Kuljum imutu 21,600 tifel u tifla taht il-hames snin. Jigifieri tifel jew tifla jmutu kull erba’ sekondi. L-aktar fl-Afrika u l-Asja. Hafna minnhom imutu minhabba guh u faqar. Inkella mard li f’pajjiz bhal taghna jista’ jitfejjaq. 148 miljun tifel u tifla huma underweight. 101 miljun tifel u tifla imma l-aktar bniet ma jattendux skola. 22 miljun ma jircevux tilqim. 4 miljun tarbija jmutu qabel jaghlqu xahar.
Sakemm qrajt dan il-paragrafu lahqu mietu 14 -il tifel u tifla. Quddiem dawn il-fatti ghandek kuragg tibqa’ cass?
Il-Labour ghandu kilba kbira ghall-poter. Joe Muscat irid isir Prim Ministru akkost ta’ kollox. L-ambizzjoni tieghu hi li jsir l-izghar Prim Ministru. Dan kliemu. Qalu hu stess. Bhalissa qed iwieghdu kollox lil kulhadd. Ghandek ragun jew le. Bi dritt jew le. Kollox iva jghidulek. Tisma’ b’nies li weghduhom djar tal-Gvern. Jobs. Permessi tal-bini. F’nifs wiehed jghidu li se jiehdu hsieb l-ambjent. F’nifs iehor iwieghdu lill-izviluppaturi permessi tal-bini.
Il-weghdi tal-Labour huma kollha weghdiet fiergha. Fl-elezzjoni tal-1996 il-Labour ta’ Alfred Sant hekk kien ghamel. Weghduhom li jnehhu l-cash register. Dahku bihom. Weghduhom permessi tal-bini. Dahku bihom. Weghdu li se jnehhu l-VAT. Ghamlu taxxa aktar gholja. Weghdu lin-negozjanti nifs gdid. Minflok spiccaw fgawhom.
Alfred Sant kien qal li biex jirbah il-voti lest jaghmel patt max-xitan. Joe Muscat ghamlu. Min iwieghed kollox lil kulhadd jispicca jiddizappunta lil kulhadd f’kollox. Tal-Labour ma nbidlux.
Ferha bla temma
Bhal lum tmint ijiem kellna laqgha tal-cabinet. Saret Ghawdex. Iddiskutejna fit-tul affarijiet importanti ta’ Gha wdex. Hekk ukoll naghmlu fil-laqghat tal-cabinet li jsiru Malta. Imma li laqgha tal-ministri issir Ghawdex hija sinnifikanti hafna.
Il-laqgha bdiet fit-3p.m. Kif wasalt ilmaht lill- Ministru t’Ghawdex Giovanna Debono fil-bieb tal-Ministeru. Go qalbi ghedt “Ara x’kumpliment sabih. Giovanna nizlet tilqaghna gol-bieb tal-Ministeru”. Dak il-hin vera ammirajt dan il-gest umli ta’ Giovanna. U biex nuriha l-apprezzament tieghi kont pront bistilha idejha. Ghidtilha “Grazzi Giovanna ta’ dan il-gest sabih li gejt tistenniena fil-bieb.” Imma il-ferh tieghi intemm qasir il-ghomor. Ghax Giovanna kienet pronta wegbitni “Cuc jien mhux qieghda hawn nistenna lilek. Qieghda hawn nistenna lill-Prim Minisitru”.
Ibghathieli bil-posta hej!