Joe Grima
Il-prezentatur tas-Super One Joe Grima qed jghid li qed nippruvaw noholqu issue. U dan wara li kellem b’mod mill-aktar baxx lis-sacerdot Fr Alexander Lucie-Smith. Dan is-sacerdot f’artiklu li kiteb f’The Catholic Herald ikkritika lil Mintoff. Qal li Mintoff ghamel hsara lil Malta. Semma l-hruq tal-gurnal it-Times. Kif ukoll it-tkissir tad-dar tal-Kap tal-Oppozizzjoni ta’ dak iz-zmien Eddie Fenech Adami. Dan is-sacerdot ikkummenta wkoll fuq il-hbiberiji li kellu l-Prim Ministru Mintoff ma’ dittauri fosthom l-eks Kurunell Gaddafi.
Ir-reazzjoni ta’ Joe Grima tinkwetak. Dan hu ministru li serva fl-aghar zminijiet fl-istorja politika ta’ pajjizna. Meta ma kienx hawn libertà tal-espressjoni. Meta d-demokrazija kienet mhedda. Jidher li Joe Grima baqa’ jahseb l-istess mod. Baqa’ jemmen li hu jista’ jikkritka lil min irid. Ovvjament ghandu kull dritt. Biss daqstant iehor kellu dritt Fr Lucie-Smith li jikkritika lil Duminku Mintoff. Ma jistax ikun li min ma naqblux mieghu nattakkawh b’mod baxx u personali. Din hija mentalità skaduta ta’ zminijiet meta Joe Grima kien Ministru.
Joe Grima ma waqafx hemm. It-Times irrappurtatat li Joe Grima ghamel kummenti baxxi fuq Richard Cachia Caruana.
Il-Partit Laburista jidher li kuntent bil-mod kif qed igib ruhu Joe Grima. Kieku kienu serji kienu jitolbuh jaghmel apologija. Xi wahda bhal din taghtina lezzjoni importanti. Il-Labour jista’ jkun li biddlu l-libsa. Imma mhux ghemilhom.
Jekk jinghataw il-poter jergghu jaghmlu l-istess.
Dubju
Karmenu Vella jrid jerga’ jiftah berah il-ftehim li ghamlet Malta mal-Unjoni Ewropea. Din l-opinjoni kien hareg biha wkoll Joe Muscat. Kif ukoll Alfred Sant. Li m’humiex qed jifhmu hu li llum fejn tidhol l-Unjoni Ewropea m’ghadniex ahna u huma. Illum ahna parti mill-Unjoni Ewropea. Din mhux kwistjoni li nergghu nifthu n-negozjati mal-Unjoni I-Ewropea. Jew gewwa jew barra.
Dikjarazzjonijiet bhal dawn juru bic-car li l-Partit Laburista ghadu mhux konvint mid-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Taparsi biddlu l-pozizzjoni taghhom. Imma din kienet bidla ta’ konvenjenza. Mhux ta’ konvinzjoni.
Duke
Hija Paul isibhom. Kien passiggata bil-kelb tieghu Duke. Iltaqghet mieghu wahda. Waqfet tkellmu. Qabditlu fuq Duke. Hin minnhom riedet tistaqsih x’razza hu l-kelb. Minflok qaltlu, “Pawl dan il-kelb x’ditta hu?”
“Samsung,” kien pront wegibha hija.
No comments:
Post a Comment