Ewlenija fosthom, l-għażla politika li jara li l-anzjani tagħna jgħixu ħajja komda u b’iktar dinjità.
Għax l-anzjani tagħna huma prezzjużi għalina. Faxxa importanti fis-soċjetà. Huma taw ħafna lill-pajjiż. Bnewh mil-lat ta’ infrastruttura kif ukoll bħala valuri.
Xhieda tas-suċċess ta’ din il-politika favur l-anzjani hu l-fatt li x-xjuħ tagħna qed jgħixu iktar.
Ftit tax-xhur ilu minn Franza ħarġet statistika li tatna ċertifikat li jikkonferma dan il-fatt ta’ ħajja itwal għall-anzjani tagħna. Dawn in-numri ħadd ma jista’ jakkużana li ħmejniehom aħna għal għan propagandistiku. Ġew minn barra.
L-anzjani jafu li Malta għandha gvern li ma jibżax mill-isfidi. Stajna għamilna bħal gvernijiet barranin u użajna l-mannara u naqqasna s-servizzi. Stajna ħdimna bil-filosofija tal-calculator. Stajna tajna daharna. Dik l-eħfef triq. Minflok, il-lista ta’ servizzi għall-anzjani qed dejjem tiżdied. Minkejja deċiżjonijiet iebsa li kien hemm bżonn jittieħdu.
Filfatt ftit tal-ġimgħat ilu ftaħna night shelter ġdid u komdu f’San Vinċenz. Li għalih kien hemm konkorrenza tajba ħafna.
L-anzjani llum qed igawdu mill-esperjenza pożittiva taċ-Ċentri ta’ matul il-Jum, in-night shelters, servizzi ta’ respite, it-telecare, il-handyman service, il-meals on wheels, is-servizz tal-għajnuna fid-djar, is-servizz tal-inkontinenza, fiżjoterapija u occupational theraphy, u bosta oħrajn.
Fis-settur tal-anzjani llum nistgħu niftaħru li għandna iktar minn 2800 ħaddiem.
Ħsibna wkoll li f’dawk l-anzjani li jixtiequ jibqgħu jkunu attivi fil-kamp tax-xogħol mingħajr ma jitilfu xejn mill-pensjoni tagħhom.
Komplejna nżidu l-lista tal-mediċini li l-anzjani jingħataw b’xejn permezz ta-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. Mill-aħħar elezzjoni l'hawn żiedna 860 sodda iktar għall anzjani li għandhom bżonn kura fit-tul.
L-anzjani jgawdu pensjonijiet komdi u s-sena li għaddiet fil-budget il-gvern ta għotja ġdida ta’ €300 lil kull anzjan u anzjana li għalqu t-80 sena u li jgħixu fi djarhom jew mal-familja tagħhom.
L-Awtorità tad-Djar toffri diversi skemi fosthom dik li l-anzjani jirranġaw djarhom biex ikunu aħjar. L-anzjani llum għandhom l-opportunità li jużaw il-pixxina tal-università mingħajr ħlas.
Fejn jidħol it-trasport pubbliku u l-qsim bejn Malta u Għawdex ħadna ħsieb li l-anzjani jgawdu minn prezzijiet speċjali.
Kburin bl-investiment li qed nagħmlu biex l-anzjani jgħixu aħjar u b’dinjità. Dan kollu ma ġiex mix-xejn u qiegħed f’riskju jekk l-anzjani ma jħarsuħx meta jissejħu biex jagħżlu l-Gvern li jridu jmexxihom.
Joe Muscat mhux garanzija li dan kollu se jkompli.
No comments:
Post a Comment