kien hemm il-Ministru Tonio Fenech u Konrad Mizzi mill-Partit Laburista. Lou Bondi intervista diversi esperti fuq il-proposta tal-Labour. Dik li jibni power station ohra gdida. Ilkoll qalu li l-proposta tal-Partit Laburista mhix realistika. Hin minnhom intweriet intervista ma’ Dr Anne Fenech. Dr Fenech hi avukata. Imma tispecjalizza fuq l-industrija tal-vapuri. Dr Fenech qalet li se jkun difficli hafna li jinstabu vapuri biex iwasslu l-gass ghall-power station l-gdida li jrid jibni l-Labour. Spjegat li se jkun hemm il-htiega li jinbnew vapuri godda. Li ovvjament jiswew hafna flus. U jiehdu z-zmien biex jinbnew.

Konrad Mizzi minflok wiegeb ghall-argumenti taghha, infexx jghajjar lil Dr Anne Fenech. Qal li hi Nazzjonalista. U li kienet attendiet ghal attività politika taht it-tinda. U kienet hdejn il-Prim Ministru Lawrence Gonzi. Ghall-Partit Laburista mhux x’taf jew x’int kapaci taghmel jghodd. Imma x’kulur politiku thaddan. Min mhux maghhom, kontra taghhom.

Ghadhom fl-Oppozizzjoni u l-audit tal-Labour digà beda.

Mass Meeting

Nhar il-Hadd se norganizzaw private ghall-mass meeting li l-Partit Nazzjonalista se jorganizza f’Haz-Zabbar. Ovvjament se tkun b’xejn. Se tigbor in-nies miz-Zejtun, il-Fgura u Wied il-Ghajn. Min irid jigi maghna jcempel fuq 99690838 jew 99487102. Ejjew halli niehdu gost flimkien. Narakom.

Ghandi bzonnok

Nerga’ naghmel talba ghal min jista jghinni fil-kampanja tieghi. Hemm xoghol differenti li jrid isir. Uhud minnu jista’ jsir fil-kumdità ta’ djarkom stess. Min jixtieq jaghtini daqqa t’id hu mitlub jikkuntattjani fuq 99427673. Jista jibghatli messagg. Inkella e-mail fuq mario.galea@gov.mt

Zaren Cancu...

Dil-gimgha Zaren Cancu gratlu wahda tinkiteb. Fl-aqwa tal-maltempata mar l-Isla. Kien qed isir xi xoghol ta’ zebgha fuq lanca li ghandu ghat-turisti. Mar jara x-xoghol. Kienet il-kesha. U kien imgezwer wahda sew gol-hwejjeg. Mar biex jitla’ fuq il-lanca tat-turisti. Imma milli qaluli ghelbitu rasu. Waqa’ u spicca gol-bahar bil-hwejjeg b’kollox. Kellu jghum sa fejn kien baxx biex seta’ jitla’. Il-bahar kien kiesah silg. U tellghuh mill-bahar iterter bil-bard. Il-haddiema li kienu prezenti tghidx kemm dahku bil-qalb meta raw l-imghallem taghhom jixkana minn tulu gol-bahar ingazzat. Skont kif qaluli, Zaren la dahak u wisq anqas tkellem hazin. Ghax bid-dehxa li ha fl-ilma kiesah beda jirtoghod. U mank felah jitkellem.
Zaren l-anqas fl-eqqel tas-sajf ma jmur jghum. U kellu jghum fl-aqwa tax-xitwa. Min jaf lil Zaren Cancu jaf li hu ma jiddejjaq xejn jigbed saqajn in-nies. Biss ghandkom tkunu tafu li din l-ghawma bla hsieb Zaren ipprova jzommha mistura. Meta cempiltlu, Zaren qalli biex ma nghid lil hadd. Smajt minnu. M’ghidt lil hadd. Minflok qed niktibha.

No comments:

Post a Comment