Ganni s-Sagristan
Tfuliti jien ghamiltha nigri ma’ Ganni s-sagristan. Dejjem mieghu l-knisja. Il-fares ma kinux jonqsu. Minn jaf kemm stennejna lil Ganni jaghlaq il-knisja. Imbaghad nintasbu fuq ic-cinta tal-knisja. U x’hin naraw lil Ganni hiereg mill-bieb ta’ wara nitfawlghu xi barmil ilma. Darba f’wiehed mill-gandlieri ta’ fuq l-artal maggur minflok xemgha wahhalna suffarell. U x’hin Ganni mar jixeghlu bil-lasta t-twila xeghel suffarell. Jarmi ilsien ta’ nar u jsaffar. Imma Ganni ma kienx jiehu ghalih. Kien jirrabja ftit dak il-hin. U kwarta wara qisu ma gara xejn. Ganni kien ragel tajjeb. Xejn aktar. Xejn anqas.
Tibqa’ timpressjonani martu Gustina. Mara ta’ fidi kbira. Dejjem ixxandar il-kelma ta’ Alla. Titkellem b’konvinzjoni liema bhalha. Liz-Zejtun din il-familja semplici taghtu hafna.
Insellimlek Gan. U kompli strieh fil-paci.
Spiru Callus
Grazzi mill-qalb lil Spiru u lil tant ohrajn li ta’ kull gimgha jaqraw kitbieti.
Privileġġi
Nhar it-Tnejn dhalt ghall-Cabinet Kastilja. Hemm il-kafe bil-hin. Niehdu ftit kafe x’hin ikun irrid Edgar Galea Curmi. U ghall-kafe, Edgar idu iebsa. Kif dhalna nara messaggier gej b’kikkra kafe. Ghal Mario de Marco. Innutajt li jidhol x’hin jidhol Mario De Marco dejjem iservuh il-kafe. Lilna le. Lil Clyde ghidtlu qed tara kemm jiswa li jkollok missierek President tar-Rapubblika. Mario de Marco bil-kafe shun shun. U ahna nharsu lejh nixxenqu. Ftit hin wara nara messaggier diehel b’ kafe iehor. Did-draba ghall-Dolores Cristina. Thawwadt. Missier Dolores ma kienx President tar-Repubblika allura kif kienet qed tgawdi mill-istess privilegg ta’ kafe x’hin trid. Dlonk tani r-risposta siehbi Karm Mifsud Bonnici. Qalli: “Missier Dolores ma kienx President tar-Rapubblika. Imma missieri kien. Lil Dolores irrangajtilha jien ghall-kafe.”
Kellu ragun il-kittieb maghruf George Orwell. Meta fil-ktieb tieghu Animal Farm kiteb li l-annimali kollha huma ugwali. Imma xi whud huma ferm aktar ugwali mill-ohrajn.
No comments:
Post a Comment