Sunday, 26 August 2012

Impenn Ċar favur l-Anzjani Tagħna


Kien hemm min fil-Partit Laburista tkaża għax iċċelebrajna l-ftuħ tat-tielet night shelter f’San Vinċenz de Paul. Il-fatti huma li l-gvern imexxi mill-Partit Nazzjonalista minn dejjem ħa ħsieb l-anzjani tagħna.  Qed jirnexxielna nibqgħu sensittivi għall-ħtiġijiet li għandhom bżonn faxex differenti tas-soċjetà. Dan fi żmien meta d-dinja għaddejja minn epoka iebsa fejn it-tnalja tal-kriżi ekonomika qed tagħfas sew.

Tista’ tgħid li kullimkien fid-dinja qed jinqatgħu s-servizzi lill-anzjani.  Aħna le. Aħna qed inżidu mal-bosta li diġà għandna. Prova ta’ dan hu n-night shelter li nfetaħ. Irrid nfakkar ukoll li l-aħħar budget tajna iktar flus lill-anzjani tagħna.

Gazzetti madwar id-dinja qed jixlu lill-gvernijiet rispettivi li qed jieħdu miżuri li jweġġgħu lill-anzjani. Artiklu riċenti fit-Telegraph irrapporta dak li qal il-Kap Ewropew għad-drittijiet tal-bniedem. Hu sostna li fl-Ingilterra, id-djar tal-anzjani  qed ibatu minn inġustizzja. Dan għaliex biex inaqqas l-ispiża pubblika l-Gvern Ingliż qed ipoġġi d-djar tal-anzjani fi kriżi.

Skont rapport tal-Kunsill tal-Ewropa, il-kriżi ekonomika fil-Portugal qed tweġġa’ lit-tfal u l-anzjani. L-istess sitwazzjoni qed jgħaddu minnha l-anzjani Griegi.  L-istess qed jiġri fi Spanja. Apparti minn hekk, f’dan l-aħħar sena rajna żieda fl-età tal-irtirar fl-Awstrija, il-Greċja,  l-Olanda, l-Ungerija, ir-Renju Unit u Franza.

F’Malta il-Labour ta’ Joe Muscat imaqdar dak kollu li qed naghmlu fil-qasam tal-anzjani. Imma mbaghad joffrilek baħħ f’dan il-qasam. Nisimgħu kuljum xmara ta’ kritika. Il-Labour kuljum jgħidilna li l-anzjani jinsabu fl-infern taħt Gvern Nazzjonalista.  Il-verità hi li dan il-Gvern reġa’ ta dinjità lill-anzjani bid-diversi servizzi. 

Il-proposti Laburisti fis-settur ma nafux x’inhuma. Joe Muscat ma joffri ebda serħan il-moħħ għall-anzjani tagħna.

Bl-investimenti li qed nagħmlu fil-qasam tal-anzjani, mhux biss qed igawdu l-anzjani tagħna imma qed noħolqu iktar xogħol għalik u għal uliedek. 

Għalina l-importanti hu li inti u l-familja tiegħek timxu ’il-quddiem. Il-Labour ma jimpurtahx minnek. Jinteressah biss il-vot tiegħek.

Friday, 24 August 2012

Cirasa 24.08.2012


Carmelo Mallia

Siehbi Carmelo halliena ghall-hajja ta’ dejjem. Lil Carmelo ili nafu hafna. Kemm lilu. Kif ukoll lil martu u uliedu. Kien joqghod wara ommi Wied il-Ghajn. Kien bniedem tal-gabra. Ghalih l-ewwel u qabel kollox kienet il-familja. Kien fin-Navy. U kien jahdem bhala Chief Petty Officer il-Forti Sant’ Anglu.

Kien bniedem ta’ talenti kbar. Kien ikanta fil-funerali, tigijiet u festi. Kien ikanta tajjeb hafna.  Imma mhux biss. Kien bniedem li dak li jarawh ghajnejn jaghmluh idejh. Kien jaghmel mudelli l-gmiel taghhom. Fost ohrajn kien hadem mudell to scale tal-Forti Sant’ Anglu. Mudell tal-gebel. Li kien fih sal-anqas dettall.  Niftakar l-ahhar li mort ghandu intlift nara x-xoghlijiet tieghu.

Carmelo kien bniedem dixxiplinat. Ferm kapaci. Bniedem tar-rispett. U habib ta’ vera. Is-sliem Carmelo. Grazzi tal-hafna li tajt lil pajjizek. Strieh fil-paci habib.

Kappillan l-Imqabba

Il-habib tieghi l-Kanonku Dun Gorg Spiteri inhatar kappillan l-Imqabba. Dun Gorg hu Zejtuni bhali. Jien u hu ilna hbieb. Trabbejna hdejn xulxin iz-Zejtun. Devot kbir tal-padruna taghna Santa Katerina. Ghadni niftakar sew meta kien qed jistudja l-Ingilterra. Il-festa ta’ Santa Katerina kienet ghadha issir fix-xitwa, f’Novembru. Dak iz-zmien jien kont Segretajru tal-Ghaqda tal-Armar. Kull sena  fil-festa Dun Gorg kien iccempilli  mill-Ingilterra. Biex isaqsini jekk Santa Katerina hargitx.

Lil Dun Gorg bqajt nammirah ghax hu sacerdot impenjat. Bniedem li baqa’ dejjem attiv fil-hajja socjali taz-Zejtun. Sacerdot tan-nies. L-Imqabba kellhom lil Dun Nazzaren Caruana bhala Kappillan. Sacerdot iehor twajjeb. Li mar jiltaqa’ mal-Mulej. F’età pjutost zghira.

Dun Gorg nawguralek ghal din ir-responsabiltà gdida. Santa Katerina qed tharsek mis-sema.

Mari u Cikku 

Mari tal-Pulena fiha stil. Ghawdxija twajba. Toqghod ir-Rabat Ghawdex. Lil Marija u zewgha Cikku ili nafhom zmien twil. Cikku kellu l-kazin tan-Nazzjonalisti tar-Rabat, Ghawdex. Konna niltaqghu klikka ghandu.

Marija akkanita ma’ Santa Marija. Zewgha Cikku ma’ San Gorg.  Mela das-sajf konna qed nieklu ghandhom Il-Pulena. Bhas-soltu Marija giet fuq il-mejda titkellem maghna. B’wicc innocenti daqs dak ta’ Santa Marija Goretti, Marija ddikjarat li fil-festa ta’ San Gorg ma tmurx. “Ghax ir-rassa idejjaqni” qaltilna. Jien u Rose konna pronti qbizna fuqha. “Ma tmurx mhux ghax iddejqek ir-rassa Mari. Imma ghax il-festa ta’ San Gorg lilek ma tinzillekx. Ara f’Santa Marija ma idejjekx ir-rassa. Ghax tisbah il-Kattidral minn sbieh Alla”, konna pronti ghednielha.

Dlonk gie zewgha Cikku. Qallilna li ftit jiem qabel kienu rcivew zewg fuljetti id-dar. Wiehed tal-parrocca ta’ Santa Marija. U iehor tal-parrocca ta’ San Gorg. Cikku dahhalhom mill-letter box. U poggiehom it-tnejn fuq il-mejda. Wara ftit mar ifittex il-fuljett ta’ San Gorg. Ma sabux. Ta’ Santa Marija kien hemm. Imma l-fuljett ta’ San Gorg kien ghosfor. Kien pront staqsa lil Marija jekk messitux. Cahdet. Qaltu li aktarx kienu haduh in-neputijiet. Cikku wegibha li d-dar wahedhom kienu. Hadd mit-tfal tat-tfal ma kien hemm.

Mela wara xi kwarta Cikku mar jarmi xi haga. U dlonk jilmah il-fuljett ta’ San Gorg imqatta’ trietaq. “U ghaliex  jien l-imbarazz idejjaqni. Inkun irrid nisbarazza,” kienet pronta ddefendiet ruħha Marija.

Tajba din Cikku. Mela l-fuljett ta’ San Gorg helset minnu. Ghax idejjaqha l-imbarazz. Imma ta’ Santa Marija zammitu. Ghax dak mhux imbarazz.

M’hemmx x’taghmel Cikk. Ikollok tiehu pacenzja.

  

Thursday, 16 August 2012

Cirasa 17.08.2012


Rispett

Ghadha kif ghaddiet Santa Marija. Festa ta’ devozzjoni kbira fostna l-Maltin. U l-Ghawdxin. Zmien il-mistrieh ukoll. Hafna jieqfu ftit mir-rutina. U jiehdu ftit jiem ta’ mistrieh. Hekk sewwa u xieraq.

Importanti li anki fil-jiem tal-mistrieh naghtu kas haddiehor. Jekk ghamilna BBQ hdejn il-bahar, inzommu n-nadif. Jekk dhalna d-dar tard, ma naghmlux storbju. Jekk morna s’Ghawdex, ma nippretendux li Ghawdex sar taghna. L-Ghawdxin jiehdu gost bil-Maltin. Imma bi dritt jippretendu rispett minghandna.

Ghax jekk vaganza jien, mhux vaganza kulhadd. Ghada hawn min irid ibakkar ghax-xoghol. Jekk illum int ghamilt BBQ, ghada fl-istess post sejjer xi haddiehor. U jippretendi li jsib nadif.

 Ahna poplu li nghixu fuq gzira zghira. Irridu nitghallmu nghixu flimkien. B’rispett lejn xulxin. Il-mentalità ta’ tajjeb jien tajjeb kulhadd, ma tahdimx.

Ghawma…

Konna qed nippreparaw biex immorru l-bahar. Konna ma’ hija Johnmark. It-tfal ta’ Johnmark, Anthea u Neil riedu jmorru zewg bajjiet differenti. L-istess it-tfal tieghi, Nathan u Nicole. Spiccajna b’erba’ bajjiet differenti. Biex inkunu fair ma’ kulhadd, iddecidejna li nivvutaw fejn se mmorru. Hin minnhom taqbez it-tifla tieghi Nicole. U bl-akbar serjetà qaltilna: “Imbasta ma mmorrux f’bajja fejn ikun hemm hafna ajkli.” Ilkoll infqajna nidhku. U b’wicc mill-aktar innocenti Nicole staqsietna: “Ghalfejn qed tidhku? Jien l-ajkla ddejjaqni. Ma nghumx fejn ikun hemm l-ajkli”.

Nicole, l-ajkla fis-sema ssibha ttir. Mhux fil-bajja. Fil-bajja alka ssib. Mhux ajkli.

Velenu

Ftit gimghat ilu kont funeral. Kif hrigt mill-knisja, iltqajt ma’ siehbi George Pullicino. Kien hemm ukoll Josef Camilleri tal-HSBC. George kien pront rega’ dewwaqni l-ilsien iniggez tieghu. Xejn gdid. George ghandu lsienu vvelenat.

Kont pront dort lejn Lourdes Pullicino, il-mara ta’ George. Ghidtilha: Lourdes ghid il-verità. Ma tahsibx li ghandek ragel vera lsienu hazin?”

Kienet pronta wegbitni: “Mar int stess ghadek ma tafx kemm ghandu lsienu hazin. Ilek tafu hafna, imma xorta wahda ghadek ma tafx bizzejjed kemm ghandu lsienu hazin. Lili trid tistaqsi.”

Nistqarr li hadt gost li anki l-mara ta’ George bdiet taqbel mieghi. Imbaghad Lourdes kompliet: “Mar, biex inkun fair mieghu wiehed biss naf li ghandu lsienu aghar minn tieghu?”

“Min hu?” kont pront staqsejtha.

“Int” wegbitni Mrs Pullicino.

Ara vera Alla jxebbah qabel ilaqqa’.

Sunday, 12 August 2012

Għażliet Politiċi favur l-Anzjani Tagħna




Matul din il-leġislatura, il-Gvern ħa u wettaq bosta deċiżjonijiet importanti li ħallew ħafna ġid qalb il-poplu tagħna.
Ewlenija fosthom, l-għażla politika li jara li l-anzjani tagħna jgħixu ħajja komda u b’iktar dinjità.

Għax l-anzjani tagħna huma prezzjużi għalina. Faxxa importanti fis-soċjetà. Huma taw ħafna lill-pajjiż. Bnewh mil-lat ta’ infrastruttura kif ukoll bħala valuri.   
Xhieda tas-suċċess ta’ din il-politika favur l-anzjani hu l-fatt li x-xjuħ tagħna qed jgħixu iktar.

Ftit tax-xhur ilu minn Franza ħarġet statistika li tatna ċertifikat li jikkonferma dan il-fatt ta’ ħajja itwal għall-anzjani tagħna. Dawn in-numri ħadd ma jista’ jakkużana li ħmejniehom aħna għal għan propagandistiku. Ġew minn barra.
L-anzjani jafu li Malta għandha gvern li ma jibżax mill-isfidi. Stajna għamilna bħal gvernijiet barranin u użajna l-mannara u naqqasna s-servizzi. Stajna ħdimna bil-filosofija tal-calculator. Stajna tajna daharna. Dik l-eħfef triq. 
Minflok, il-lista ta’ servizzi għall-anzjani qed dejjem tiżdied. Minkejja deċiżjonijiet iebsa li kien hemm bżonn jittieħdu.
Filfatt ftit tal-ġimgħat ilu ftaħna night shelter ġdid u komdu f’San Vinċenz. Li għalih kien hemm konkorrenza tajba ħafna.   
L-anzjani llum qed igawdu mill-esperjenza pożittiva taċ-Ċentri ta’ matul il-Jum, in-night shelters, servizzi ta’ respite, it-telecare, il-handyman service, il-meals on wheels, is-servizz tal-għajnuna fid-djar, is-servizz tal-inkontinenza, fiżjoterapija u occupational theraphy, u bosta oħrajn.
Fis-settur tal-anzjani llum nistgħu niftaħru li għandna iktar minn 2800 ħaddiem.
Ħsibna wkoll li f’dawk l-anzjani li jixtiequ jibqgħu jkunu attivi fil-kamp tax-xogħol mingħajr ma jitilfu xejn mill-pensjoni tagħhom.
Komplejna nżidu l-lista tal-mediċini li l-anzjani jingħataw b’xejn permezz ta-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. Mill-aħħar elezzjoni l'hawn żiedna 860 sodda iktar għall anzjani li għandhom bżonn kura fit-tul.
L-anzjani jgawdu pensjonijiet komdi u s-sena li għaddiet fil-budget il-gvern ta għotja ġdida ta’ €300 lil kull anzjan u anzjana li għalqu t-80 sena u li jgħixu fi djarhom jew mal-familja tagħhom.
L-Awtorità tad-Djar toffri diversi skemi fosthom dik li l-anzjani jirranġaw djarhom biex ikunu aħjar. L-anzjani llum għandhom l-opportunità li jużaw il-pixxina tal-università mingħajr ħlas.

Fejn jidħol it-trasport pubbliku u l-qsim bejn Malta u Għawdex ħadna ħsieb li l-anzjani jgawdu minn prezzijiet speċjali.  

Kburin bl-investiment li qed nagħmlu biex l-anzjani jgħixu aħjar u b’dinjità. Dan kollu ma ġiex mix-xejn u qiegħed f’riskju jekk l-anzjani ma jħarsuħx meta jissejħu biex jagħżlu l-Gvern li jridu jmexxihom.

Joe Muscat mhux garanzija li dan kollu se jkompli. 

Friday, 3 August 2012

Ċirasa 3 ta' Awwissu 2012

Joe Muscat u l-GWU

Joe Muscat irid jilghabha ta’ progressiv. Tal-modern. Tad-demokratiku. Hija biss qoxra. Ghemilu juri mod iehor. Il-Labour taht Joe Muscat rega’ hataf lill-GWU taht idejh. Il-GWU regghet saret aktar minn qatt qabel il-kelb tal-but ta’ Joseph Muscat. Il-Labour taht Joe Muscat inhakem mill-estremisti. Nies li jaraw biss l-ahmar. Li huma intolleranti. Li jemmnu fil-vendikazzjonijiet. Bizzejjed niftakru x’ghamel il-Labour fil-Parlament. Joe Muscat iddawwar b’politici antiki. Ta’ zmien Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici. Zmien meta l-vjolenza u l-vendikazzjonijiet kienu l-ordni tal-gurnata. Jekk Joe Muscat ikun Prim Ministru, dawn jergghu jsiru Ministri.

U sadattant, il-GWU minflok union regghet spiccat forcina tal-Partit Laburista. Taghmel biss dak li jaqbel lil-Labour. Dak li jaqbel lil Joe Muscat. Huma biss il-mexxejja li ma jemmnux fid-demokrazija, li jahtfu l-unions taht idejhom. Il-union qieghda hemm biex taqdi l-haddiema. Mhux biex taqdi xi partit politiku.

Taht Joe Muscat, il-Partit Laburista veru mexa. Imma girja wahda b’lura. Mhux ’il quddiem.

Parla, Parla, Parla

Dil-gimgha, il-Gvern ippubblika l-Ligi tal-Protezzjoni tal-Embrijuni. Hija l-ligi dwar l-IVF. Joe Muscat qal li ghalissa, il-Partit Laburista ghad m’ghandux opinjoni dwar din il-ligi. Minkejja li hi ligi daqstant importanti. Muscat qal car u tond li l-ewwel se jara x’se jghidu n-nies. Imbaghad jiddeciedi.

Joe Muscat imissu jisthi. Minn xi hadd li jrid isir Prim Ministru, il-poplu jippretendi opinjoni. Fuq ligi daqstant importanti. Mhux attitudni ta’ pinnur. L-ewwel se jara x’se jghidu n-nies. Jekk l-opinjoni pubblika tkun favur, jaqbel. Jekk tkun kontra, ma jaqbilx. Joe Muscat iffissa li jrid ikun l-izghar Prim Ministru. Imma ghadu ma fehemx li fil-politika trid tmexxi. Mhux titmexxa mill-opinion polls.

Ftit ilu, Joe Muscat kien qal li l-ligi tal-IVF se tkun l-ewwel ligi li jaghmel meta jkun fil-Gvern. Gidba. Ghax fil-verità, il-Labour m’ghandu xejn ippreparat. Anqas opinjoni fuq il-ligi m’ghandu. Ahseb u ara kemm ghandu ligi lesta.

Joe Muscat parole si. Fatti no.

Ganna tirringrazzjani…

Kultant isaqsuni jekk ic-cajt li nikteb ikunx gara vera. Naccertakom li iva. Meta niltaqa’ ma’ mumenti li jnisslu tbissima, niktibhom mill-ewwel. Biex ma ninsihomx.

Dil-gimgha cemplitli Ganna li kont qdejtha f’xi haga. Cemplitli biex tirringrazzjani. Konvint li riedet turini l-apprezzament sincier taghha. Spiccat qaltli ghal darba darbtejn “Mario grazzi ghall-pjacir li ghamiltli. Nibqa’ nafhulek jahasra. Ghar-ruh ommok u missierek. J’Alla l-Mulej jaghtihom il-glorja tal-Genna u tinsiex issellili hafna ghalihom”.