Friday, 28 September 2012

Cirasa 28.09.2012


 
Friza

Joe Muscat iddikjara li se jiffriza l-minimum wage. Bil-Labour, il-bidla tkun ghall-aghar. Mhux ghall-ahjar. Jekk Joe Muscat lest jiffriza l-paga ta’ min jaqla’ l-anqas, ikun lest ukoll imiss il-paga ta’ min jaqla’ aktar. Ikun lest jiffriza wkoll il-pensjonijiet. Muscat qed iwieghed kollox lil kulhadd. Jinteressah minnu biss. Li jsir Prim Ministru. Ma jinteressahx minnek. Joe Muscat idahhal idu gol-but tieghek. U jsallbek bit-taxxi.

B’Joe Muscat, tbati int u l-familja tieghek.

 
Mintoff

Fil-Malta Labour Party bhalissa mhatra min jigdeb l-aktar fuq Mintoff. Imbierek Alla, kulhadd kien habib mieghu. U kulhadd iharref li baqa’ mieghu sal-ahhar.

Jien ghamilt zmien immur ghand Mintoff meta marad. Kien iccempilli hu. Qatt ma rajt lil hadd minnhom ghandu. Kien mitluq. Abbandunat. U izolat. Hlief lil Fr Gordon ma kontx nara.

Fejn kienu dawn “il-hbieb kollha” dak iz-zmien?

Agatha

Naccertakom li din grat vera. Irrakkontaha siehbi lili. Ghandi l-permess tieghu niktibha. Imbasta ma niktibx ismu. Hija storja vera mill-bidu sal-ahhar. Mela dan siehbi ghalliem. L-iskola tieghu kienet qed tiehu sehem fil-Comenius Project. Hu programm tal-Unjoni Ewropea. Siehbi beda jikkomunika ma’ certa Agatha mill-Polonja. Ghalliema zaghzugha bhalu.

Kellha tigi Malta. Flimkien ma’ ghadd ta’ ghalliema ohrajn. Agatha bdiet tikteb lil siehbi kwazi kuljum. Permezz tal-emails saru hbieb kbar.

Insistiet li jsejhilha b’isimha. U hi b’ismu. Lil siehbi, Agatha kienet tghidlu ta’ spiss li qed tohlom f’dak il-jum li tigi Malta. Halli tiltaqa’ mieghu wicc imb’wicc.

F’mohhu bdew jinbtu hafna fantasiji. Kellu seba’ mitt sena sakemm tasal din l-imbierka Agatha mill-Polonja. Lil shabu involuti fil-Comenius Project, ghamilhielhom cara daqs il-kristall. Huma setghu jiehdu hsieb lill-ghalliema Pollakki li kienu gejjin minn barra. Ma kienx interessat f’hadd minnhom. Imma Agatha f’idejh. Hadd ma seta’ jersaq lejha kemm iddum hawn Malta. Dik tieghu. U tieghu biss.

Meta qorob il-jum mistenni, lil Agatha kitbilha li kif tasal Malta kienet se ssibu jistennieha l-ajruport. Iwassalha l-lukanda. Ihallieha tistrieh ftit. Tizbarazza l-bagalja bil-kwiet. Imbaghad, jerga’ jmur ghaliha filghaxija. U johrogha tiekol. Ma qaltlux le. Anzi, irringrazzjatu hafna. “Gewwa x-xileb”, ferah siehbi waqt li beda joghrok idejh.

Fl-ahhar, il-jum tant mistenni wasal. Agatha kellha tasal dakinhar. Siehbi hasel hasla nobis il-karozza. Xtara ornament apposta biex ifewwah il-karozza. Kellu qatgha xaghar friska. Kien xtara tibdila gdida. U raxx fuqu kemm sab fwieha.

Wasal l-ajruport tal-Gudja. It-titjira fl-ahhar waslet. Bdew jaslu l-passiggieri. Siehbi ntasab fin-nofs. Beda jperrec karta f’idejh. Fuqha kellu miktub b’ittri kbar il-kelma “AGATHA”. Bdew hergin ghadd ta’ tfajliet Pollakki. Wahda isbah mill-ohra. U siehbi beda jhares lejhom. Kull tfajla li jara jahsibha Agatha tieghu. Imma kollha baqghu ghaddejjin dritti minn quddiemu.

Fl-ahhar, Agatha waslet. Dlonk marret fuqu wahda. Bisitu fuq haddejh. U b’lehen ta’ anglu nebbiexi qaltlu “Hello Jien Agatha”. Siebhi flieha minn fuq s’isfel. Qalbu bhal donnha waqfet thabbat. Hass ghoqla titla’ fi grizmejh. Baqa’ cass ihares lejha. Minghajr ma jlissen kelma.

Agatha kienet Soru.

Sunday, 23 September 2012

Il-Partit Nazzjonalista biss jista' jaghtik il-vera Futur



Li tixjieħ jagħmlek iktar għaref. Jgħinnek biex tiżen aħjar. L-anzjani tagħna llum għandhom biżżejjed esperjenza biex jagħrblu Malta taħt Gvernijiet Laburisti u f’idejn Gvernijiet Nazzjonalisti.

Kapaċi jiġbdu konklużjoni dwar x’jaqbel u x’ma jaqbilx għall-futur ta’ Malta u ta’ uliedhom.

L-anzjani raw lil Malta tinbidel. Raw l-iżvilupp fl-oqsma tat-teknoloġija, l-infrastruttura, is-saħħa, l-edukazzjoni u x-xogħol. Raw l-impjiegi jsalvaw waqt li pajjiżi oħra qed jittieklu mill-qgħad.

Dan kollu ġie bl-enerġija tal-Partit Nazzjonalista li dejjem emmen fil-futur.

L-anzjani tagħna jafu li l-Maltin qed iħallsu anqas taxxi milli kienu jagħmlu qabel. Jafu li uliedhom u n-neputijiet tagħhom huma l-anqas li jħallsu taxxi fl-Unjoni Ewropea kollha. U jafu li dan kollu jfisser aktar flus fil-but. 

L-anzjani jafu li l-Gvern f’din il-leġislatura naqqas ukoll l-income tax għal diversi kategoriji ta’ nies fosthom l-ommijiet, il-ħaddiema u s-sidien ta’ negozji żgħar u medji u l-anzjani nfushom.  

L-anzjani tagħna jafu kemm uliedhom u n-neputijiet tagħhom għandhom opportunitajiet ta’ edukazzjoni u xogħol. 

L-anzjani tagħna jiftakru università taħt il-Labour b’numerus clausus u b’nofs tużżana korsijiet. Jiftakru s-sistema ta’ punti biex tidħol l-università.

Jiftakru l-istudenti tal-mediċina marbutin bil-ktajjen ta’ Kastilja wara li l-Gvern Laburista għalqilhom l-Iskola Medika. Fis-saħħa għadna kemm qlajna tifħir kbir mid-WHO.   

Jiftakru fis-snin disgħin l-istudenti fit-toroq għax tal-Labour flok l-istipendji riedu jdejnuhom.

L-anzjani tagħna jiftakru kif il-politika Laburista fil-qasam tax-xogħol kienet limitata għall-korpi tax-xogħol. Jiftakru r-riperkussjonijiet tal-bulk buying. It-tixħim biex stajt tixtri televixin. Il-kjuiet għall-prodotti bażiċi.

L-anzjani tagħna jafu kemm toroq għandhom mifruxa kemm uliedhom u n-neputijiet tagħhom u anki huma jekk jixtiequ biex jibqgħu jaħdmu jew jistudjaw.

Muscat bħalissa għaddej bi programm ċar fejn qed iwiegħed kollox lil kulħadd.  Anki jekk il-wegħdiet jikkontradixxu lil xulxin.

Muscat imma mhux qed jgħid x’jiswew lilek il-wegħdiet li qed jagħmel u kemm trid tħallas int minn butek biex tagħmel tajjeb għall-għatx għall-poter li għandu. 

Il-vera futur jista’ jagħtihulek biss il-Partit Nazzjonalista. L-istorja u l-fatti jitkellmu weħidhom.

Saturday, 22 September 2012

Cirasa 21 ta' Settembru 2012


Malta Labour Party

Il-Malta Labour Party ta’ Joe Muscat jippruvaw ibiddlu sufhom. Imma mhux ghemilhom.  Id-deputat Laburista Joe Debono Grech kixifhom. Joe Debono Grech qal li l-festa tal-Indipendenza hija festa tan-Nazzjonalisti biss.  Debono Grech imissu jisthi. Imissu jaf li l-festa tal-Indpendenza hija festa nazzjonali.  Hija festa ta’ kulhadd.  Il-MLP għadu sal-lum ikassbar il-festa tal-Indipendenza.

Debono Grech meta kien ministru kien iddikjara li l-bieb tieghu miftuh ghal-Laburisti biss. Kien ministru fl-aghar zminijiet. Meta Gvern Laburista taht it-tmexxija ta’ Duminku Mintoff baqa iggranfat mal-poter. Minkejja li kien tilef l-elezzjoni. Kien zmien tal-biza. Meta kriminali Laburisti kienu jinghaqdu mal-pulizija. U jsawwtu partitarji Nazzjonalisti.  Meta nies kienu jigu maqtula d-depot. Meta d-demokrazija kienet mhedda. Fl-MLP li jmexxi Joe Muscat hemm hafna ohrajn. Li f’dawk iz-zmien kienu Ministri. Deputati. Jew ufficcjali gholja fil-Malta Labour Party.

Jekk fl-elezzjoni li gejja ma tivvutax. Jew tivvota lil Joe  Muscat dawn in-nies jergghu jsiru ministri. U jergghu jaghmlu l-istess.

Min jinsa jerga jgarrab. Il-Malta Labour Party ma tistax tafdah.

 
Ingrid Brownrigg

Ingrid Brownrigg hija tfajla Zejtunija. Bniedma intelligenti li llum tahdem fi Brussells. Ingrid u l-familja taghha kienu maghna meta ghexna zminijiet tal-biza’ fiz-Zejtun. Il-familja taghha batiet. L-istess bhall-familja tieghi.  Familji ohrajn Nazzjonalisti fiz-Zejtun ghexna dawk iz-zminijiet koroh. Meta kriminali Zwieten Laburisti maghrufa kellhom il-poter li jaghmlu li jridu. Kienu jitterrorizzaw rahal shih.

Illum Ingrid tghix barra minn Malta. Ingrid ghamlet intervent tajjeb hafna fuq il-Fosos tal-Furjana.  Fost l-ohrajn spjegat kif kull meta tigi Malta tara pajjizna jinbidel. Spjegat kif il-Partit Nazzjonalista hu tabilhaqq il-partit tal-bidla. Tabilhaq dan hu l-partit li minn tal-Barrani wassalna fi Brusell.

In-Nazzjonalisti Zwieten huma nies kuragguzi. Li dejjem wiegbu kull meta l-Partit Nazzjoanlista sejhilhom. Nies ta’ principju li haqqhom kull rikonoxximent.

Prosit Ingrid. Bhala Zejtuni hassejtni kburi nisimghek fuq il-Fosos.

Nicole

 Kelli mmur ghat-tifla Nicole.  Kienu xil-11 ta’ filghaxija.  Cempiltilha. Staqsejtha fejn qieghda. Wiegbitni “Pa jien qieghda mal-habiba tieghi Noelle. Qeghdin Bugibba hdejn ic-cinema tal-Belt.”

Kif tista’ ma tiktibx ?

George u Duke

Ftit jiem ilu hija Pawlu kien fuq il-Fosos. Mieghu kellu lil Duke, il-kelb tieghu.  Fuq il-Fosos iltaqa’ mal-Ministru George Pullicino.  Il-kelb ta’ Pawlu beda jifrah  bil-Ministru Pullicino. Jitla’ mieghu u jilaqghlu wiccu. Geroge dar lejn hija Pawlu u qallu “Pawl hasra li dan il-kelb m’ghandux vot. Qiesu jaf li jien il-Ministru tieghu. X’jifrah biha.”

Hija Pawlu kien pront wiegbu. “George mhux ovvja li jifrah bik. Dak l-ewwel darba li qed jara iljunfant f’hajtu.”

Friday, 14 September 2012

Cirasa 14 ta' Settembru 2012


WHO

Dil-gimgha saret f’Malta l-konferenza regjonali tal-Ghaqda Dinjija tas-Sahha (World Health Organisation).  Attendew aktar minn hames mitt delegat. Mhux cajta torganizza konferenza ta’ gimgha ghal aktar minn hames mitt delegat. L-organizazzjoni kienet eccellenti. Il-konferenza kienet success kbir. Pajjizna minkejja li hu zghir hareg bl-unuri. Hajr u prosit lil hafna nies li ilhom aktar minn sena jorganizzaw din il-konferenza. Ma nistax ma nsemmix lil Dr Ray Busuttil li kien il-mohh wara din il-laqgha. Prosit u grazzi Ray.

 It-Tabib Cachia Zammit

L-ahhar darba li saret f’Malta konferenza regjonali tal-WHO kienet 42 sena ilu. Dak iz-zmien bhala Ministru tas-Sahha kien hemm it-tabib Alexander Cachia Zammit. Filfatt kien it-tabib Cachia Zammit li kien ippresieda dik il-konferenza regjonali.  Dil-gimgha ghal din il-konferenza, it-tabib Cachia Zammit kien il-mistieden specjali. Minkejja l-età sabiha tieghu attenda. Nibqa’ nammirah ghal mod kif baqa’ attiv. Il-Bambin ikompli mieghu. Baqa’ interessat f’dak kollu li jkun qed jigri. Matul dil-gimgha t-tabib Cachia Zammit tkellem ma’ diversi delegati.  Meta niltaqghu dejjem isemmhieli familji miz-Zejtun.  Iz-Zejtun jafu bl-amment. It-tabib Cachia Zammit hu tabib u politiku li tabilhaqq hadem u habb iz-Zejtun u liz-Zwieten.     

Krizi Libja

Nhar il-Hamis Mikela Fenech Pace mill-ufficcju tal-Prim Ministru  organizzat  konferenza ta’ gurnata. Kienet dwar dak li tghallimna mill-esperjenza  tal-krizi tal-Libja. Kienet opportunità importanti biex nezaminaw fil-fond kif wegibna ghall-krizi tal-Libja. Fejn morna tajjeb. U fejn irridu intejbu. Tabilhaqq kienet inizjattiva tajba hafna.

Waqt din il-konferenza ergajt ftakart wahdi fuq id-decizjonijiet difficli li ha l-Prim Ministru waqt il-krizi tal-Libja. Kienu decizjonijiet tajba. U kuragguzi. Il-Prim Ministru Gonzi mill-ewwel ikkundanna r-regim ta’ Gaddafi. L-Oppozizzjoni ta’ Joe Muscat mhux hekk ghamlet. Baqghu gallarija. L-ewwel raw minn se jirbah. Jekk mhux ir-ribelli jew Gadaffi? Imbaghad zammew ma’ min rebah.

Tabilhaqq imisshom jisthu.
 

Siehbi Joe Cassar

Siehbi l-Ministru Joe Cassar gratlu wahda tajba. Kien laqgha tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea.  Kellu business lunch. Waqt dawn l-ikliet tkun trid taghmel diskors. Mhux facli. Ghax trid taghmel diskors minn fuq il-mejda fejn tkun qed tiekol.

Joe Cassar kien se jibda d-diskors tieghu. Kellu l-platt tal-ikel quddiemu. Kien fih stuffat tal-laham. Kif kien se jibda jaqra d-diskors tieghu Joe bil-fixla waqghulu l-karti li fuqhom kellu d-dikors gol-platt. Kien pront gabarhom. Imma ma seta’ jara xejn. Ghax il-karti imtlew kollhom stuffat tal-laham.

Tabilhaqq siehbi Joe irnexxielu “jlahham” id-diskors tieghu.

 

Monday, 10 September 2012

Cirasa 10 ta' Settembru 2012


MyChoice.PN Xogħol, Saħħa u Edukazzjoni
Il-festa tal-Indipendenza għalija tfisser ħafna. Hi mument glorjuż fl-istorja tal-pajjiż. Żgur ma jistax jintesa. Hi mument importanti fl-istorja tal-Partit Nazzjonalista.
U wieħed irid ifakkar li mhux dejjem kien faċli għall-P.N. biex ifakkar din il-ġrajja. Hemm bosta li daqu s-swat tal-arroganza Mintuffjana.  
Il-festa tal-Indipendenza hi wkoll ċelebrazzjoni ta’ dak li l-Partit Nazzjonalista u l-poplu Malti flimkien kisbu fil-milja tas-snin. Ilkoll kemm aħna, anzjani u żgħar, ħdimna flimkien biex Malta għamlet passi ta’ ġgant.  
Ħafna adulti u anzjani jiftakru dak il-mument solenni meta fix-xagħra tal-Furjana niżlet il-bandiera Ingliża u telgħet dik Maltija. Dik ma kinitx ċerimonja simbolika. Dakinhar inżergħet Malta ġdida. Malta bdiet tieħu d-deċiżjonijiet kbar dwarha nnifisha.
Dakinhar bdiet mixja biex Malta saret stat imsieħeb fl-Unjoni Ewropea. Sakemm wasalna s’hawn għaddejna minn bosta ġrajjiet mhux kollha sbieħ. Kien hemm żmien meta d-demokrazija kienet mhedda. Meta rajna ma kienx f’idejn il-poplu. Imma f’idejn reġim Soċjalista. Imma l-poplu għaraf f’idejn min iħalli destinu. Il-P.N. kien dejjem strumentali fl-iktar waqtiet kruċjali.
Illum kburin b’li kisbu l-Gvernijiet Nazzjonalisti li ma nsew lill-ebda settur tas-soċjetà, miż-żgħar sal-anzjani. Kburin li dejjem konna man-nies.  Kburin li fhimna n-nies. 
Kburin li konna mutur biex is-soċjetà tevolvi u timxi. Kburin li ma qgħadniex passivi. Kburin li ma mxejniex bil-politika żbaljata. Kburin li ma ħaddimniex il-politika tal-konvenjenza għall-voti.   
In-nies jafu x’kiseb il-Partit Nazzjonalista għalihom. Edukazzjoni mill-aqwa mifruxa mill-Università sal-MCAST sal-iskejjel primarji.  Saħħa b’xejn għal kulħadd. Lista dejjem titwal ta’ pilloli b’xejn. Operazzjonijiet bla ħlas għal kulħadd. Testijiet mediċi b’xejn għal kulħadd. Pensjonijiet diċenti għall-anzjani tagħna.  Flus fl-idejn tan-nies. Il-ftuħ ta’ numru kbir ta’ ħwienet, ristoranti u ċentri kummerċjali mferrxin mal-gżira kollha. Spazji pubbliċi.  Bajjiet nodfa. Ċentri sportivi.
Il-Partit Nazzjonalista hu l-partit ta’ kulħadd; tat-tfal, taż-żgħażagħ, tal-adulti u tal-anzjani. Waqt il-Labour iwiegħed biss u meta jkun fil-gvern ibażwar.
L-MLP ta’ Muscat dejjem jieħu deċiżjonijiet żbaljati li bihom tweġġa’ int u l-għeżież tegħek.
Muscat riedna ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea. Riedna nużaw lil Ċipru bħala mudell. Kien kontra l-Ewro. Kontra l-low cost. Kontra proġetti li joħolqu x-xogħol.  Kieku tajna kasu kien ibati l-popli Malti u Għawdxi kollu.
Il-Partit Nazzjonalista biss jista’ jpoġġi iktar flus f’butek.  Kemm għalik li taħdem kif ukoll għalik li inti anzjan. Il-Partit Nazzjonalista biss jista’ jassiguralek ħobżok.  Il-Partit Nazzjonalista hu l-Partit tax-Xogħol, tas-Saħħa u tal-Edukazzjoni.
L-għażla tiegħi hi l-P.N. Mychoice.PN.  Xogħol, Saħħa u Edukazzjoni.

Friday, 7 September 2012

Cirasa 7 ta' Settembru 2012


 

Franco u Jien

Il-habib u kollega tieghi Franco Debono rega ikkumenta fuq il-blogg tieghu fuq l-esperjenza tal-problema ta’ sahhha mentali li ghaddejt minnha jien xi tlett snin ilu. Hassejt li kelli niccara xi punti. Naccerta li qed nikteb dan l-artiklu bl-intenzjonijiet kollha tajba. Jekk mhux ghalija ghal eluf ohrajn li jghaddu minn esperjenza ta’ mard mentali.

Xi tlett snin ilu jien ghaddejt minn esperjenza ta’ depression. Nahseb kienet kawza ta’ stress kbir li kont ghaddej minnu.  Stress relattat max-xoghol tieghi. Fittixt il-kura. Ha nkun car; ma mortx ghand il-Ministru Joe Cassar li hu psikjatra. Kif forsi ipprova jaghti x’jifhem siehbi Franco Debono fil-blogg tieghu. Naf mill-kostitwenti tieghi li meta Joe lahaq minsitru l-pazjenti ghaddiehom f’idejn psikjatri ohrajn. Mort ghand il-psikjatra Dr David Cassar. Jien u l-familja tieghi ilna hbieb ma’ David Cassar ghal zmien  twil. Niftakar madwar tletin sena ilu jien, David u l-mara tieghu Doreen, li hi tabiba konna nahdmu flimkien il-casualty. Daqshekk ilna hbieb.

L-Ghaqda Dinjija tas-Sahha qed tbassar li min hawn u ftit snin ohra l-mard mentali komuni bhad-depression tant se jizdied li sahansitra se jkun aktar komuni mid-dijabete u l-cancer. Il-mard mentali jista jaqbad lil kulhadd.  Jista jaqbad lil min hu sinjur. U min le. Min hu ta’ edukazzjoni gholja. U lil min le.  Jista jaqbad lit-tfal. U lill-kbar. Il-mard mentali ma jharisx lejn ucuh. Hadd m’ghandu immunità ghall-mard mentali.

Kont jien li ddecidejt minn jeddi nghid pubblikament li kont ghaddejt minn esperjenza ta’ depression. Ghalfejn hadt din id-decizjoni?   Ghax jien responsabli mill-qasam tas-sahha mentali. Naf kemm ibatu n-nies li jghaddu minn esperjenza ta’ mard mentali. Minhabba l-istigma li ghad hawn.

Id-depression kif kelli jien hija kundizzjoni komuni hafna. F’pajjizna hu stmat li kull sena eluf jghaddu minn perjodu ta’ depression. Sfortunatament ftit imorru ghall-kura. Hafna ma jfittxux il-kura ghax jibzghu li jigu ttimbrati. Jibzghu li jigu ddiskriminati. Minhabba l-marda taghhom. Jew li jsibu minn jghajjarhom bil-marda li ghaddew minnha. Hija hasra. Ghax hafna mard mentali bhad-depression u l-ansjetà hawn kura ghalihom. Tiehu l-kura u tfieq. Jien hekk ghamilt. U llum ghall-grazzja t’Alla ninsab tajjeb hafna. U nista nitkellem fuq l-esperjenza tieghi bil-miftuh.

Ghedt li ghaddejt minn esperjenza ta’ depression biex inwassal messagg. Biex nuri li kulhadd jista jghaddi minn problemi ta’ sahha mentali. Int min int. Li m’hemm xejn tal-misthija li tmur tfittex il-kura ta’ psikjatra. Kieku kelli problemi tal-qalb kont imur ghand kardjologista. Meta jaqbadni attakk tal-ażma imur ghand specjalista li jifhem fl-ażma. Meta kelli depression mort ghand psikjatra. M’ghandi xejn minn xiex nisthi. M’ghandi ebda appologija x’naghmel. Hadd mhu se jhammarli wicci billi jghid li fittixt kura ta’ psikjatra.

F’diskorsi u f’kitbieti qatt ma ghajjart jew gbidt saqajn lil min ghadda minn esperjenza ta’ sahha mentali.  Noqghod attent hafna x’nghid fuq dan is-suggett. Ghax hu suggett delikat. Assolutament ma naqbilx min jghajjar b’dan il-mard. Hu min hu. Jikteb min jikteb.

Meta siehbi Franco Debono jikteb hekk fuqi inwegga. Naccertah li din mhux kundizzjoni li gibtha b’idejja. Jien illum ghall-grazzja t’Alla ninsab tajjeb. Kienet esperjenza kerha li ghaddiet. Imma hemm barra hemm nies li bhalissa ghaddejjin minn esperjenzi simili. U qed ibatu mhux biss minhabba l-marda taghhom. Imma wkoll mill-istigma li sfortunatament ghadu jgib mieghu dan il-mard.

Insellem lil kull minn ghaddej minn esperjenza ta’ mard mentali. Nies bhal dawn modrija ghandhom bzonn. Mhux timbri.

Tuesday, 4 September 2012

Cirasa 31 Awwissu 2012


Joe Grima

Il-prezentatur tas-Super One Joe Grima qed jghid li qed nippruvaw noholqu issue. U dan wara li kellem b’mod mill-aktar baxx lis-sacerdot Fr Alexander Lucie-Smith. Dan is-sacerdot f’artiklu li kiteb f’The Catholic Herald ikkritika lil Mintoff. Qal li Mintoff ghamel hsara lil Malta. Semma l-hruq tal-gurnal it-Times. Kif ukoll it-tkissir tad-dar tal-Kap tal-Oppozizzjoni ta’ dak iz-zmien Eddie Fenech Adami.  Dan is-sacerdot ikkummenta wkoll fuq il-hbiberiji li kellu l-Prim Ministru Mintoff ma’ dittauri fosthom l-eks Kurunell Gaddafi.

Ir-reazzjoni ta’ Joe Grima tinkwetak. Dan hu ministru li serva fl-aghar zminijiet fl-istorja politika ta’ pajjizna. Meta ma kienx hawn libertà tal-espressjoni. Meta d-demokrazija kienet mhedda. Jidher li Joe Grima baqa’ jahseb l-istess mod. Baqa’  jemmen li hu jista’ jikkritka lil min irid. Ovvjament ghandu kull dritt. Biss daqstant iehor kellu dritt Fr  Lucie-Smith li  jikkritika lil Duminku Mintoff. Ma jistax ikun li min ma naqblux mieghu nattakkawh b’mod baxx u personali. Din hija mentalità skaduta ta’ zminijiet meta Joe Grima kien Ministru.

Joe Grima ma waqafx hemm. It-Times irrappurtatat li Joe Grima ghamel kummenti baxxi fuq Richard Cachia Caruana.

Il-Partit Laburista jidher li kuntent bil-mod kif qed igib ruhu Joe Grima. Kieku kienu serji kienu jitolbuh jaghmel apologija.  Xi wahda bhal din taghtina lezzjoni importanti. Il-Labour jista’ jkun li biddlu l-libsa. Imma mhux ghemilhom.

Jekk jinghataw il-poter jergghu jaghmlu l-istess.

Dubju

Karmenu Vella jrid jerga’ jiftah berah il-ftehim li ghamlet Malta mal-Unjoni Ewropea. Din l-opinjoni kien hareg biha wkoll Joe Muscat. Kif ukoll Alfred Sant. Li m’humiex qed jifhmu hu li llum fejn tidhol l-Unjoni Ewropea m’ghadniex ahna u huma. Illum ahna parti mill-Unjoni Ewropea. Din mhux kwistjoni li nergghu nifthu n-negozjati mal-Unjoni I-Ewropea. Jew gewwa jew barra.

Dikjarazzjonijiet bhal dawn juru bic-car li l-Partit Laburista ghadu mhux konvint mid-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.  Taparsi biddlu  l-pozizzjoni taghhom. Imma din kienet bidla ta’ konvenjenza. Mhux ta’ konvinzjoni.

Duke

Hija Paul isibhom. Kien passiggata bil-kelb tieghu Duke. Iltaqghet mieghu wahda. Waqfet tkellmu. Qabditlu fuq Duke. Hin minnhom riedet tistaqsih x’razza hu l-kelb. Minflok qaltlu, “Pawl dan il-kelb x’ditta hu?”

“Samsung,” kien pront wegibha hija.