Il-Hadd li ghadda z-Zejtun inhasad.
Miet il-vici taghna. Ghall-familja ta’
Dun Rene din mhix l-ewwel tragedja. Vera
nithassar lil ommu. L-ewwel tilfet lil zewgha bi tragedja. Imbaghad lill-kugin
ta’ Dun Rene ,it-tabib Salvu Cilia. Li wkoll miet bi tragedja. Issa lil Dun Rene. Din hija familja li
garrbet hafna.
Fr
Rene Cilia ħalla marka
pożittiva fil-ħajja ta’ bosta nies li ltaqgħu miegħu. Fi zmien qasir
ghamel gid kbir fil-komunita taz-Zejtun. Iz-Zwieten kienu jhobbuh. Qassis
zaghzugh. Habbrieki. Dejjem sejjer.
Kellu tbissima li tittiehed. Meta tkellmu kien jaghtik sens qawwi ta’
serenita. Dejjem lest biex jgħin. Anki
jekk qed tkellmu ghal ewwel draba tinduna li qed tkellem ma’ habib. Kellu
natural li jigbdek. Qatt mhu mghaggel biex jisma’. Kellu widna ghal
kulhadd. Specjalment ghall-batut u l-mugugh. Kellu qassis impenjat ghall-proxxmu
tieghu. Il-vangelju kien jghixu. Mhux jipprietkah biss.
Kien jaf jipprietka
wkoll. Kien ihobb jibda l-prietka tieghu b’xi storja. Xi cajta ma kinitx
tonqos. Meta jipprietka Dun Rene in-nies ma kinitx thares lejn l-arlogg. Il-mewt
hesrem ta’ Dun Rene halliet hemda kbira fiz-Zejtun. Vojt kbir li mhu se jimtela
qatt.
Iz-Zwieten tilfu
habib kbir.
Cirklu
Nimtela
b’rabja meta nisma’ b’cirklu li fih l-annimali. L-annimal mhux mahluq ghac-cirklu.
Zgur ma kellux f’mohhu c-cirklu meta Alla halaq it-tigra. Il-kukkudrilli. Il-gemel.
U tant annimali slavag ohrajn. Mhux skuza li jinghad li dawn l-annimali ma
nqabdux mis-selvagg. Post dawn l-annimali zgur m’huwiex f’gagga. Jew maghluqa
f’container. Jivvjaggaw minn pajjiz ghal iehor. Nirrabja kif il-bniedem jahkem
fuq hlejjaq ohra. Biex jakkwista hu.
Ic-cirkli bl-annimali jibqghu jezistu
ghax ghad hawn n-nies li jmorru jarawhom. Kieku ma kienx hawn domanda ghalihom ma
jibqax ikun hawn cirkli bl-annimali. Jidhirli li l-iskejjel m’ghadhomx jiehdu
t-tfal ic-cirklu fejn ikun hemm l-annimali. It-tfal ghandhom jigu mghallma
rispett u imhabba lejn l-animali.
Jien ma nmurx f’cirklu fejn hemm l-annimali.
Jekk int thobb l-annimali nistiednek biex taghmel l-istess
Braga
Nhar l-Erbgha fi Braga fil-Portugal kienet qed tintlaghab il-loghba bejn Braga u Manchester United. Loghba importanti tac-Champions League. Hin minnhom waqt il-loghba mar id-dawl tal-ground. Il-ground spicca fi dlam cappa. Tant li l-loghba kellha tieqaf.
Ezatt kif fil-ground ta’ Braga inqata’ d-dawl ircivejt messagg. Kien jghid hekk “Aqliblu issa fuq is-Super One. Aktarx li se jghidu li hu tort tal-Gvern.”
No comments:
Post a Comment