Dr Chris Barbara
Nerga’ nifrah lil siehbi Dr Chris
Barbara. Chris hu Patologista. Inkarigat mil-laboratorju ta’ Mater Dei. Hu
bniedem umli. Dejjem b’dahka fuq fommu. Meta kellna l-pandemija tal-H1N1, hdimna hafna flimkien. Konna
f’kuntatt kontinwu. Darbtejn kuljum kien jiccekkja s-samples li kien jigbor. Kien jibghatli r-rizultati mill-ewwel. Kien
hu li kien jinfurmani jekk kellniex kazi godda. L-ahhar rizultati kienu jidhlu
ftit wara nofsilejl. Min jaf kemm ghamilna telefonati twal fis-sighat bikrin
ta’ filghodu. Nitkellmu fuq l-H1N1.
Chris hu bniedem li xoghlu jaghmlu sew. U jaghmlu mill-qalb.
Nhar l-Erbgha, il-familja tieghu
organizzatlu surprise birthday party.
Kien hemm hafna hbieb tieghu. Inkluz tobba li kienu fil-kors mieghu. Kien hemm
ukoll Monsinjur Arcisqof. Li hu habib personali ta’ Chris.
Awguri
mill-qalb Chris.
605,000
Daqshekk imutu. Fl-Unjoni Ewropea, ta’
kull sena, imutu xejn anqas minn sitt mija u hamest elef ruh kawza tat-tipjip.
F’Malta, mill-anqas persuna kuljum, tmut minhabba t-tipjip. It-tipjip jikkawza
hafna mard. Fosthom il-kancer. Mard tal-qalb. Kolesterol gholi. In-nisa li
jpejpu jonqsilhom ic-cans li jinqabdu tqal. Min jaqta’ s-sigaretti jkun anqas
nervuz. Jorqod ahjar. Ikollu anqas cans li jimrad.
Jekk tieqaf tpejjep, anki l-but imur
ahjar. Jekk tpejjep pakkett sigaretti kuljum u tieqaf, tiffranka elf u hames
mitt ewro kull sena. Jekk int tpejjep u tixtieq tieqaf, ibghatli e-mail fuq mario.galea@gov.mt. Lest niggwidak lejn is-servizzi
li ghandna biex tieqaf tpejjep.
Kuragg.
Anqas tipjip. Aktar sahha.
Zewgt erwieh tajba
Hmistax ilu kellhom jilaghbu
l-Manchester United u l-Liverpool. Il-Hadd filghodu, hrigt indur il-kazini tad-distrett.
Wasat il-Fgura. Xhin ninzel mill-karozza, nilmah lil siehbi Frankie Galea.
Frankie mal-Liverpool. Ilsienu hazin. “Se nirbhulkom 2-1 illejla. Waqaft inkellmek
issa, biex ma ncempillekx wara l-loghba. Ghax min jaf kif se tkun mahruq.”
Ftit wara mort il-kazin
tan-Nazzjonalisti taz-Zejtun. Mank kont ghadni rfist il-bieb. Gie Mario, l-barman bi flixkun bitter lemon f’idejh. “Ma tafx li jien ma nixrobx bitter lemon? Jien ilma nixrob”,
fakkartu.
“Imma llum, bitter lemon hawn ghalik. Baghatulek Sammy. Qalli li se jkollok
bzonnu.” Dlonk nilmah lil Sammy tal-Lasco jidhak mal-bar. Mort kellimtu kif
kien jixraqlu. Bhal Frankie, kien cert li se jirbhu l-Liverpool. U li kienu se
jigu 2-1. Sammy qalli li l-Manchester United kienu se jigu umiljati.
Issaportejt kollox bil-kwiet. Sammy accertani li wara l-loghba kien se jcempilli.
Dakinhar, il-United laghbu kontra l-Liverpool.
U rebhu. Vera gew 2-1. Kif kienu bassru Frankie u Sammy. Imma rebhu l-United. U
tilfu l-Liverpool. Minn dakinhar ’l hawn, ma smajt xejn minghand Frankie u
Sammy.
Fejn
marru jistahbew?
No comments:
Post a Comment