Friday, 16 November 2012

Cirasa 16.11.2012


L-Antibijotici
Illum hu l-jum iddedikat lill-antibijotici.  L-antibijotici huma forsi fost l-aktar skoperti importanti li ghamel il-bniedem. Sa qabel gew skoperti l-antibijotici miljuni ta’ nies kienu jmutu. B’infezzjonijiet.  Operazzjonijiet semplici kienu jfissru sentenza tal-mewt. Ghax il-pazjent aktarx kien imut b’infezzjoni. Fl-1928 gie skopert il-Penicillin. Kien l-ewwel pass. Minn hemm il-bniedem beda jesperimenta. Saru avvanzi kbar. Spiccajna b’antibijotici mill-aktar effettivi. Li kapaci jiggieldu infezzjonijiet differenti.

Imma l-bniedem beda jabbuza minn dawn l-antibijotici. Beda juzahom bl-addocc. Anki fejn ma kienx hemm bzonnhom. Hija prattika mishuta li n-nies jixtru l-antibijotici qieshom qed jixtru l-karawett. U juzawhom meta jridu u ghalkemm iridu. Semplici rih u arana immorru nigru niehdu l-antibijotici. Anki jekk hafna drabi il-mikrobu jkun virus. U l-antibijotici ma jahdmux fuq il-virus. Imma imbasta nibilghu bl-addocc.
Konsegwenza ta’ dan l-abbuz illum diversi mikrobi saru rezistenti ghall-antibiotici. Tant li llum ghandna mikrobi li m’huma sensittivi ghall-ebda antibiotici. Il-mikrobi qeghdin jergghu jirbhu. Hawn min qed jghid li resqin lejn zmien fejn semplici qatgha tista tkun fatali. Tabilhaqq il-bniedem kellu munizzjoni importanti.  U beda jisparah bl-addocc. Hlieh fix-xejn.

Naghmlu tajjeb jekk nibdew napprezzaw ferm aktar l-antibijotici. Nifhmu li jehtieg nuzawhom b’attenzjoni kbira. Nixtruhom b’ricetta . U meta jkunu ordnati biss.   Ta’ kuljum l-antibijotici isalvaw miljuni ta’ hajjiet. Inkunu responsabbli. Nuzawhawhom sew. Ma nahluhomx.

Manchester United

Nhar l-Erbgha kont ma siehbi Jesmond Ferriggi. Konna qed nitkellmu fuq il-football.  Jesmond mal-Juventus. Frahtlu ta kemm sejrin tajjeb il-Juventus. Qabadli fuq il-Manchester United. Bhalissa l-Manchester United ghaddejjin minn fazi stramba. Loghba wara l-ohra jkunu qed jitilfu. Anki 2-0 minn taht. Imbaghad f’nofs siegha jdawru r-rizultat. U minn 2-0 minn taht jispiccaw jirbhu.  
Hin minnhom Jemsond dar fuqi. Bl-akbar serjeta qalli “Mar aghmilli pjacir. Taf il-xi hadd mill-Manchester United kemm nixtieq nixtri ftit shares. Iccekjali x’ghandi naghmel”.  “Shares tal-United?”, staqtsejtu skantat. “Le mhux ezatt. Shares tal-Mulej. Il-Mulej mhux il-major share holder tal-Manchester United Club. Mela kieku mhux ghax il-Mulej maghkom se jirnexxilkom idawru r-rizultati  minn telfa ghar-rebha”.

DJ Jason
Nhar it-Tnejn filghodu siehbi l-Ministru Jason Azzopardi kien fuq TVM. Blehen solenni kien qed jispjega fuq in-negozji z-zghar. Kien ippreprarat. Tkellem bil-fatti f’idejh.

Spicca l-programm. Hu u hiereg mill-PBS ircieva messagg. Messagg li hallieh bla kliem. Kien jghid hekk Ministru qed narak fuq it-television. Prosit. Izommilna kumpanija sabiha. Vera ddoqqilna muzika sabiha. Ghamilli pjacir doqqli wahda ta’ Celentano please.”

No comments:

Post a Comment