Friday, 2 November 2012

Cirasa 2 ta' Novembru 2012


Bidla

Joe Muscat qed iwieghdek il-bidla. Imma x’inhi l-bidla li jrid Muscat? Hija bidla ghal zmien Mintoff u Karmenu Mifsud Bonnici. B’Joe Muscat Prim Ministru jerga’ jkollok lil Joe Debono Grech, Leo Brincat, Karmenu Vella, George Vella, Marie Louise Coliero bhala ministri. Nies bhal Alex Sciberras Trigona, Muscat rega’ dahhalhom fil-Malta Labour Party. U llum qeghdin vicin tieghu jaghtuh il-pariri.

Dawn kienu l-istess nies li fi zmien Mintoff iggamjaw lil pajjiz. Kissru d-drittijiet taghna lkoll.  Dawn in-nies li kienu deputati jew b’kariga gholja fil-MLP meta nharqet it-Times. Meta kissru d-dar ta’ Eddie Fenech Adami. Meta n-nies kienu jissawwtu. Meta l-pulizija kienu jisparaw fuqek.  Isawtuk. Jarrestawk u jaghtuk xebgha tajba. Dawn in-nies kienu fil-poter fi zmien l-incidenti tal-Barrani. Il-qtil ta’ Raymond Caruana. Il-frame up ta’ Pietru Pawl Busuttil.  B’Muscat Prim Minsitru dawn jergghu jkunu fil-kabinett.

Il-bidla li jrid Muscat hija bidla ghall-aghar. Mhux ghall-ahjar. Din zgur mhux il-bidla li trid int.

Tissograx

Helena Dalli u Gino Cauchi kienu cari daqs il-kristall. Jekk il-Malta Labour Party jkun fil-gvern jqaccat l-irjus ta’ min ma jaqbilx mieghu.  Jekk tkun bazzuzlu u ta’ gewwa tilhaq. Jekk le jwarrbuk.  Biex tiehu dak li hu tieghek ikollok tmur ghand il-Ministru titkarrab. 

 Meta Joe Debono Grech kien ministru kien qal li l-bieb tieghu miftuh ghal-Laburisti biss. George Vella, Alex Sciberras Trigona u Joe Muscat hadmu kemm felhu biex Malta tibqa’ barra mill-Unjoni Ewropea. George Vella kien sahansitra qal li allahares il-poplu Malta jiggennen u jivvota favur is-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Karmenu Vella ukoll kien ministru fi zmien Mintoff u KMB. Jekk jerga’ jsir ministru jrid jerga’ jiftah berah is-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. M’Louise Coliero kienet Segretarja Generali tal-MLP meta f’pajjizna graw l-aghar hnizrijiet.

Lest li terga’ tafda pajjizek f’idejn dawn in-nies?  

 Int all right?”

Mela kelli mmur ghand wiehed il-Fgura. Hu bniedem li ghadda minn hafna. Persuna li spicca b’sieq wahda.  Minhabba d-dijabete. Nizlet tiftahli l-mara tieghu. “Itla’ … fuq qieghed. Qed jistenniek.” Go karma sibt lil dan l-anzjan go wheel chair.

“Kif int all right?”, staqsejtu.

“Int tahseb li jien nista’ nkun all right?” hatafni. “Le minix all right.”

Inhsadt. Alla mieghi gejja xi hasla papali bdejt nhewden go qalbi.

“U ejja ghalfejn mintix all right?”, staqsejtu.

“Diga ghidtlek li minix all right. U tergax issaqsini.  Jien ma nista’ qatt inkun all right. Ghandi sieqi tar-right maqtugha. Jien all left biss nista’ nkun. U nfaqa’ jidhak kemm jiflah.

Kultant insib xi kappell jigini.

No comments:

Post a Comment