Thursday, 11 October 2012

Messaġġ għal Jum is-Saħħa Mentali 10 ta' Ottubru 2012


L-10 ta’ Ottubru hija l-ġurnata magħżula mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa biex tkattar l-għarfien dwar is-saħħa mentali. It-tema magħżula għal din is-sena hija “Id-Dipressjoni: Kriżi Globali.”

Il-mard mentali bħad-dipressjoni u l-ansjetà, hu komuni ħafna u qed jiżdied. Huwa stmat li madwar 350 miljun persuna fid-dinja qed ibatu mid-dipressjoni. L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa qed tbassar li sas-sena 2025 id-dipressjoni se tkun l-aktar marda komuni u li se tiżboq saħansitra l-mard tal-qalb, id-dijabetè u l-kanċer.

Hemm diversi fatturi għaliex id-dipressjoni qed tiżdied. Fost l-oħrajn hemm l-ħajja mgħaġġla u aktar stressanti li  qegħdin ngħixu fiha. Hemm ukoll fatturi soċjali bħal tkissir tal-familji.

Id-dipressjoni taffettwa kull strata tas-soċjetà. Kulħadd jista’ jbati minn problema ta’ saħħa mentali.  lIlum qed naraw din il-kundizzjoni tiżdied anki fost it-tfal u l-adolexxenti.

Id-dipressjoni ma taffetwax biss is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja ta’ min ikun marid. Imma taffettwa wkoll lill-familja tieghu. Hu importanti li kemm jista’ jkun l-kura għad-dipressjoni tkun bikrija.  Id-dipressjoni tista’ titfejjaq. Għalkemm teżisti kura, hija ħasra li kważi 70 fil-mija tan-nies li jbatu mid-dipressjoni ma jmorrux għall-kura. Dan minħabba li jibżgħu li jiġu ttimbrati. Jew iġġudikati.  Sfortuntament għad hawn ħafna stigma fejn jidħol il-mard mentali. Għad hawn nies li jaħsbu li jistgħu jgħajru lil ħaddieħor bil-mard mentali. Dan l-aġir ikompli jżid it-tbatija għal min hu għaddej minn problema ta’ saħħa mentali.

Is-sintomi tad-dipressjoni huma varji u jinkludu fost l-oħrajn:

·      Swied ta’ qalb kontinwu jew biki bla raġuni

·      Diffikultà biex torqod u qawmien kmieni wisq jew tard filgħodu

·      Apatija u għejja kbira

·      Nuqqas ta’ interess fil-ħajja

·      Nuqqas ta’ interess fl-ikel jew inkella konsum żejjed tal-ikel

·      Aġitazzjoni jew rabja bla raġuni

·      Diffikultà biex tieħu deċiżjoni

·      Ma tibqax kapaċi tiffaċċja ċerti affarijiet

·      Tħossok għajjien f’ċertu ħinijiet tal-jum l-iktar filgħodu

·      Sentimenti ta’ qtigħ il-qalb

·      Nuqqas ta’ fiduċja fik innifsek

·      Tevita li tiltaqa’ ma’ ħaddieħor u tippreferi toqgħad waħdek

·      Nuqqas ta’ aptit sesswali

·      Ħsibijiet li tweġġa’ lilek innifsek jew ta’ suwiċidju.

Id-dipressjoni tista’ titfejjaq jekk wieħed ifittex il-kura. Għalhekk inħeġġeg lil kull min qed ibati jew jaħseb li jbati mid-dipressjoni jew bi problemi oħra ta’ saħħa mentali biex jersaq għall-kura mit-tabib tal-familja tiegħu jew miċ-ċentri tas-saħħa. F’dawn l-aħħar snin tferrxu ħafna servizzi fil-komunità għall-problemi ta’saħħa mentali.

Irrid nerġa’ nagħmliha ċara li mhu l-ebda diżunur li tfittex il-parir profesjonali ta’ psikjatra. Għandu jistħi mhux min jfittex l-għajnuna għall-problema ta’ saħħa mentali. Imma għandu jistħi min jipprova jweġġa’ u jirredikola lil min għadda jew għaddej minn problema ta’saħħa mentali.

Pass għaqli bħal dan mhux biss ifisser kura u dipressjoni imma kwalità tal-ħajja aħjar għalih/a u għall-familja tiegħu. Il-pubbliku jista’ wkoll iċempel lis-servizz tas-saħħa mentali fil-komunità fuq 2340 4329 għal iktar tagħrif dwar il-kura għad-dipressjoni u d-diversi servizzi offruti mis-setttur pubbliku għal min qed ibati minn xi mard mentali. 

 


 

 

Nota

Dawn huma xi numri tat-telefowns li jistgħu jkunu ta’ għajnuna għall-pubbliku: 

 

Community Mental Health Clinics
 
 
Cospicuia Health Clinic
21662088 / 23972330 / 21675492
Qormi Health Clinic
21441317
Paola Health Clinic
21821566
Floriana Health Clinic
21220454
Mtarfa Health Clinic
21454917 / 21456758
Kirkop Health Clinic
21649705
Psychatric Out Ptients
25456930
Roaming Team
21415985
Crisis Intervantion Team
25453950
Outreach Team 1
23304260
Outreach Team 2
23304259
 
 
Community Day Centres
 
 
Cospicua Day Centre
21804996
Qormi Day Centre
21487089
Paola Day Centre
21665727
Floriana Day Centre
21220955
Zejtun Day Centre
21820263

No comments:

Post a Comment