Friday, 1 March 2013

Cirasa 1 ta' Marzu 2013


Il-Park ta’ Wied il-Ghajn

Nhar il-Hadd li ghadda ftahna gnien mill-isbah f’Wied il-Ghajn. Fil-post ezatt fejn il-Labour kien ghamel mizbla. Marru eluf kbar jaraw dan il-gnien. Min ghadu ma marx nistiednu jmur. Gnien kbir u mill-isbah.  Fejn tista tmur bit-tfal u tiehu pjacir. Kif qal sew il-Prim Ministru l-Labour minn bicca art tajba kien ghamel mizbla. Ahna minn mizbla ghamilna gnien mill-isbah. Mhux hekk biss imma qed niehdu wkoll energija nadifa. Li minnha qed igawdu hafna familji.

Ghalina tan-naha t’isfel ta’ Malta l-Labour mhux gnien ghall-familja qed jipproponi.  Imma zewg tankijiet kull wiehed daqs il-knisja tal-Mosta, mimlija gass perikoluz.

X’differenza.

Zammit Dimech u l-krustini

Meta niltaqghu l-cabinet tal-minsitri, Jason Azzopardi u jien  konna  insistejna li jgibu xi zewgt krustini mal-kafe.  Kemm titrejjaq ghodu ghodu. Wara snin shah ta stennija, il-krustini fl-ahhar waslu. U mal-kafe bdew ifeggu xi ftit krustini. Imma x-xitan m’ghandux halib. Inzerta li mal-krustini rega fegg fil-cabinet tal-ministri Francis Zammit Dimech. Li rega’ nħatar ministru.

Il-krustini fl-ahhar bdew jigu mal-kafe. Imma daqstant iehor bdew josfru malajr. Kif jidhol il-platt tal-krustini Francis Zammit Dimech ikun pront jigbdu lejh. U f’kemm ili nghidlek iharbtu. Imbaghad jimsah xufftejh jitbissem. U jnewwlilna platt vojt.

Fejn tidhol zaqqu s-solidarjetà ghal Francis ma tezistix.

Nhar l-Erbgha

Nhar l-Erbgha li gejjin ghandi l-ahhar attività. Hija biss jumejn qabel l-elezzjoni. U allura se tkun l-ahhar attività li niltaqghu flimkien. Se ssir f’Villa Over Hills f’ B’Bugia. L-attendenza taghkom ghalija tfisser hafna. Taghmilli kuragg.  Min jista jattendi niehu gost jekk niltaqa maghkom. 

L-ahhar Cirasa...

Din hi l-ahhar cirasa qabel l-elezzjoni.  Gimgha ohra jkun lejliet l-elezzjoni.  U allura jkun jum ta’ riflessjoni. U ma nkunx nista nikteb. Tul dawn il-hames snin li ghamilt membru tal-kabinett tal-ministri qsamt din l-esperjenza maghkom. Kull nhar ta’ Ġimgħa fit-tajjeb u l-hazin kont maghkom. Qsamt id-dizappunt u l-mumenti sbieh li taf taghti l-politika.  Tbissimna flimkien. 

Fil-kariga ministerjali tieghi hdimt. Ghamilt hilti biex il-qasam tal-anzjani nħallih ferm ahjar milli sibtu. Ftahna postijiet godda mill-isbah. Bdejna servizzi godda. Fuq kollox ippruvajt inkun vicin in-nies tul il-hames  snin kollha. Tkellimt ma kull min xtaq ikellimni. Hu min hu. U sa fejn stajt u sa fejn kien jiddependi minni ppruvajt nghin lil kulhadd.

In-nies taz-Zejtun, il-Fgura u Wied il-Ghajn jafu li jien ma tfaccajtx biss meta qorbot l-elezzjoni. Kont maghhom u vicin taghhom tul il-hames snin kollha. Sal-lum dejjem tlajt kull meta tela l-partit. Ma tlajtx biss fl-1986. U f’dik l-elezzjoni la tlajt jien u anqas il-partit. Qed nahdem b’hilti kollha, lejl u nhar biex il-PN jerga jirbaħ l-elezzjoni.  Jien se nikkontesta fuq distrett wiehed. Jigifieri biex nigi elett ghandi bzonn il-vot tar-residenti taz-Zejtun, il-Fgura u Marsaskala.  Minghajr il-vot taghkom jien ma nistax nigi elett.

Grazzi minn qalbi talli mxejtu din il-mixja mieghi. Issa f’idejkom. 

Friday, 22 February 2013

Cirasa 22 ta' Frar 2012


Meeting

Nhar il-Hadd li ghadda qomt b’101 deni. U ugigh ta’ ras taqsam. Kontra qalbi kelli nitlef il-mass meeting ta’ Haz-Zebbug.  Ghall-meeting marru Rose, it-tfal u shabi. Kollha qaluli li kien impressjonanti. Kuragg .... fadal gimghatejn ohra.  Let’s go for it.

Muscat

Joe Muscat gideb. Meta kien mistoqsi qal li ma kienx jaf bil-blokka tad-droga li kien hemm fil-kazin tal-Labour. Qal li Toni Abela qatt ma qallu.  Issa rrizulta li fl-2009 Muscat kien infurmat b’ittra dwar din il-blokka.  Tant hu hekk li Joe Muscat kien irrisponda lura lil min kitiblu u qallu li kien ra u qara l-ittra tieghu. Dan jikkonferma bic-car li Muscat kien jaf bid-droga fil-kazin Laburista. 

U minflok ma ha passi u ghadda l-kaz f’idejn il-pulzija heba kollox. U tefa kollox taht it-tapit. Gie jaqa u jqum li dik id-droga setghet tispicca teqred zgħażagh ohrajn. Ghalih l-importanti kien li ma johloqx problemi lill-Partit Laburista fuq il-media. Alla biss jaf x’sar minnha dik id-droga li Muscat kien jaf biha. Alla biss jaf liema zghazagh spiccaw vittma taghha. Dan hu l-vera Muscat. Jilbes il-maskra. Jilghabha ta’ pur u trasparenti. Imma minn taht jahbi l-verità. Jonqos milli jmur ghand il-pulizija. Anzi jahbi l-abbuz tad-droga.

Id-differenza bejn il-Partit Nazzjoanlista u l-Partit Laburista hija cara. Ahna nikxfu l-korruzzjoni. U nghaddu l-informazzjoni kollha lill-puluzija. Biex min jinstab hati jiehu dak li haqqu. Joe Muscat jahbiha. Biex jipprotegi lil-Laburisti u lill-partit tieghu.

Herman

Nhar is-Sibt kelli nmur niekol ghand siehbi Herman Svhiavone. Kellu jkun hemm ukoll Eddie Fenech Adami, Beppe u Victor Scerri.  L-ikla kellha ssir fis-1p.m.  Ghamilt premura biex ma nittardjax. Eddie jasal dejjem fil-hin. U jobghod lil min jasal tard.  Fil-passat ilhaqt laqqat xi twiddiba minghandu meta wasaltlu tard. Intant ftit qabel is-siegha se jdoqqu kont hemm.  Dhalt il-hanut ta’ Herman.  Sodisfatt bija nnifsi li wasalt fil-hin. Tajt daqqa t’ghajn madwari. Ma rajt lil hadd mill-mistednin l-ohra. Tajjeb mela jien tal-ewwel. 

Herman kien pront gie fuqi. “X’gejt taghmel?” qalli.  “Ma tafx li konna mifthemin?” wegibtu skantat. “L-ikla thassret ghax Eddie qam ma jiflahx. Fit-8 ta’ dal-ghodu kont digà bghattlek messagg.” qalli Herman.

Sadattant l-istaff ta’ Herman kienu qed jargumentaw ma’ mara barranija. Kienet dahlet minn barra u talbithom tuza t-toilet. Kif harget indunaw li minn fuq kienet halliet it-toilet mandra. U ma riditx tnaddfu b’xejn. 

Biex tkompli tisfida hija u hierga daret l-imwejjed wahda wahda. L-imwejjed kienu lesti armati. Bil-platti, puzati u srievet. Din l-imbierka mara bdiet idur l-imwejjed wahda wahda. U bdiet tigbor is-srievet li kien hemm fuq l-imwejjed armati. Meta gabrithom kollha, tefgħethom kobba go hobba. Imbaghad daret lejn Herman u qaltlu “Thank you. Very nice place” “Tkun l’hawn erga ghaddi ta. Ghadna fuq u isfel,”kien pront wegibha Herman.

 

Monday, 18 February 2013


Bejn kliem u fatti...

Hemm differenza kbira bejn dak li jgħid Joe Muscat. U bejn dak li jagħmel.  Joe Muscat ilu ħafna jipprova jħammeg lil dan il-Gvern.  Il-verità hi dan il-Gvern qatt ma ħares lejn  uċuħ meta kien hemm allegazzjonijiet ta korruzzjoni. Dan  għaliex kull allegazzjoni ta’ korruzzjoni ingħatat f’idejn il-puluzija.  Biex jkunu jistgħu jinvestigaw fil-libertà. U fejn jinstabu l-provi jitressqu n-nies il-qorti. 

Imma l-Labour bil-fatti għamel il-kontra. Meta kienu jafu li setgħet kienet qed issir attività illegali f’każin Laburista marru għand il-puluzija. Sabu puluzija Laburist u qalulu biex ma jiħux passi.

Tabilħaqq  bejn il-paroli u l-fatti hemm il-bahar jikkumbatti.

Proklama

Il-proklama li ngħatat mill-cabinet lil George Farrugia ngħatat fuq parir tal-Kummissarju tal-Puluzija u tal-Avukat Ġenerali tar-Repubblika. Il-parir tagħhom kien ċar. Farrugia jista jkun għandu informazzjoni dwar x’kien qed jiġri fil-korruzzjoni dwar ix-xiri taż-żejt. U allura b’din il-proklama seta jikxef lil oħrajn involuti f’dan il-każ. 

Kieku l-Gvern ried jaħbi ma kienx jagħti l-proklama. Il-fatt li natat din il-proklama tikkonferma r-rieda tal-gvern li joħorġu fil-beraħ il-fatti kollha. Jinkixfu n-nies involuti. U jitressqu l-qorti.

Il-Vera Labour...

L-istejjer li ħarġu dan l-aħħar juru min hu fil-verità l-Labour. Is-Segretarju Ġenerali  tal-General Workers Union lest jagħti puxxjatura lill-kuntratturi biex jieħdu xi tender. L-istess Toni Zarb jinstema jgħid li l-GWU ma tattakkax kuntratturi li jkun qrib il-GWU. Imma l-GWU lesta tattakka lil min mhux qrib tagħha.  Wara li ħarġet din l-istorja Muscat ma ħassx li kellu jitlob lil Toni Zarb jirriżenja.

Anki l-mod kif Joe Muscat mexa mad-Deputy Leaders tiegħu turi min hu l-vera Muscat. Lil Anġlu keċċieh fuq xi ħaġa li qal. Lil Toni Abela ddefendieh. 

Dawn l-istejjer jagħtuna stampa ċara dwar kif se jimxi Muscat jekk ikun Prim Ministru. Gvern Laburista li jimxi mod ma tal-qalba. U mod differenti mal-oħrajn. Li jipproteġi lil dawk viċin tiegħu. U jżeblah lil dawk li m’humiex. Fejn ta ġewwa jingħataw puxxjatura. U l-ohrajn li m’humiex viċin il-Labour jiġu attakkati.

Hames Minuti

Tliet ġimgħat oħra int se tiddeċiedi lil min trid imexxi pajjiżna f’dawn il-ħames snin li ġejjin.  Il-mod kif Muscat qed jipprova jidher iqarraq. Meta tneħħi x-xinxilli tinduna li Gvern Laburista jerġa’ jimxi kif mexa fl-imgħoddi. L-istess nies. L-istess politika.

Fid-9 ta Marzu int se jkollok ħames minuti biex tieħu waħda mill-aktar deċiżjonijiet importanti ta ħajtek. Ħames minuti jiġu u jmorru, imma ħames snin ta tmexxija ħażina jkissru pajjiż. Jeqirdu l-futur tat-tfal u taa-żgħazagħ.

Fid-9 ta Marzu dawk il-ħames minuti huma dritt tiegħek. Tahlix dan id-dritt. Użah. U użah sew.

Friday, 15 February 2013

Cirasa 15 ta' Frar 2013


Oreste

House visit li ghamilt hallietni bla kliem. Lil Oreste Schembri kont nafu. U meta mort ghandu hsibtu se nsibu hemm. Minflok sibt ritratt kbir tieghu.  Martu Connie u ibnu Warren qaluli li kien miet madwar sena ilu.  Assolutament ma kontx naf.  Meta miet inzertajt imsiefer. U ma smajtx.

Niftakar lil Oreste pulizija mal-mobile. It-tifel tieghu Warren ta’ 15 il-sena, urieni poezija mill-isbah li kiteb lil missieru wara mewtu.  Jien u naqra l-poezija indunajt kemm kienu close Warren u missieru. Kienu jmorru jimxu flimkien. Jilaghbu t-tennis flimkien. Fil-poezija Warren jghid li missieru kien il-coach tieghu. Nistqarr li din il-poezija hallietni bla kliem.

Inrid insellem lill-memorja ta’ Oreste, puluzija u missier.  Jien u Warren tkellimna fuq il-karriera li jixtieq jaqbad. Interessat hafna li jmur jahdem Mater Dei.  Jiehu hsieb l-pazjenti.  Konvint li Oreste qed jikkowcja lil ibnu mis-sema.

Università

Fid-dibattitu tal-Università l-Labour rega’ ghamilha.  Hadu n-nies minn barra. Sahansitra fis-sala dahlu partitarji Laburisti li qatt ma kienu rifsu fl-università.   Dak li kellu jkun dibattitu matur bejn l-istudenti tal-università u l-mexxejja politici spicca hijacked mill-Labour. Laburisti twasslu bil-privates ghad-dibattitu.  Fis-sala tqassmu bnadar Laburisti u sahansitra sfafar.  Studenti li gew intervistati qalu li hassewhom bullied minn partitarji Laburisti.

Fl-università, fl-istorbju rebah il-Labour. Fil-kontenut rebah Gonzi.

Id-differenza

Fuq il-korruzzjoni il-Labour ghandu biss paroli. Ahna meta jkollna lanqas informazzjoni ta’ korruzzjoni nmorru ghand il-puluzija.  Id-Deputy Leader tal-Malta Labour Party kien jaf li setghet kienet ghaddejja attività illegali f’Kazin Laburista. Minflok mar jirrapporta  din l-attività illegali lill-Puluzija mar l-ghassa tal-puluzija. Sab puluzija Laburist. U talbu biex ghalissa ma jihux passi. Halli ma jidhirx ikrah il-partit.  Kull meta kellna l-icken informazzjoni ta’ korruzzjoni jew hjiel ta’ attività illegali, ahna morna ghand il-puluzija biex il-puluzija tkun tista’ tinvestiga u tiehu passi. Izda il-Labour imur ghand il-puluzija biex jitlobha ma tiehux passi. 

X’differenza.

Anglu u Toni

Joe Muscat mhux konsistenti. Anki kif ittratta lid-deputy leaders tieghu. Id-differenza hija cara. Lid-Deputy Leader Anglu Farrugia keccieh fuq xi haga li qal. Id-Deputy Leader Toni Abela mhux qal. Imma ghamel. Jinstema’ jghid f’recording li mar l-ghassa tal-puluzija u sab puluzija Laburist u  qallu biex ma jiehux passi. Izda lil Toni Abela, Muscat mhux talli ma kecciehx. Izda iddefendieh.

Tabilhaqq Malta taghna ilkoll. Staqsu lil Anglu.

Bieb ta’ barra

Dil-gimgha kont ghand familja.  Ghamilna xi kwarta nitkellmu. Keith tifel ta’ tmien snin qabad mieghi. Jien ninkih fuq il-Liverpool. U hu fuq il-Manchester United.  Qomt biex nitlaq. Bdejt riesaq lejn il-bieb ta’ barra. Irringrazzjathom, hadtilhom b’idejhom u ftaht il-bieb biex nohrog. Quddiemi nilmah sodda. “Hemm biex torqod,” qalli Keith b’ton nebbiexi. Inksirt u  qbadt il-pum ta’ bieb iehor. “U hemm biex taghmel toilet,” rega’ qabez Keith.

 

Sunday, 10 February 2013

Futur fis-sod ghall-anzjani taghna



Dawn il-ħames snin ħdimna fuq li ħdimna biex tejjibna l-kwalità tal-ħajja tal-anzjani.  Hekk se nkomplu nagħmlu.  Bla dubju, l-anzjani se jerġgħu jkunu fil-qalba tal-politika tagħna.

Kif jgħid il-programm elettorali tagħna “l-anzjani sawru min aħna, l-identità tagħna, u dak kollu li ngawdu llum.

L-esperjenza ta’ din il-leġislatura lkoll nafuha. Ilkoll nafu x’għamilna għall-anzjani tagħna.  Ma naqqasniex is-servizzi fi żmien ta’ maltemp ekonomiku.

Fil-programmi elettorali qed inwiegħdu  programmi mal-Kunsilli Lokali biex jipprovdu opportunitajiet ta’ xogħol fil-komunità għall-anzjani.

Gvern ġdid  Nazzjonalista se jżid l-opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ għal dawk l-anzjani li jixtiequ jkomplu jitgħallmu. Se nkomplu nifirxu ċ-ċentri ta’ matul il-jum biex iktar anzjani jgawdu minn dan l-esperjenza sabiħa.

Se ndaħħlu inċentivi ta’ taxxa għal min ikollu l-għajnuna ta’ carer id-dar.  Il-pensjoni tal-wens se tiġi riveduta. L-allowance ta’ €300 se titla’ għal €500 u se nestenduha lil kull anzjan li jibqa’ jgħix f’daru wara li jagħlaq 75 sena.

Għal dawk li ma jistgħux jibqgħu jgħixu f’darhom, se  jiżdiedu n-numru ta’ sodod residenzjali u respite, fid-djar għall-anzjani u għall-persuni b’diżabbiltà. 

Gvern Nazzjonalista biss bil-vot tiegħek jista’ jassigura futur fis-sod għalikom l-anzjani tagħna. Joe Muscat iwiegħed kollox lil kulħadd.  Joe Muscat jieħu deċiżjonijiet ħżiena u tbati inti.

Saturday, 9 February 2013

Cirasa


 Anġlu

Anġlu Farrugia fl-aħħar tkellem. Iddeskriva dak li għamillu Joseph Muscat bħala qisu bagħat għalik l-akbar ħabib li għandek u kif tidħol għandu jagħtik sitt tiri. U joqtlok.

Joe Muscat lil Anġlu wżah għal erba’ snin sħaħ. Kien id-Deputat Mexxej tiegħu. Kien leali lejh bħala Mexxej u lejn il-partit. Imma meta fettillu, Muscat remieh. Xahrejn qabel l-elezzjoni kissrulu karriera politika. Karriera li Anġlu kien ilu jibni għal snin sħaħ. B’ħafna sagrifiċċji.

Jekk Muscat għamel hekk lil Anġlu li għal erba’ snin sħaħ kien l-aktar persuna viċin tiegħu, aħseb u ara x’se jagħmel lilek jekk jirbaħ l-elezzjoni. Dan l-argument jiswa ħafna għal min qed jemmen dak li qiegħed iwiegħed Joe Muscat. Jew għal min hu Nazzjonalist u għax imweġġa’ qed jaħsibha biex ma jivvutax. Jew jivvota Labour. Ma ħasibhiex darbtejn biex juża lil Anġlu u jarmih. L-aktar persuna viċin tiegħu. Aħseb u ara kemm se jiddejjaq juża lilek. U jarmik.

Aħsibha sew.
Jason

Il-Ministru Jason Azzopardi kien qed jagħmel il-house visits. Fil-bieb lemaħ raġel li kien jaf. Laburist akkanit. Bejn saqajn dan ir-raġel kien hemm kelb inejjeb. U jinbaħ kemm jiflaħ.

“X’se tagħmel Ministru, se tgħaddi ?” staqsieh ir-raġel.

“Imma l-kelb jigdem?” staqsieh Jason.

“Mhux dejjem.”

“Anki jien mhux dejjem ngħaddi,” kien pront wieġbu Jason.

de Marco

Mario de Marco kien il-Furjana jdur id-djar. Daħal għand familja. Sab anzjana tistennieh. Tgħidx kemm ferħet bih. Qaltlu li kienet taf sew lil missieru. Kienet saħansitra anki tmur attivitajiet ta’ Guido de Marco. Qaltlu li dan l-aħħar inġabret m’oħtha. Biex tieħu ħsiebha għax kellha d-dimensja. L-anzjana kienet akkanita sew. Qaltlu li l-familja de Marco għaliha tibqa’ l-ewwel u qabel kulħadd.

Mario ħa gost. Ġewwa x-xileb. Kellu vot ċert. Poġġa bilqiegħda ħdejha. U ntasab jismagħha tirrakkonta. Kemm kienet marret meetings tan-Nazzjonalisti. Min jaf kemm irsistietlu lil missieru. Saħansitra anki attivitajiet ta’ Guido laħqet marret. Wara xi kwarta qam biex jitlaq. “Dott problema waħda għandi. Alla ħares ikun il-maltemp fl-elezzjoni. Għax ma nafx kif se mmur nivvota,” qaltlu l-anzjana.

Tinkwieta xejn. Niġu għalik aħna bil-karozza. Noħduk tivvota. U nwassluk lura.

L-anzjana kienet pronta għannqitu magħha. “Jaħasra int raġel tajjeb u qalbek tajba bħal missierek. Xi pjaċir tagħmilli kieku tiġi għalija,” qaltlu.

Niġu għalik żgur aċċertaha Mario. Ħa nikteb l-indirizz, qalilha Mario.

M’għandekx fejn titfixkel Dott. Ejjew għalija hawn u ħuduni nivvota l-iskola ta’ B’Kara,” qaltu l-anzjana.

B’Kara?” staqsieha Mario mfixkel.

“Mela Dott B’Kara. Għax jien hemm kont mort noqgħod. Bħalissa qiegħda hawn biex nieħu ħsieb oħti. Aħna issa lit-tifel ta’ Fenech Adami nivvutaw.

Monday, 4 February 2013

Għażla Waħda: Il-Partit Nazzjonalista

Il-poplu tagħna fi ftit ġimgħat oħra għandu għażla importanti x’jagħmel. Il-poplu se jkun mistieden biex jeżamina dawn il-ħames snin li għaddew u jekk jixtieq, ikompli jibni fuqhom. 

L-istorja riċenti uriet ċar li l-gvern imexxi mill-Partit Nazzjonalista hu l-partit tan-nies li ħadem għal kull settur tas-soċjetà.

Gvern Nazzjonalista ġġieled il-qgħad. Ħoloq 20,000 impjieg ġdid. Dan f’kuntrast ma’ Gvernijiet Laburisti tal-passat fejn il-qagħad kien parti mill-ħajja ta’ kuljum u kollox kien ridott għall-famużi korpi.   

Malta, minkejja l-maltemp ekonomiku qalil li ħakem id-dinja, hi t-tielet pajjiż tal-Unjoni Ewropea li naqqas l-iżbilanċ. Illum għandna l-ogħla ammont ta’ ħaddiema li qatt kien hawn f’pajjiżna jaħdmu – 153,000 ħaddiem. F’pajjiżna kburin ngħidu li għandna l-ħames l-anqas rata ta’ qgħad minn fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Il-muftieħ tal-Gvern kien l-investiment.  Investejna f’diversi atturi li xprunaw l-ekonomija tagħna. Fl-eqqel tal-kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali, il-Gvern għen b’mod dirett lill-fabbriki li kienu f’riskju li jagħlqu u salva x-xogħol. Din l-għajnuna setgħet tingħata biss għaliex il-Gvern żamm il-finanzi fis-sod. B’hekk ġew salvati 5,000 impjieg.

B’finanzi fis-sod investejna wkoll fl-infrastruttura, bnejna toroq ġodda u spazji pubbliċi ġodda għat-tfal u l-familji. Il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern mingħajr ma poġġa l-finanzi ta’ pajjiżna f’periklu naqqas 25 taxxa, bħal income tax. L-aħħar  Gvern Laburista  daħħal 33 taxxa fi 22 xahar.  

B’finanzi fis-sod stajna nassiguraw lista twila ta’ servizzi għall-anzjani tagħna. Ħafna pajjiżi daqu l-miżuri tal-awsterità u l-anzjani ta’ bosta pajjiżi barranin kienu fost dawk li batew.  Aħna l-kuntrarju.  Għandna lista twila ta’ servizzi fil-komunità għall-anzjani tagħna. Barra li f’din il-leġislatura pprovdejna madwar elf sodda iktar għal dawk l-anzjani li għandhom bżonn kura fit-tul. Żidna l-pensjonijiet waqt li pajjiżi oħra għollew l-età tal-irtirar.

It-tmexxija ta’ pajjiż mhix logħba jew ċajta goffa kif Joe Muscat donnu jridna nemmnu. Pajjiż ma jitmexxiex bil-gimmicks li Joe Muscat tant jieħu gost iħaddem. Deċiżjoni waħda ħażina tissarraf fi staġnar ekonomiku, sensji u qgħad.

 Fl-2010 Joe Muscat, mingħajr ma ħaseb fit-tul, għamel attakk qawwi kontra l-Prim Ministru għax fi kliemu ma kienx qed jimxi fuq l-istess politika li kien miexi biha l-Gvern ta’ Ċipru.

Il-Gvern ta’ Ċipru ħarbat il-finanzi tal-pajjiż. Għal Muscat dan kien mudell li l-Gvern kellu jimita.

Joe Muscat, mill-Oppożizzjoni, għamel ġudizzju żbaljat fuq diversi temi. Jekk l-istorja se tirrepeti ruħha meta l-Labour ikun fil-gvern, il-pajjiż kollu se nidħlu fil-ħajt. Joe Muscat ma għandux il-maturità biex isir Prim Ministru u jieħu deċiżjonijiet dwar il-futur.

Għażla waħda għandna quddiema: il-Partit Nazzjonalista.