Thursday, 16 August 2012

Cirasa 17.08.2012


Rispett

Ghadha kif ghaddiet Santa Marija. Festa ta’ devozzjoni kbira fostna l-Maltin. U l-Ghawdxin. Zmien il-mistrieh ukoll. Hafna jieqfu ftit mir-rutina. U jiehdu ftit jiem ta’ mistrieh. Hekk sewwa u xieraq.

Importanti li anki fil-jiem tal-mistrieh naghtu kas haddiehor. Jekk ghamilna BBQ hdejn il-bahar, inzommu n-nadif. Jekk dhalna d-dar tard, ma naghmlux storbju. Jekk morna s’Ghawdex, ma nippretendux li Ghawdex sar taghna. L-Ghawdxin jiehdu gost bil-Maltin. Imma bi dritt jippretendu rispett minghandna.

Ghax jekk vaganza jien, mhux vaganza kulhadd. Ghada hawn min irid ibakkar ghax-xoghol. Jekk illum int ghamilt BBQ, ghada fl-istess post sejjer xi haddiehor. U jippretendi li jsib nadif.

 Ahna poplu li nghixu fuq gzira zghira. Irridu nitghallmu nghixu flimkien. B’rispett lejn xulxin. Il-mentalità ta’ tajjeb jien tajjeb kulhadd, ma tahdimx.

Ghawma…

Konna qed nippreparaw biex immorru l-bahar. Konna ma’ hija Johnmark. It-tfal ta’ Johnmark, Anthea u Neil riedu jmorru zewg bajjiet differenti. L-istess it-tfal tieghi, Nathan u Nicole. Spiccajna b’erba’ bajjiet differenti. Biex inkunu fair ma’ kulhadd, iddecidejna li nivvutaw fejn se mmorru. Hin minnhom taqbez it-tifla tieghi Nicole. U bl-akbar serjetà qaltilna: “Imbasta ma mmorrux f’bajja fejn ikun hemm hafna ajkli.” Ilkoll infqajna nidhku. U b’wicc mill-aktar innocenti Nicole staqsietna: “Ghalfejn qed tidhku? Jien l-ajkla ddejjaqni. Ma nghumx fejn ikun hemm l-ajkli”.

Nicole, l-ajkla fis-sema ssibha ttir. Mhux fil-bajja. Fil-bajja alka ssib. Mhux ajkli.

Velenu

Ftit gimghat ilu kont funeral. Kif hrigt mill-knisja, iltqajt ma’ siehbi George Pullicino. Kien hemm ukoll Josef Camilleri tal-HSBC. George kien pront rega’ dewwaqni l-ilsien iniggez tieghu. Xejn gdid. George ghandu lsienu vvelenat.

Kont pront dort lejn Lourdes Pullicino, il-mara ta’ George. Ghidtilha: Lourdes ghid il-verità. Ma tahsibx li ghandek ragel vera lsienu hazin?”

Kienet pronta wegbitni: “Mar int stess ghadek ma tafx kemm ghandu lsienu hazin. Ilek tafu hafna, imma xorta wahda ghadek ma tafx bizzejjed kemm ghandu lsienu hazin. Lili trid tistaqsi.”

Nistqarr li hadt gost li anki l-mara ta’ George bdiet taqbel mieghi. Imbaghad Lourdes kompliet: “Mar, biex inkun fair mieghu wiehed biss naf li ghandu lsienu aghar minn tieghu?”

“Min hu?” kont pront staqsejtha.

“Int” wegbitni Mrs Pullicino.

Ara vera Alla jxebbah qabel ilaqqa’.

No comments:

Post a Comment