Sunday, 10 February 2013

Futur fis-sod ghall-anzjani taghna



Dawn il-ħames snin ħdimna fuq li ħdimna biex tejjibna l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani.  Hekk se nkomplu nagħmlu.  Bla dubju, l-anzjani se jerġgħu jkunu fil-qalba tal-politika tagħna.

Kif jgħid il-programm elettorali tagħna “l-anzjani sawru min aħna, l-identità tagħna, u dak kollu li ngawdu llum.

L-esperjenza ta’ din il-leġislatura lkoll nafuha. Ilkoll nafu x’għamilna għall-anzjani tagħna.  Ma naqqasniex is-servizzi fi żmien ta’ maltemp ekonomiku.

Fil-programmi elettorali qed inwiegħdu  programmi mal-Kunsilli Lokali biex jipprovdu opportunitajiet ta’ xogħol fil-komunità għall-anzjani.

Gvern ġdid  Nazzjonalista se jżid l-opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ għal dawk l-anzjani li jixtiequ jkomplu jitgħallmu. Se nkomplu nifirxu ċ-ċentri ta’ matul il-jum biex iktar anzjani jgawdu minn dan l-esperjenza sabiħa.

Se ndaħħlu inċentivi ta’ taxxa għal min ikollu l-għajnuna ta’ carer id-dar.  Il-pensjoni tal-wens se tiġi riveduta. L-allowance ta’ €300 se titla’ għal €500 u se nestenduha lil kull anzjan li jibqa’ jgħix f’daru wara li jagħlaq 75 sena.

Għal dawk li ma jistgħux jibqgħu jgħixu f’darhom, se  jiżdiedu n-numru ta’ sodod residenzjali u respite, fid-djar għall-anzjani u għall-persuni b’diżabbiltà. 

Gvern Nazzjonalista biss bil-vot tiegħek jista’ jassigura futur fis-sod għalikom l-anzjani tagħna. Joe Muscat iwiegħed kollox lil kulħadd.  Joe Muscat jieħu deċiżjonijiet ħżiena u tbati inti.

No comments:

Post a Comment