Malta Labour Party
Il-Malta Labour Party ta’ Joe Muscat
jippruvaw ibiddlu sufhom. Imma mhux ghemilhom.
Id-deputat Laburista Joe Debono Grech kixifhom. Joe Debono Grech qal li
l-festa tal-Indipendenza hija festa tan-Nazzjonalisti biss. Debono Grech imissu jisthi. Imissu jaf li l-festa tal-Indpendenza hija festa
nazzjonali. Hija festa ta’ kulhadd. Il-MLP għadu sal-lum ikassbar il-festa
tal-Indipendenza.
Debono Grech meta kien ministru kien
iddikjara li l-bieb tieghu miftuh ghal-Laburisti biss. Kien ministru fl-aghar
zminijiet. Meta Gvern Laburista taht it-tmexxija ta’ Duminku Mintoff baqa’ iggranfat mal-poter. Minkejja li kien
tilef l-elezzjoni. Kien zmien tal-biza’. Meta kriminali Laburisti kienu jinghaqdu mal-pulizija. U
jsawwtu partitarji Nazzjonalisti. Meta nies kienu jigu maqtula d-depot. Meta d-demokrazija
kienet mhedda. Fl-MLP li jmexxi Joe Muscat hemm hafna ohrajn. Li f’dawk
iz-zmien kienu Ministri. Deputati. Jew ufficcjali gholja fil-Malta Labour
Party.
Jekk fl-elezzjoni li gejja ma tivvutax.
Jew tivvota
lil Joe Muscat dawn in-nies jergghu
jsiru ministri. U jergghu jaghmlu l-istess.
Min jinsa jerga’ jgarrab. Il-Malta Labour Party ma
tistax tafdah.
Ingrid Brownrigg hija tfajla Zejtunija.
Bniedma intelligenti li llum tahdem fi Brussells. Ingrid u l-familja taghha
kienu maghna meta ghexna zminijiet tal-biza’ fiz-Zejtun. Il-familja taghha batiet.
L-istess bhall-familja tieghi. Familji
ohrajn Nazzjonalisti fiz-Zejtun ghexna dawk iz-zminijiet koroh. Meta kriminali
Zwieten Laburisti maghrufa kellhom il-poter li jaghmlu li jridu. Kienu jitterrorizzaw
rahal shih.
Illum Ingrid tghix barra minn Malta.
Ingrid ghamlet intervent tajjeb hafna fuq il-Fosos tal-Furjana. Fost l-ohrajn spjegat kif kull meta tigi
Malta tara pajjizna jinbidel. Spjegat kif il-Partit Nazzjonalista hu tabilhaqq
il-partit tal-bidla. Tabilhaq dan hu l-partit li minn tal-Barrani wassalna fi
Brusell.
In-Nazzjonalisti Zwieten huma nies kuragguzi. Li dejjem wiegbu kull meta l-Partit Nazzjoanlista sejhilhom. Nies ta’ principju li haqqhom kull rikonoxximent.
Prosit Ingrid. Bhala Zejtuni hassejtni
kburi nisimghek fuq il-Fosos.
Nicole
Kif tista’ ma tiktibx ?
George u Duke
Ftit jiem ilu hija Pawlu kien fuq
il-Fosos. Mieghu kellu lil Duke, il-kelb tieghu. Fuq il-Fosos iltaqa’ mal-Ministru George
Pullicino. Il-kelb ta’ Pawlu beda
jifrah bil-Ministru Pullicino. Jitla’
mieghu u jilaqghlu wiccu. Geroge dar lejn hija Pawlu u qallu “Pawl hasra li dan il-kelb m’ghandux vot.
Qiesu jaf li jien il-Ministru tieghu. X’jifrah biha.”
Hija Pawlu kien pront wiegbu. “George mhux ovvja li jifrah bik. Dak l-ewwel darba li qed jara iljunfant f’hajtu.”
No comments:
Post a Comment