Illum nistgħu
niftaħru li l-Maltin qed jgħixu iktar minn qatt qabel. Dan grazzi għas-servizzi
konsistenti li qed noffru jum wara jum.
Għoxrin sena ilu, l-età medja li jgħixu l-irġiel kienet
ftit aktar minn 73 sena. Illum l-età medja hi 79 sena. In-nisa 20 sena ilu kellhom life expectancy ta’ 78
sena. Illum jgħixu 83 sena. Dan ma ġarax b’kumbinazzjoni. Hu riżultat
tal-investiment li għamilna fil-qasam tas-saħħa.
Irridu nkomplu
ntejbu s-servizzi ta’ rijabilitazzjoni. Rijabilitazzjoni
tfisser li inti ma jkollokx bżonn toqgħod l-Isptar Mater Dei. Imma jkollok
bżonn tidħol fi sptar tar-rijabilitazzjoni. Dan hu sptar apposta li jgħinnek
tirkupra wara marda akuta.
Il-Gvern iddeċieda li jikri l-isptar
St. Philips. Dan
l-isptar diġà hu mibni u li jista’ jibda jintuża
mill-ewwel għas-servizzi tar-rijabilitazzjoni għal
nies ta’ kull età. Il-Gvern innegozja prezz tajjeb kemm għall-kiri kif ukoll jekk għada
pitgħada jrid jixtri l-isptar.
Imma l-Oppożizzjoni
qed tipprova tħammeġ u tkisser dan il-proġett. Tant m’għandhomx ideat li Joe
Muscat u sħabu li qalilna li missna krejna hotel. U nbiddluh fi sptar!
Kien hemm tliet għażliet li l-Gvern kellu quddiemu biex isir
Ċentru ta’ Rijabilitazzjoni. Seta’ jibni Ċentru
ta’ Rijabilitazzjoni ġdid f’San Vinċenz de Paul; jew jidħol għal refurbishment tal-Isptar San Luqa; jew jikri
sptar mill-privat.
Biex jinbena Ċentru Gdid f’San Vinċenz de Paul għal 280
persuna, l-ispiża kienet se tkun €53 miljun.
Biex jiġi rranġat l-Isptar San Luqa
għal 280 persuna, l-ispiża kienet se tlaħħaq €40 miljun. Il-prezz
negozjat għax-xiri ta’ St Philip’s li se jkun fih spazju għal 110 persuni hu
għal €12.4 miljun.
Il-prezz li nnegozja l-Gvern hu €9 miljun anqas
mit-talba li għamlu s-sidien l-isptar. B’St. Philips, il-kirja
se tiġi €20 kuljum għal kull
sodda.
Joe Muscat imma
jrid jippika. Bil-pika ta’ Joe Muscat imorru minn taħt dawk li għandhom bżonn il-kura.
Muscat hekk jaħdem. Iħassar. Ikisser. Politika antika tal-le biss. Ma joffri
xejn.
Joe Muscat qed jagħmel dan kollu meta għadu fl-Oppożizzjoni! Aħseb u ara la jkun fil-gvern. Joe Muscat hu perikoluż fl-Oppożizzjoni aħseb u ara jekk għada pitgħada jkun fil-gvern.
No comments:
Post a Comment