Joe Muscat iddikjara li se jiffriza l-minimum wage. Bil-Labour, il-bidla tkun ghall-aghar.
Mhux ghall-ahjar. Jekk Joe Muscat lest jiffriza l-paga ta’ min jaqla’ l-anqas,
ikun lest ukoll imiss il-paga ta’ min jaqla’ aktar. Ikun lest jiffriza wkoll il-pensjonijiet.
Muscat qed
iwieghed kollox lil kulhadd. Jinteressah minnu biss. Li jsir Prim Ministru. Ma
jinteressahx minnek. Joe Muscat idahhal idu gol-but tieghek. U jsallbek
bit-taxxi.
B’Joe Muscat , tbati int u l-familja tieghek.
Mintoff
Fil-Malta Labour Party bhalissa mhatra
min jigdeb l-aktar fuq Mintoff. Imbierek Alla, kulhadd kien habib mieghu. U
kulhadd iharref li baqa’ mieghu sal-ahhar.
Jien ghamilt zmien immur ghand Mintoff
meta marad. Kien iccempilli hu. Qatt ma rajt lil hadd minnhom ghandu. Kien
mitluq. Abbandunat. U izolat. Hlief lil Fr Gordon ma kontx nara .
Fejn kienu dawn “il-hbieb kollha” dak
iz-zmien?
Agatha
Naccertakom li din grat vera. Irrakkontaha
siehbi lili. Ghandi l-permess tieghu niktibha. Imbasta ma niktibx ismu. Hija
storja vera mill-bidu sal-ahhar. Mela dan siehbi ghalliem. L-iskola tieghu
kienet qed tiehu sehem fil-Comenius
Project. Hu programm tal-Unjoni Ewropea. Siehbi beda jikkomunika ma’ certa
Agatha mill-Polonja. Ghalliema zaghzugha bhalu.
Kellha tigi Malta . Flimkien ma’ ghadd ta’
ghalliema ohrajn. Agatha bdiet tikteb lil siehbi kwazi kuljum. Permezz tal-emails saru hbieb kbar.
Insistiet li jsejhilha b’isimha. U hi
b’ismu. Lil siehbi, Agatha kienet tghidlu ta’ spiss li qed tohlom f’dak il-jum
li tigi Malta .
Halli tiltaqa’ mieghu wicc imb’wicc.
F’mohhu bdew jinbtu hafna fantasiji. Kellu
seba’ mitt sena sakemm tasal din l-imbierka Agatha mill-Polonja. Lil shabu
involuti fil-Comenius Project, ghamilhielhom
cara daqs il-kristall. Huma setghu jiehdu hsieb lill-ghalliema Pollakki li
kienu gejjin minn
barra. Ma kienx interessat f’hadd minnhom. Imma Agatha f’idejh. Hadd ma seta’
jersaq lejha kemm iddum hawn Malta .
Dik tieghu. U tieghu biss.
Meta qorob il-jum mistenni, lil Agatha kitbilha
li kif tasal Malta
kienet se ssibu jistennieha l-ajruport. Iwassalha l-lukanda. Ihallieha tistrieh
ftit. Tizbarazza l-bagalja bil-kwiet. Imbaghad, jerga’ jmur ghaliha filghaxija.
U johrogha tiekol. Ma qaltlux le. Anzi, irringrazzjatu hafna. “Gewwa x-xileb”, ferah siehbi waqt li
beda joghrok idejh.
Fl-ahhar, il-jum tant mistenni wasal.
Agatha kellha tasal dakinhar. Siehbi hasel hasla nobis il-karozza. Xtara ornament
apposta biex ifewwah il-karozza. Kellu qatgha xaghar friska. Kien xtara tibdila
gdida. U raxx fuqu kemm sab fwieha.
Wasal l-ajruport tal-Gudja. It-titjira fl-ahhar
waslet. Bdew jaslu l-passiggieri. Siehbi ntasab fin-nofs. Beda jperrec karta
f’idejh. Fuqha kellu miktub b’ittri kbar il-kelma “AGATHA”. Bdew hergin ghadd ta’ tfajliet Pollakki. Wahda isbah
mill-ohra. U siehbi beda jhares lejhom. Kull tfajla li jara jahsibha Agatha
tieghu. Imma kollha baqghu ghaddejjin dritti minn quddiemu.
Fl-ahhar, Agatha waslet. Dlonk marret
fuqu wahda. Bisitu fuq haddejh. U b’lehen ta’ anglu nebbiexi qaltlu “Hello Jien Agatha”. Siebhi flieha minn fuq s’isfel. Qalbu
bhal donnha waqfet thabbat. Hass ghoqla titla’ fi grizmejh. Baqa’ cass ihares
lejha. Minghajr ma jlissen kelma.
Agatha kienet Soru.
No comments:
Post a Comment