Saturday, 9 February 2013

Cirasa


 Anġlu

Anġlu Farrugia fl-aħħar tkellem. Iddeskriva dak li għamillu Joseph Muscat bħala qisu bagħat għalik l-akbar ħabib li għandek u kif tidħol għandu jagħtik sitt tiri. U joqtlok.

Joe Muscat lil Anġlu wżah għal erba’ snin sħaħ. Kien id-Deputat Mexxej tiegħu. Kien leali lejh bħala Mexxej u lejn il-partit. Imma meta fettillu, Muscat remieh. Xahrejn qabel l-elezzjoni kissrulu karriera politika. Karriera li Anġlu kien ilu jibni għal snin sħaħ. B’ħafna sagrifiċċji.

Jekk Muscat għamel hekk lil Anġlu li għal erba’ snin sħaħ kien l-aktar persuna viċin tiegħu, aħseb u ara x’se jagħmel lilek jekk jirbaħ l-elezzjoni. Dan l-argument jiswa ħafna għal min qed jemmen dak li qiegħed iwiegħed Joe Muscat. Jew għal min hu Nazzjonalist u għax imweġġa’ qed jaħsibha biex ma jivvutax. Jew jivvota Labour. Ma ħasibhiex darbtejn biex juża lil Anġlu u jarmih. L-aktar persuna viċin tiegħu. Aħseb u ara kemm se jiddejjaq juża lilek. U jarmik.

Aħsibha sew.
Jason

Il-Ministru Jason Azzopardi kien qed jagħmel il-house visits. Fil-bieb lemaħ raġel li kien jaf. Laburist akkanit. Bejn saqajn dan ir-raġel kien hemm kelb inejjeb. U jinbaħ kemm jiflaħ.

“X’se tagħmel Ministru, se tgħaddi ?” staqsieh ir-raġel.

“Imma l-kelb jigdem?” staqsieh Jason.

“Mhux dejjem.”

“Anki jien mhux dejjem ngħaddi,” kien pront wieġbu Jason.

de Marco

Mario de Marco kien il-Furjana jdur id-djar. Daħal għand familja. Sab anzjana tistennieh. Tgħidx kemm ferħet bih. Qaltlu li kienet taf sew lil missieru. Kienet saħansitra anki tmur attivitajiet ta’ Guido de Marco. Qaltlu li dan l-aħħar inġabret m’oħtha. Biex tieħu ħsiebha għax kellha d-dimensja. L-anzjana kienet akkanita sew. Qaltlu li l-familja de Marco għaliha tibqa’ l-ewwel u qabel kulħadd.

Mario ħa gost. Ġewwa x-xileb. Kellu vot ċert. Poġġa bilqiegħda ħdejha. U ntasab jismagħha tirrakkonta. Kemm kienet marret meetings tan-Nazzjonalisti. Min jaf kemm irsistietlu lil missieru. Saħansitra anki attivitajiet ta’ Guido laħqet marret. Wara xi kwarta qam biex jitlaq. “Dott problema waħda għandi. Alla ħares ikun il-maltemp fl-elezzjoni. Għax ma nafx kif se mmur nivvota,” qaltlu l-anzjana.

Tinkwieta xejn. Niġu għalik aħna bil-karozza. Noħduk tivvota. U nwassluk lura.

L-anzjana kienet pronta għannqitu magħha. “Jaħasra int raġel tajjeb u qalbek tajba bħal missierek. Xi pjaċir tagħmilli kieku tiġi għalija,” qaltlu.

Niġu għalik żgur aċċertaha Mario. Ħa nikteb l-indirizz, qalilha Mario.

M’għandekx fejn titfixkel Dott. Ejjew għalija hawn u ħuduni nivvota l-iskola ta’ B’Kara,” qaltu l-anzjana.

B’Kara?” staqsieha Mario mfixkel.

“Mela Dott B’Kara. Għax jien hemm kont mort noqgħod. Bħalissa qiegħda hawn biex nieħu ħsieb oħti. Aħna issa lit-tifel ta’ Fenech Adami nivvutaw.

No comments:

Post a Comment