Friday, 23 November 2012

Cirasa 23 ta' Novembru 2012

Sahha Mentali

Dil-gimgha introducejt il-ligi tas-Sahha Mentali fil-Parlament. Din hija ligi importanti.  Ghax se tbiddel mill-qiegh il-mod kif nipprovdu l-kura tas-Sahha Mentali. Hija ligi li se taghti hafna dritttijiet lill-pazjenti bi problemi tas-Sahha Mentali.  Huwa abboz li ilu hafna jinhema. Li dwaru ghamilna konsultazzjoni wiesgha.  Sincerament nemmen li ghandna ligi tajba. Li se taghti aktar dinjità lill-pazjenti bi problemi tas-sahha mentali.

Kemm ili Segretarju Parlamentari kelli taht ir-responsabbiltà s-sahha mentali. Hu qasam li hu ferm ghal qalbi. Hdimt hafna biex intejbu l-kura ghal dawn il-pazjenti. Frixt is-servizzi fil-komunità ghal dawn il-pazjenti. Illum ghadna erbghin lokalità li ghandhom servizzi fil-komunità. Ftahna day centres ghall-persuni bi problemi tas-Sahha Mentali. Waqqafna l-Crisis Intervention Team ghall-emergenzi ta’ sahha mentali.

Hija hasra li waqt id-dibattitu fil-Parlament l-Oppozizzjoni ghazlet li tkun partiggjanna f’suggett daqstant sensittiv.  Anki s-sahha mentali dawru f’ballun politiku. Immishom jisthu. 

Karmenu Ellul

Karmenu hu inkarigat mill-kcina ta’ San Vincenz de Paul. Ma kontx nafu. Iltqajt mieghu erba snin ilu. Meta inhtart Segretarju Parlamentari. Karmenu jibqa’ jimpresjonani.

Hu bniedem li kif jghid il-Malti hanzir ix-xoghol.  Jidhol ghax-xoghol anki fl-4 ta’ filghodu.  Il-kcina ta’ San Vincenz tipprepara xejn anqas minn 2800 ikla kuljum. Apparti l-ikel ta’ San Vincez jippreparaw ukoll il-meals on wheels. Ghadni niftakar meta ttiehdet d-decizjoni li l-Meals on Wheels jibda jsir fil-kcina ta’ San Vincenz. Karmenu mhux talli ma giex bil-problemi. Imma kien pront inkoraggixxa l-istaff tieghu biex jidhlu ghal din l-isfida. Fil-kcina ta’ San Vincenz ghandna team tajjeb hafna. Jaghmlu kollox huma. Inkluz hobz u anki helu.  Isajru tajjeb hafna. U joffru ghazla ta’ ikel tajjeb  lill-anzjani.

L-unika problema li ghandna b’Karmenu hi biex jiehu l-leave tieghu. Kieku jista’ jorqod u jqum il-kcina ta’ San Vincenz.  Hu bniedem li jaghti hafna. U ma jistenna xejn lura.  Darba, Edgar Galea Curmi li jaf sew lil Karmenu Ellul qalli hekk. “Li kieku kellhom jibghatuni fuq gzira zghira f’nofs ta’ bahar u jghiduli li nista’ niehu bniedem wiehed biss mieghi kieku kont niehu lil Karmenu Ellul. Daqshekk nafdah.”

Grazzi Karm lilek u lit-team tieghek tal-Kcina. Qed taghmlu bicca xoghol tajba hafna.

SMS

Is-Sibt li ghadda laghbu l-Manchetser United. Kontra dak li jigri s-soltu l-Manchester United tilfu. Bdew jaslu l-messaggi. Ircivejt messaggi minn siehbi l-Ministru Joe Cassar. Minn George Pullicino. Minn Sammy tal-Lasco. Sahansitra anki l-Avukat Joe Mifsud ta’ TVAM baghtli sms minn barra.

Il-messaggi kienu kkuluriti.  Botti xejn kumplimentuzi. Il-Manchester United tilfu kontra n-Norwich. U dan it-team jilbes gear isfar. Ghalhekk jghidulhom kanarini. Fil-messaggi li rcivejt isemmew hafna l-kanarini. Min jibghatli Tweet Tweet. Min jghidli li se jibda jrabbi l-kanali. Insomma messaggi kollha botti.

Kull messagg li rcivejt wegibtu. U min rega’ baghatli ergajt wegibtu. Wegibt kif kien jixraq. Bla kantunieri. Bl-istint Zejtuni tieghi.

Xtaqt kieku nghidilkom kif wegibthom.  Imma dan id-dejjaq ta’ Editur ma hallinix.

No comments:

Post a Comment