MyChoice.PN Xogħol, Saħħa u Edukazzjoni
Il-festa tal-Indipendenza għalija tfisser ħafna. Hi mument glorjuż fl-istorja tal-pajjiż. Żgur ma jistax jintesa. Hi mument importanti fl-istorja tal-Partit Nazzjonalista.
U wieħed irid ifakkar li mhux dejjem kien faċli għall-P.N. biex ifakkar din il-ġrajja. Hemm bosta li daqu s-swat tal-arroganza Mintuffjana.
Il-festa tal-Indipendenza hi wkoll ċelebrazzjoni ta’ dak li l-Partit Nazzjonalista u l-poplu Malti flimkien kisbu fil-milja tas-snin. Ilkoll kemm aħna, anzjani u żgħar, ħdimna flimkien biex Malta għamlet passi ta’ ġgant.
Ħafna adulti u anzjani jiftakru dak il-mument solenni meta fix-xagħra tal-Furjana niżlet il-bandiera Ingliża u telgħet dik Maltija. Dik ma kinitx ċerimonja simbolika. Dakinhar inżergħet Malta ġdida. Malta bdiet tieħu d-deċiżjonijiet kbar dwarha nnifisha.
Dakinhar bdiet mixja biex Malta saret stat imsieħeb fl-Unjoni Ewropea. Sakemm wasalna s’hawn għaddejna minn bosta ġrajjiet mhux kollha sbieħ. Kien hemm żmien meta d-demokrazija kienet mhedda. Meta rajna ma kienx f’idejn il-poplu. Imma f’idejn reġim Soċjalista. Imma l-poplu għaraf f’idejn min iħalli destinu. Il-P.N. kien dejjem strumentali fl-iktar waqtiet kruċjali.
Illum kburin b’li kisbu l-Gvernijiet Nazzjonalisti li ma nsew lill-ebda settur tas-soċjetà, miż-żgħar sal-anzjani. Kburin li dejjem konna man-nies. Kburin li fhimna n-nies.
Kburin li konna mutur biex is-soċjetà tevolvi u timxi. Kburin li ma qgħadniex passivi. Kburin li ma mxejniex bil-politika żbaljata. Kburin li ma ħaddimniex il-politika tal-konvenjenza għall-voti.
In-nies jafu x’kiseb il-Partit Nazzjonalista għalihom. Edukazzjoni mill-aqwa mifruxa mill-Università sal-MCAST sal-iskejjel primarji. Saħħa b’xejn għal kulħadd. Lista dejjem titwal ta’ pilloli b’xejn. Operazzjonijiet bla ħlas għal kulħadd. Testijiet mediċi b’xejn għal kulħadd. Pensjonijiet diċenti għall-anzjani tagħna. Flus fl-idejn tan-nies. Il-ftuħ ta’ numru kbir ta’ ħwienet, ristoranti u ċentri kummerċjali mferrxin mal-gżira kollha. Spazji pubbliċi. Bajjiet nodfa. Ċentri sportivi.
Il-Partit Nazzjonalista hu l-partit ta’ kulħadd; tat-tfal, taż-żgħażagħ, tal-adulti u tal-anzjani. Waqt il-Labour iwiegħed biss u meta jkun fil-gvern ibażwar.
L-MLP ta’ Muscat dejjem jieħu deċiżjonijiet żbaljati li bihom tweġġa’ int u l-għeżież tegħek.
Muscat riedna ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea. Riedna nużaw lil Ċipru bħala mudell. Kien kontra l-Ewro. Kontra l-low cost. Kontra proġetti li joħolqu x-xogħol. Kieku tajna kasu kien ibati l-popli Malti u Għawdxi kollu.
Il-Partit Nazzjonalista biss jista’ jpoġġi iktar flus f’butek. Kemm għalik li taħdem kif ukoll għalik li inti anzjan. Il-Partit Nazzjonalista biss jista’ jassiguralek ħobżok. Il-Partit Nazzjonalista hu l-Partit tax-Xogħol, tas-Saħħa u tal-Edukazzjoni.
L-għażla tiegħi hi l-P.N. Mychoice.PN. Xogħol, Saħħa u Edukazzjoni.
No comments:
Post a Comment