Friday, 24 August 2012

Cirasa 24.08.2012


Carmelo Mallia

Siehbi Carmelo halliena ghall-hajja ta’ dejjem. Lil Carmelo ili nafu hafna. Kemm lilu. Kif ukoll lil martu u uliedu. Kien joqghod wara ommi Wied il-Ghajn. Kien bniedem tal-gabra. Ghalih l-ewwel u qabel kollox kienet il-familja. Kien fin-Navy. U kien jahdem bhala Chief Petty Officer il-Forti Sant’ Anglu.

Kien bniedem ta’ talenti kbar. Kien ikanta fil-funerali, tigijiet u festi. Kien ikanta tajjeb hafna.  Imma mhux biss. Kien bniedem li dak li jarawh ghajnejn jaghmluh idejh. Kien jaghmel mudelli l-gmiel taghhom. Fost ohrajn kien hadem mudell to scale tal-Forti Sant’ Anglu. Mudell tal-gebel. Li kien fih sal-anqas dettall.  Niftakar l-ahhar li mort ghandu intlift nara x-xoghlijiet tieghu.

Carmelo kien bniedem dixxiplinat. Ferm kapaci. Bniedem tar-rispett. U habib ta’ vera. Is-sliem Carmelo. Grazzi tal-hafna li tajt lil pajjizek. Strieh fil-paci habib.

Kappillan l-Imqabba

Il-habib tieghi l-Kanonku Dun Gorg Spiteri inhatar kappillan l-Imqabba. Dun Gorg hu Zejtuni bhali. Jien u hu ilna hbieb. Trabbejna hdejn xulxin iz-Zejtun. Devot kbir tal-padruna taghna Santa Katerina. Ghadni niftakar sew meta kien qed jistudja l-Ingilterra. Il-festa ta’ Santa Katerina kienet ghadha issir fix-xitwa, f’Novembru. Dak iz-zmien jien kont Segretajru tal-Ghaqda tal-Armar. Kull sena  fil-festa Dun Gorg kien iccempilli  mill-Ingilterra. Biex isaqsini jekk Santa Katerina hargitx.

Lil Dun Gorg bqajt nammirah ghax hu sacerdot impenjat. Bniedem li baqa’ dejjem attiv fil-hajja socjali taz-Zejtun. Sacerdot tan-nies. L-Imqabba kellhom lil Dun Nazzaren Caruana bhala Kappillan. Sacerdot iehor twajjeb. Li mar jiltaqa’ mal-Mulej. F’età pjutost zghira.

Dun Gorg nawguralek ghal din ir-responsabiltà gdida. Santa Katerina qed tharsek mis-sema.

Mari u Cikku 

Mari tal-Pulena fiha stil. Ghawdxija twajba. Toqghod ir-Rabat Ghawdex. Lil Marija u zewgha Cikku ili nafhom zmien twil. Cikku kellu l-kazin tan-Nazzjonalisti tar-Rabat, Ghawdex. Konna niltaqghu klikka ghandu.

Marija akkanita ma’ Santa Marija. Zewgha Cikku ma’ San Gorg.  Mela das-sajf konna qed nieklu ghandhom Il-Pulena. Bhas-soltu Marija giet fuq il-mejda titkellem maghna. B’wicc innocenti daqs dak ta’ Santa Marija Goretti, Marija ddikjarat li fil-festa ta’ San Gorg ma tmurx. “Ghax ir-rassa idejjaqni” qaltilna. Jien u Rose konna pronti qbizna fuqha. “Ma tmurx mhux ghax iddejqek ir-rassa Mari. Imma ghax il-festa ta’ San Gorg lilek ma tinzillekx. Ara f’Santa Marija ma idejjekx ir-rassa. Ghax tisbah il-Kattidral minn sbieh Alla”, konna pronti ghednielha.

Dlonk gie zewgha Cikku. Qallilna li ftit jiem qabel kienu rcivew zewg fuljetti id-dar. Wiehed tal-parrocca ta’ Santa Marija. U iehor tal-parrocca ta’ San Gorg. Cikku dahhalhom mill-letter box. U poggiehom it-tnejn fuq il-mejda. Wara ftit mar ifittex il-fuljett ta’ San Gorg. Ma sabux. Ta’ Santa Marija kien hemm. Imma l-fuljett ta’ San Gorg kien ghosfor. Kien pront staqsa lil Marija jekk messitux. Cahdet. Qaltu li aktarx kienu haduh in-neputijiet. Cikku wegibha li d-dar wahedhom kienu. Hadd mit-tfal tat-tfal ma kien hemm.

Mela wara xi kwarta Cikku mar jarmi xi haga. U dlonk jilmah il-fuljett ta’ San Gorg imqatta’ trietaq. “U ghaliex  jien l-imbarazz idejjaqni. Inkun irrid nisbarazza,” kienet pronta ddefendiet ruħha Marija.

Tajba din Cikku. Mela l-fuljett ta’ San Gorg helset minnu. Ghax idejjaqha l-imbarazz. Imma ta’ Santa Marija zammitu. Ghax dak mhux imbarazz.

M’hemmx x’taghmel Cikk. Ikollok tiehu pacenzja.

  

No comments:

Post a Comment