WHO
Dil-gimgha saret f’Malta l-konferenza regjonali tal-Ghaqda Dinjija tas-Sahha (World Health Organisation). Attendew aktar minn hames mitt delegat. Mhux cajta torganizza konferenza ta’ gimgha ghal aktar minn hames mitt delegat. L-organizazzjoni kienet eccellenti. Il-konferenza kienet success kbir. Pajjizna minkejja li hu zghir hareg bl-unuri. Hajr u prosit lil hafna nies li ilhom aktar minn sena jorganizzaw din il-konferenza. Ma nistax ma nsemmix lil Dr Ray Busuttil li kien il-mohh wara din il-laqgha. Prosit u grazzi Ray.
L-ahhar darba li saret f’Malta konferenza regjonali tal-WHO kienet 42 sena ilu. Dak iz-zmien bhala Ministru tas-Sahha kien hemm it-tabib Alexander Cachia Zammit. Filfatt kien it-tabib Cachia Zammit li kien ippresieda dik il-konferenza regjonali. Dil-gimgha ghal din il-konferenza, it-tabib Cachia Zammit kien il-mistieden specjali. Minkejja l-età sabiha tieghu attenda. Nibqa’ nammirah ghal mod kif baqa’ attiv. Il-Bambin ikompli mieghu. Baqa’ interessat f’dak kollu li jkun qed jigri. Matul dil-gimgha t-tabib Cachia Zammit tkellem ma’ diversi delegati. Meta niltaqghu dejjem isemmhieli familji miz-Zejtun. Iz-Zejtun jafu bl-amment. It-tabib Cachia Zammit hu tabib u politiku li tabilhaqq hadem u habb iz-Zejtun u liz-Zwieten.
Krizi Libja
Nhar il-Hamis Mikela Fenech Pace mill-ufficcju tal-Prim Ministru organizzat konferenza ta’ gurnata. Kienet dwar dak li tghallimna mill-esperjenza tal-krizi tal-Libja. Kienet opportunità importanti biex nezaminaw fil-fond kif wegibna ghall-krizi tal-Libja. Fejn morna tajjeb. U fejn irridu intejbu. Tabilhaqq kienet inizjattiva tajba hafna.
Waqt din il-konferenza ergajt ftakart wahdi fuq id-decizjonijiet difficli li ha l-Prim Ministru waqt il-krizi tal-Libja. Kienu decizjonijiet tajba. U kuragguzi. Il-Prim Ministru Gonzi mill-ewwel ikkundanna r-regim ta’ Gaddafi. L-Oppozizzjoni ta’ Joe Muscat mhux hekk ghamlet. Baqghu gallarija. L-ewwel raw minn se jirbah. Jekk mhux ir-ribelli jew Gadaffi? Imbaghad zammew ma’ min rebah.
Tabilhaqq imisshom jisthu.
Tabilhaqq imisshom jisthu.
Siehbi Joe Cassar
Siehbi l-Ministru Joe Cassar gratlu wahda tajba. Kien laqgha tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea. Kellu business lunch. Waqt dawn l-ikliet tkun trid taghmel diskors. Mhux facli. Ghax trid taghmel diskors minn fuq il-mejda fejn tkun qed tiekol.
Joe Cassar kien se jibda d-diskors tieghu. Kellu l-platt tal-ikel quddiemu. Kien fih stuffat tal-laham. Kif kien se jibda jaqra d-diskors tieghu Joe bil-fixla waqghulu l-karti li fuqhom kellu d-dikors gol-platt. Kien pront gabarhom. Imma ma seta’ jara xejn. Ghax il-karti imtlew kollhom stuffat tal-laham.
Joe Cassar kien se jibda d-diskors tieghu. Kellu l-platt tal-ikel quddiemu. Kien fih stuffat tal-laham. Kif kien se jibda jaqra d-diskors tieghu Joe bil-fixla waqghulu l-karti li fuqhom kellu d-dikors gol-platt. Kien pront gabarhom. Imma ma seta’ jara xejn. Ghax il-karti imtlew kollhom stuffat tal-laham.
Tabilhaqq siehbi Joe irnexxielu “jlahham” id-diskors tieghu.
No comments:
Post a Comment