Saturday, 13 October 2012

Diskors tal-Premju Anzjan tas-Sena


 

Il-mentalità li tisfiducja x-xjuhija mhix xi haga lokali.  L-anqas hi prodott ta’ zmienna.  Maz-zmien inbnew diversi mudelli ta’ hsieb zbaljati li tefghu l-ankri fix-xatt tal-pregudizzji.

Din l-idea mmuffata dwar l-anzjani hija ghal kollox zbaljata.  L-anzjani m’ghadhomx bhall-protagonisti tal-hrafa ta’ Platun.  Jghixu fl-gherien u jibzghu jaqbzu l-blat li jdawwruhom. Ix-xjuh taghna ma jbezzaghhomx ix-xefaq li ma jafux. Ghalihom ix-xefaq hu sfida gdida.

F’Lulju li ghadda kont nidejt il-Premju Anzjan. Dakinnhar konna fid-Day Centre ta’ Had-Dingli. Kien gie fuqi Charles Stroud. Jien u Charles ilna nafu lil xulxin zmien twil. Lili jafni tifel. Lilu nafu bix-xaghar.  Niftakru jghidli “Mar, dawn l-anzjani jiftakru Malta differenti. Taf kemm ghandhom stejjer x’jirrakkuntaw. Se nhalluhom jispiccaw maghhom? Kieku xi hadd jibda jigborhom.”

Dak il-hin iddecidejt li d-diskors tieghi ta’ din is-sena jkun differenti.  Ridt inwassal ftit rakkonti qosra ta’ xi anzjani.   Dawn tal-lum huma biss ftit qtar minn bahar enormi ta’ rakkonti li hemm barra. Nittama li xi darba  jkolli c-cans nimrah aktar f’dan il-bahar mistur.

Mary Jane Micallef Ghawdxija. Ghandha 73 sena. Tiftakar sew it-tragedja tat-30 ta’ Ottubru 1948  meta grupp ta’ Ghawdxin kienu gherqu fil-Fliegu.

Dakinhar kienet faqqghet maltempata. Missierha Karmenu kien jahdem f’Malta ma’ tal-ilma. Kien mar biex jirkeb fuq dak il-luzzu. Izda fl-ahhar minuta rega’ bdielu. Iddecieda li ahjar jistenna l-ajru jikkalma. Fuq dak il-luzzu tal-mewt, kienu salpaw 27 ruh. Minnhom salvaw 4 biss. Meta grat il-grajja Mary Jane kellha biss 9 snin.  Imma xorta ghadha tiftakar lil ommha diehla u hierga  d-dar bla sabar. Tistenna fuq ix-xwiek. Lilha u lil hutha kienu satrulhom kollox. Imma anki ta’ tfal li kienu xorta indunaw li  grat xi haga serja.

Mary Jane wiccha jixghel meta tirrakkonta l-wasla ta’ missierha. Dak iz-zmien ftit kien hawn mezzi ta’ komunikazzjoni. Mhux bhal lum l-ahbar tinxtered f’hakka t’ghajn.  Wara l-gharqa tal-luzzu ma kienu semghu xejn dwar missierha.  Anzi isem Karmenu kien digà hareg mal-lista tal-mejtin. Missierha kien wasal id-dar l-ghada tat-tragedja.  Hekk kif rifes il-bieb tad-dar taghhom hi, hutha u ommha taru fi hdanu. Dakinhar id-dmugh ma waqafx igelben. Kien dmugh ta’ ferh. Mary Jane tghidli li lil missierha kulhadd  kien hasbu mejjet. Tant hu hekk li meta tfacca lura Ghawdex kien hemm min twerwer ghax hasbu li kien fatat.                         

Qaltli  li missierha kien habib intimu ta’ Dun Gorg Preca. Dun Gorg kien assigurah li anki li kieku tela’ fuq dak il-luzzu xorta wahda kien isalva mill-gharqa. Dan minhabba domna mirakoluza li darba kien tah Dun Gorg.                             

Intant ix-xjuh illum ma ghadhomx jiskantaw bit-teknologija. Kif kienet ghamlet in-nanna fil-poezija ta’ Gorg Pisani li kienet staghgbet mhux ftit bid-dark room tal-fotografu. Tant li kollha skantata kienet staqsiet lil fotografu “mela jahasra int kontra d-dinja. Dan kif jista’ jkun li fid-dlam tahdem ahjar?”

Mari Carm Busuttill ghandha 86 sena. Niddikjara mill-ewwel l-interessi tieghi. Mari Carm tigi omm il-mara tieghi Rose. Nistqarr li hija wahda mill-aktar nisa impressjonanti li ltqajt maghhom f’hajti. Mari Carm hija omm ta’ 8. Nanna ta’ 17. Buznanna ta 7. Hajjitha kienet bhal hafna ta’ imparaha. Daqet il-gwerra. Trabbiet f’familji kbar. Kellhom ir-raba’.  Kienu jrabbu xi annimali. Kienu familji fejn il-valuri tabilhaqq sabu art ghammiela.  

M’Carm tiftakar sew it-Tieni Gwerra Dinjija. Fl-ewwel jum tal-gwerra marret ghall-quddiesa tal-5:30 a.m. Il-kappillan ta’ Hal Kirkop habbrilhom li l-gwerra kienet bdiet. “L-Italja marret kontra taghna,” kien qallilhom il-kappillan b’lehen miksur.  Ghall-habta tas-7:00 a.m. Mari Carm kienet fi triqietha lejn l-ghalqa tal-familja. Hin minnhom rat assalt fuq n-naha tal-Kottonera.  Kienet xena tal-wahx.  Ajruplani jitajru fil-baxx. Bombi. Duhhan. Meta rat hekk bezghet. Daret lura lejn id-dar.

Fit-triq iltaqghet ma’ Gannina il-kugina t’ommha.  B’rassenjazzjoni li twerwrek Gannina widbitha “Ghalfejn qed tghaggel? Din l-ghaggla kollha ghalfejn. Mhux dalwaqt se jaqbduna u joqtluna.” Filghaxija l-Kappillan Inguanez gabar il-Koppin kollha madwar l-altar. Tahom l-assoluzjoni u qarbinhom. U marru d-dar rassenjati.  Jistennew it-tmiem.

Ghall-bidu bhall-bqija tal-Maltin, ma kellhomx xelter fejn jistkennu mill-bombi tal-gwerra. Kien hemm min kien jemmen li bizzejjed tidhol taht il-mejda. Jew tmur tistkenn fil-knisja. Meta jdoqq l-air raid, Mari Carm tiftakar li kienu jidhlu taht karettun mghobbi bit-tiben. “Qiesna bejta grieden,” tispjegali.

Maz-zmien, kienu hafru xelter fil-blat. Dik il-habta s-sirena kienet tiddeciedi d-destin tal-bnedmin. It-twerdin taghha kien avviz li l-mewt kienet riesqa. Minn hemm kienet tibda girja sfrenata bejn il-hajja u l-mewt. Imhatra bejniethom min se jilhaq l-ewwel. Ghal uhud kienet tirbah il-hajja. U ghal ohrajn kienet tasal l-ewwel il-mewt.

 
Mari Carm tghidilna li huma kienu jghixu fuq u l-annimali isfel.  Tiftakar li n-nanna taghha  kienet ta’ kull filghodu tahleb il-moghoz imbaghad tibaghtha bil-halib frisk ghand il-kappillan.

Fl-antik lanqas telefown id-dar ma kellhom. Mari Carm kellha zewgt uliedha jghixu l-Amerika. Biex ikellmuhom, uliedha kienu jcemplu l-ghassa tal-Pulizija. U terga’  mhux ta’ spiss. Aktarx kienet tkun xi okkazjoni specjali. Il-pulizija kien jmur d-dar javzahom minn gurnata qabel. U l-ghada, Mari Carm, zewgha Ninu u s-sitt uliedha l-ohra kienu jhabirku f’purcissjoni shiha lejn l-Ghassa tal-Pulizija. Aktarx li kienet tkun telefonata ta’ ftit minuti. Telefonata li ghalkemm tant mistennija kienet terga’ tiftah berah il-ferita tal-firda. Terga’ tikkarga n-niket ta’ omm mifruda minn uliedha. U Mari Carm kienet tohrog mill-ghassa tibki u tolfoq.  

 
Illum fadlilha tifel imsiefer. Ta’ kuljum  M’Carm ghandha appuntament importanti.  Li ma titilfu qatt. Fl-4 p.m. tixghel il-computer.  U bl-Iskype iccempel lil binha Nardu l-Amerika.

Lina Brockdorff hija anzjana ta’ 82 sena.  Hija ex-ghalliema u awtrici maghrufa u mahbuba. Kitbet diversi novelli u rumanzi. Lina ghandha awtobijografija impressjonanti ta’ volontarjat. B’soghba tistqarr li llum kellha tnaqqas ftit mill-impenji minhabba li riglejha jugughha.

Wara li rabbiet familja Lina ddedikat hajjitha ghal haddiehor. Nahseb l-ahjar mhux nghidu x’ghamlet Lina. Imma x’ma ghamlitx. Hija ministru tat-tqarbin fil-parrocca tal-Ibrag. Tohrog tqarben lill-morda fid-djar. Tipprepara lill-genituri ghall-maghmudija. Involuta fit-Terzjarji Frangiskani.  Kellha programmi fuq ir-radju. Serviet bhala President tal-Ghaqda Lettararja Maltija. Tghin lill-komunità barranija li tghix Malta. Kienet tghallem il-Katekizmu. Imma mhux biss. Wara li rtirat Lina regghet bdiet tistudja. Gabet il-Bacellerat fit-Teologija meta kellha 68 sena. U ta’ 72 sena gabet il-Masters.

 Lina ghadha tikteb. Tistqarr li l-kitba taghtiha l-imbuttatura biex tkompli tinnamra mal-hajja. L-ahhar zewg kotba li ppublikat kienu Intermezz li hu gabra ta’ novelli u r-rumanz Kastell ghall-Klara.  Bhalissa ghadha kif spiccat tikteb rumanz gdid “Mal-Fwieha tal-Ward.”

Lina temmet tghidli “Nammetti tafx jigu waqtiet li nhoss il-piz tax-xjuhija jaghfas.   Imma l-fidi tieghi twennisni u tghinni biex inkompli  interraq fit-triq imtarga tal-hajja.”

 Xtaqt inlaqqghakom ma’ Toni Saliba. Toni ghandu 74 sena.  Jinzel b’tal-linja mill-Mellieha ghal Hal Far biex imur jghin lill-haddiema tal-Protezzjoni Civili.  Il-haddiema tal-Protezzjoni Civili jsibuh bhala “in-nannu Ton.”  Meta jkunu msejha fuq emergenza, in-Nannu Ton jmur maghhom bhala voluntier.   Wahda mill-ikbar esperjenza tieghu kienet meta ghen lill-vittmi tan-Naxxar. Kien il-jum tat-12 ta’ Marzu 2008. Malta kollha kienet inhasdet bi spluzjoni kbira. Kien sploda loghob tan-nar mahdum  illegalment f’garaxx. Dakinnhar, in-Nannu Ton kien min ta’ quddiem. Anki jekk il-periklu ma kienx zghir. 

In-Nannu Ton hu maghruf ukoll fic-centru ta’ matul il-Jum tal-Mellieha. Anki hemm imur jaghti daqqa t’id.  U erhilu  jqandel u jimbotta s-siggijiet tar-roti. In-nannu Ton ghandu tbissima lesta ghal kulhadd. Tbissima simpatika li kapaci tholl anki l-ehrex qalb.  

Pawlu Saliba ghandu 79 sena. Hu Zejtuni mimli bl-ghomor u moghni bl-gherf. Ta’ kuljum, xemx u xita,  issibu fir-razzett li ghandu f’Wied iz-Ziju fiz-Zejtun. Pawlu hu l-uniku rahhal li baqa’ jrabbi l-baqra Maltija.  Qabel kull bidwi kien ikollu l-baqra Maltija. Baqra b’sahhitha hafna. Il-bdiewa kienu juzawha biex jahartu r-raba’ biha. “Imma  llum postha hadha t-“traktor,” qalli Pawlu.  U l-baqra Maltija spiccat imwarba. Bdiet tmut mewta naturali. Pawlu baqa’ l-uniku bidwi li baqa’ fidil lejn il-baqra Maltija. Wara li qdietu ghal tant snin ma riedx jichadha. Anki jekk uzu ghaliha issa ma kellux.

Pawlu kellu l-ahhar tliet baqriet Maltin li kien fadal f’Malta. Il-problema kienet li ma kienx fadal barri ta’ din razza Maltija. Hawn kien hemm bzonn li tidhol ix-Xjenza. Dahal biex jghin il-Professur Mark Brincat li hu Konsulent u l-Kap tal-Obstetrija fl-Isptar Mater Dei. U r-razzett umli ta’ Pawlu f’daqqa wahda sar laboratorju. U Pawlu minn rahhal semplici intefa’ b’ruhu u gismu jahdem max-xjentist biex isalva din ir-razza.

L-ewwel ma sar kien li ingiebet zerriegha iffrizata ta’ barri mill-Italja biex tpoggiet fil-baqra Maltija.  Minn dan l-esperiment twieled ghogol li kien biss 50% tar-razza Maltija. Il-Professur Brincat assitiet minn Pawlu ma qatghux qalbhom. Komplew bl-esperimenti. It-tieni ghogol li twieled fir-razzett ta’ Pawlu kellu 75 % mill-ghogol Malti. Wara bosta tentattivi, fl-ahhar twieled ghogol li kellu 98% mill-ghogol Malti.  Fuq Pawlu, il-Professur Brincat qalli hekk, “Pawlu fis-skiet tieghu ta hafna lil pajjizu.  Kieku ma kienx ghall-inizjattiva l-impenn u d-dedikazzjoni tieghu, kieku llum l-baqra Maltija spiccat darba ghal dejjem minn pajjizna.” 

Kumbinazzjoni l-esperiment li l-Professur Brincat u Pawlu ghamlu b’success fir-razzett ta’ Wied iz-Ziju, 17 il-sena ilu,  bhalissa qed issir bi prominenza kbira fl-Olanda.

Il-familja ta’ Pawlu ghandha wkoll barriera. Jiftakar kif ix-xoghol fil-barriera inbidel. Pawlu ghadu sallum jiehu hsieb meta jigu biex jaghmlu l-furnelli biex itajru l-blat.

Qalli, “Qabel il-porvli konna nixtruh mill-Gudja minghand ta’ Zokrin.  Taghmel furnella u tnizzilha erba’ piedi jew hamsa bl-idejn. Il-furnella tittaqqab bl-istampa. Imbaghad tghid isma’ din tiflah zewg bottijiet porvli. Kont tnizzel in-nicca got-toqba. Imbaghad tahraq in-nicca u titlaq tigri kemm tiflah.”

Pawlu jiftakar zmien meta l-konkos ma kienx jezisti. “Iz-zrar konna nkissruh bl-imtieraq tal-inkulmar dik il-habta.  Konna naghmlu x-xorok u n-nisa jbaltu. Kollox kien jingarr bil-bhima fil-kaxxa  tal-jarda.”     

Pawlu ghadu sal-lum jaghmel l-irkotta l-antika. “Nehilbu n-naghgiet u jkun hemm xi zewg moghziet u gieli kelli xi erha ukoll.  Kull erba’ kratac halib naghmlu kartocc ilma bahar. U dejjem inhawdu go borma kbira.  Imbaghad nitfghu fil-passatur u nitfghuhom gol-qwieleb.”

Jispjegali li l-gbejniet jitfghulhom il-qtar li jghaqqad il-halib. U johrog ix-xorox u jaghmluhom go qwieleb zghar. Jghidli li llum hawn il-pinnoli li jghaqqdu kollox. “Ma nufx, ma nufx kif sirna. Kullox modern. U kollox malajr. Taf x’inhi l-problema hadd ma fadallu pacenzja jistenna llum”. U Pawlu jitbissem. Tbissima wahda li tghid storja shiha.     

Biex naghlaq irrid nghid li dawn ir-rakkonti ta’ dawn l-anzjani huma biss ritratt umli tax-xjuh taghna.  Hemm barra hemm tant u tant anzjani. Kollha ghandhom l-istorja taghhom. Imma l-istorja ta’ dawn l-anzjani hija differenti minn dak li naqraw fil-kotba akkademici.  Ghax kull storja ta’ kull anzjan hija maghguna bl-emozzjoni, bl-gharaq ta’ xbinu, bid-dmugh tan-niket u l-biki tal-ferh, bl-inzul u tlugh li taf toffri l-hajja. Kull storja hija storja ta’ bniedem. Ta’ familja. Ta’ rahhal. Minsuga flimkien dawn l-istejjer huma l-istorja ta’ pajjizna.

Nittama li dawn il-ftit esperjenza jghinuna biex napprezzaw ferm aktar lill-anzjani taghna. U l-wirt kbir li dawn ix-xjuh igorru maghhom. Ghax dawn huma nies li ggarfu, garbu, tghallmu u ghallmu. Nies ghonja mhux tant ghal dak li ghandhom. Imma l-aktar ghal dak li jafu. Ghal li tghallmu minghand l-aqwa ghalliem tal-hajja – iz-zmien.                

Dan tal-lum hu premju lix-xjuhija. Imma dan hu wkoll premju li jrid jaghti gieh lill-valuri li l-bniedem tal-lum sfortunatment qed jaghzel li jiskarta. Ghax kemm hu facli li fil-hajja tal-lum titlef il-boxxla. U tingarr mal-kurrent. Ghax il-moda llum ma tajritx biss l-ghonella jew it-terha ta’ dari.  Imma garret maghha ukoll hafna mill-valuri.  Huma l-valuri li x-xjuh taghna ghadhom sallum jghozzu u jhaddnu. Ghax il-valuri mhumiex tradizzjoni.  Lanqas huma bcejjec antiki f’xi muzew tal-folklor. Il-valuri huma l-ghodda.  Li fid-dalma ta’ grigalta kapaci jwassluk ghall-wens tal-port.

Dawn il-valuri la ssibhom fuq l-internet. Wisq anqas fuq il-Facebook.

Minflok  fittixhom fix-xjuh taghna. U ssibhom. Wara l-kantuniera hemm xih. Ghandu storja xi jghidlek. Ghandu taghlima x’jaghtik. Fittxu mhux tiskartah.

No comments:

Post a Comment