Joe Bondi
Tlifna habib. Joe Bondi. Ghawdxi li kien jafu kulhadd. U jaf lil kulhadd. Twieled, ghex u miet Nazzjonalist konvint. Ta’ 18-il sena kien hareg kandidat mal-Partit Nazzjonalista. Kien wiehed mill-ewwel kanvasers li kellu Gorg Borg Olivier. Sahansitra, qabel Borg Olivier sar Prim Ministru. Kien midhla sew ta’ Nerik Mizzi.
Kien ragel ta’ zaqqu f’fommu. Kif jghid il-Malti, Joe Bondi ma kienx ihalliha ghall-melha. Li ghandu jghid, jghidulek f’wiccek. Joe Bondi hekk kien. Bla kantunieri. Kien ragel f’sahhtu. Ma jibza’ minn xejn. U minn hadd. Fiz-zminijiet difficli, meta l-pulizija kienu jintuzaw biex jarrestaw u jsawtu nies innocenti, Joe kien imur l-ghassa. U jaffaccja lill-pulizija. U b’kuragg u determinazzjoni, kien jghidilhom car u tond li qed jabbuzaw. Li ma kinux qed jimxu sew. Meta d-demokrazija kienet mhedda taht ir-regim ta’ Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici, Joe Bondi ma marx jistahba. Ma hasibx ghar-rasu. Imma kien minn ta’ quddiem biex jaghti sehmu. U ssogra hajtu, gildu, gidu u familtu. Fil-glieda ghall-libertà, Joe m’ghazilx il-kumdità tal-bankina. Postu kien fin-nofs. Mal-kotra. Jipprotesta.
Imma mbaghad lil Joe Bondi kien ihobbu kulhadd. B’lehen li jdamdam kellu cajta ghal kulhadd. Int min int u int fejn int, jekk Joe jarak, isejjahlek. Jistiednek biex tmur tixrob jew tiehu kafè mieghu. Nazzjonalisti u Laburisti kienu jhobbuh lil Joe. Biex jaqdik kien jissallab. Ghax wara dak il-lehen u gisem goff, kien hemm qalb tad-deheb. Li taf thobb, taghder u thenn. Ta’ spiss kien jiccajta u jghid “L-ahwa, jien ma nibza’ minn hadd hlief mill-mara”. Avolja l-mara tieghu fiha daqs nofsu.
Is-sliem Joe. Strieh fil-paci habib. Grazzi Joe ghat-tbissima li kont tohloq. Joe, das-sajf, minghajrek, Marsalforn mhux se jkun l-istess.
Trevor dahhal denbu. Waqt li l-qassis kien ikun fil-klassi, Trevor kien imur fl-istaff room. Johodlu bajda minnhom. U jghalliha. Wara jhalliha tiksah. U jpoggihielu lura fil-container. Is-sacerdot twajjeb kien jinzel ghall-brejk. Jghalli z-zewg bajdiet. U jibqa’ skantat kif bajda tigi mghollija perfetta. U l-ohra iebsa gebel.
“X’qed tghid Dun dalghodu”, staqsieh tal-haxix skantat.
“Qed nghid li int mhux se tara wicc Alla. Lil ohti qed tbellghalha bajd maqtugh. Nghalli zewg bajdiet flimkien. Wahda tigi tajba. U l-ohra iebsa gebel. Il-bajd tieghek mhux frisk. Int bajd maqtugh qed tbigh”, beda jitmashan is-sacerdot quddiem in-nies.
No comments:
Post a Comment