Monday, 17 December 2012

Cirasa 14.12.2012


Lets go for it

Tlaqna. Tigrija ghat-telgħa. Imma nistghu naslu. Din l-elezzjoni jehtieg nirbhuha.  Dak li ksibna nistghu facilment nitilfuh. Muscat m’ghandux pjan. Qed iwieghed bl-addocc. Irid jidhak bik. Jinteressah biss li jisraq il-vot tieghek. Il-weghdiet tieghu jiswew miljuni kbar. Biex iwettaqhom irid jaghmel taxxxi godda. Jekk ikun Prim Ministru biex jaghmel tajjeb ghall-weghdi li qed jamel lil haddiehor ikollok thallas int.

Mal-Partit Nazzjonalista taf fejn int. Minkejja l-problemi u l-krizi finanzjarja li hezzet lid-dinja bqajna ghaddejjin. Ksibna r-rizultati. Ghadna x’nuru.

Muscat irresponsabbli. L-interess tieghu hu li jaqta xewqtu. Jilhaq l-izghar Prim Minsitru.  Kif se jmexxi l-pajjiz ma jafx. Jahtar bhala ministri l-istess nies li meta kienu fil-poter gabuna gharkopptejna. Dak li ghandna nistghu nitilfuh. Mhux biss ma nibqghux nimxu l quddiem. Imma mmorru lura.

Ejja nkunu kburin li ahna Nazzjonalisti. Ghandna storja sabiha x’nirrakkontaw.

 
Simon Busuttil

 Kelli laqgha tajba hafna mal-Vici Kap Simon Busuttil. Nistqarr li lil Simon Busuttil ma kontx nafu bizzejjed. Nafu bhala Membru Parlamentari Ewropew.  Konna niltaqghu. Nitkellmu imma rari fit-tul. Kont narah bhala MEP tajjeb hafna. Anzi eccellenti. Fix-xena politika lokali Simon kien materjal puttost gdid. Simon qed jaghmel bicca xoghol tajba. Qed jiltaqa ma hafna nies. Inkluz dawk li ghal xi raguni kienu tbieghdu mill-partit. Gab entuzjazmu gdid fil-Partit. Hu bniedem umli, accessibli u saqajh mal-art.  Simon issa ntefa b’ruhu u gismu jahdem fil-Partit. Jitkellem  car b’messagg li jifthiem.

Awguri Simon.

Zball

Mela konna ghall-ikla tal-Milied tal-kazin PN ta’ Wied il-Ghajn. Kien hemm gost. Hdejja gie t-Tabib Stephen Spiteri. Bhas-soltu wasal tard hafna. Mela hin minnhom Stephen dahal it-toilet. George tal-Brighton qalli “Dak fejn ix-xjaten dahal. Dak ma ndunax u dahal fit-toilet tan-nisa.   Wara ftit fit-toilet dahlet mara. Regghet harget wara ftit. Dehret mifxula u mahsuda. Fl-ahhar hareg Stephen Spiteri frisk daqs hassa.

Zball jiehdu kulhadd. Imma milli jidher Stephen kompla ghaffigha. Stephen ma ndunax li kien hu li dahal fit-toilet tan-nisa. U x’hin fit-toilet dahlet il-mara Stephen haseb li l-izball kienet haditu l-mara. Il-mara nhasdet x’hin rat lil Stpehen ma wiccha.  Stephen qallha “Sinjura hawn dhalt hazin. Dan it-toilet tal-irgiel.” Il-mara gharfitu. Miksura wegibitu “Skuzani Dott. Skuzani hafna. Kont aljenata.” Stephen b’dak il-lehen kalm tieghu qallilha “Le ma gara xejn. Mhux kulhadd jizbalja.  Mur hi u idhol faccata.

U baghatha fit-toilet tal-irgiel.

Vot li tak bis-Sieq



Fil-vot dwar il-budget, il-Partit Laburista vvota kontra tiegħek. Tak bis-sieq.  Ivvota biss favur l-ambizzjoni ta’ Joe Muscat biex jilħaq Prim Ministru.

Il-vot fisser li l-bosta incentivi pożittivi li fih il-budget ma jistgħux jinataw.

Muscat ivvota kontra l-interess tal-anzjani u l-familji. Kontra l-ħaddiema, u s-self employed. Kontra min se jixtri l-ewwel dar tiegħu. Kontra min se jgawdi min-nuqqas fl-income tax.

Ara l-Italja ħadmu mod ieħor. Għażlu lin-nies. Fl-Italja l-gvern ta' Mario Monti tilef il-fiduċja tal-akbar partit fil-Parlament. Safrattant dak il-partit se jivvota favur il-budget ta' Monti.

Dik ir-responsabbilta' u l-irġulija. 

Il-Labour progressiv ta bis-sieq lin-nies.

Friday, 7 December 2012

Cirasa 7 ta' Dicembru 2012


Ghada Niltaqghu

Ghada s-Sibt ghandi reciviment ghall-kostitwenti tat-tielet distrett. Se jsir il-Garden of Eden, iz-Zurrieq. Min jista’ jattendi niehu gost niltaqghu.

Gudja – 5/12/86

Nhar l-Erbgha 5 ta’ Dicembru Joe Muscat kien qed jwiegeb ghall-budget fil-Parlament. Kumbinazzjoni dakinnhar kien jahbat is-26 anniversarju minn meta nqatel Raymond Caruana fil-Kazin Nazzjonalista tal-Gudja.  Nhar l-Erbgha Joe Muscat kien imdawwar b’deputati Laburisti li 26 sena ilu meta nqatel Raymond kienu jew ministri. Jew inkella kellhom kariga gholja fil-Partit Laburista.

Muscat lil dawn irid jerga’ jaghmilhom ministri.

Ma kienx Injam 

Nhar l-Erbgha mort nippostja ftit zkuk ghall-fireplace. Fil-bitha ghandi shed ghall-injam.  Ma’ Rose jkolli kemm ikolli injam qatt m’ghandi bizzejjed. Meta tkun il-kesha  kemm issib tahraq.  Is-shed kien mimli. Allura tlajt fuqu biex nippostja fuq is-saqaf tieghu.

Nahseb li zzerzqu z-zkuk bija. U waqajt xi nofs sular b’tisbita. Weggajt dahri. Ma stajtx nimxi. Aktar kemm beda jghaddi hin aktar beda jaghfas l-ugigh.

Fl-ahhar ghamlu sew il-pilloli tal-ugigh.  

Maratona z-Zejtun

Ghada s-Sibt fl-10am, in-Nursery taz-Zejtun Cornthians se jorganizzaw maratonna tal-football. Se jingabru flus ghall-Istrina. Se ssir fil-ground tal-Junior Lyceum iz-Zejtun. Jien kelli nilghab ma’ shabi l-membri parlamentari. Imma wara  l-waqgha li waqajt kelli nirtira.  Inheggeg lil min jista’ biex jattendi. It-tfal zgur jiehdu gost.

Sergio

Dil-gimgha konna l-ufficcju. Kien dalam. Sergio il-Communications Officer gie biex jitlaq. Ic-cwievet ma sabhomx. Minbarra c-cwievet tal-ufficcju kellu tad-dar.  Beda jwahhal f’kulhadd. Lili beda jixlini li ccajtajtlu mac-cwievet. Mhux il-kaz. Did-darba kont innoncenti.  Imbaghad beda jwahhal f’kull min kien hemm l-ufficcju.

Hadd minna ma kien messlu c-cwievet. Meta xbajna nisimghu qrid iddecidejna li nghinuh ifittex. Beda jaccertana li kien halliehom fis-serratura tal-bieb tal-ufficcju. Fittixna kullimkien. Ghal darba tnejn. Imma dawn l-imberkin cwievet ma nsatbu imkien. Il-bieb tal-ufficcju tieghu kien maghluq. Bdejna nahsbu li kien sakkarhom fl-ufficcju. Ilmaht it-tieqa tal-ufficcju tieghu miftuha. Qbizt mit-tieqa biex nara kinux gol-ufficcju. Ma kinux.

Wara xi nofs siegha infittxu Sergio iddecieda li ahjar jinforma lil mara bit-telfa tac-cwievet. Cempel id-dar. Imbaghad bil-kalma kollha qallilna “Ic-cwievet id-dar qedghin. Insejthom warajja.”

 Mela nofs siegha jaccertana li cwievet hallihom fis-serratura tal-bieb tal-ufficcju. Nofs siegha jixlina. Nofs siegha infittxu. Biex wara kollox ic-cwievet kien hallihom warajh id-dar.

Kif tista ma tibghatux isaqqi …. l-hass tal-Marsa.

Sunday, 2 December 2012


Joe Muscat ilu snin twal involut fil-politika. Xi ħaġa li spikkat kienet li dejjem tana pariri ħżiena. Riedna ma nidħlux fl-Unjoni Ewropea. Riedna ma ndaħħlux l-ewro. Riedna ma nġibux il-linji tal-ajru low cost. Riedna  nadottaw il-politika tal-Gvern Ċiprijott. Politika li falliet. Politika li tefgħet lil Ċipru fil-miżerja.

F’diskors li għamel fil-Parlament fl-1 ta’ Novembru 2010, Muscat attakka lill-Prim Ministru u qal “Lawrence Gonzi lanqas huwa kapaċi daqs il-mexxejja ta’ pajjiżi kompetituri tagħna. Ħudu l-gżira ta’ Ċipru, li daħlu fl-Unjoni Ewropea u fl-Ewro bħalna. Iċ-Ċiprijotti, bil-kriżi internazzjonali b’ kollox, qabżu ’l quddiem.

Kieku Lawrence Gonzi sema’ minn Muscat kieku llum qed tbati int. Il-każ ta’ Ċipru hu prova li bil-poter f’idejh, Muscat jieħu deċiżjonijiet ħżiena u jwassal biex Malta jkollha titlob l-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni Ewropea. Muscat kien jumilja lil Malta u lilek. U lilek kien jimlik bit-taxxi.

Ċipru spiċċaw biex żiedu l-VAT għal 17%. Għolla t-taxxa fuq id-dħul minn 30% għal 35%. Żied it-taxxa fuq l-interessi fuq il-kontijiet depożitati fil-banek għal 20%. Daħħal taxxa fuq id-dħul tal-impjegati, is-self employed u l-pensjonati li jirċievu pensjoni mill-privat.

F’Malta, taħt Lawrence Gonzi, minkejja l-kriżi ekonomika u finanzjarja internazzjonali, ma kellniex bżonn mezzi ta’ awsterità. 

Bid-deċiżjonijiet li ħa l-Prim Ministru Lawrence Gonzi, l-impjiegi baqgħu jiżdiedu, l-ekonomija baqgħet tikber, l-iżbilanċ kompla jonqos u l-investiment kompla jiżdied.

Ċipru storja oħra. Naqas ix-xogħol u żdied il-qgħad. L-ekonomija Ċiprijotta qed tiċkien.

Muscat b’sensiela ta’ pariri ħżiena. Tul is-snin li ilu fil-Partit Laburista ħa diversi pożizzjonijiet żbaljati. Muscat jagħżel ħażin u tbati int.

Cirasa 30.11.2012


Mill-budget…
L-ghazliet li ghamilna mhux dejjem kienu popolari. Imma dejjem fittixna li nkunu responsabbli. Fl-Ewropa, gvernijiet ohrajn  ghazlu li jkunu popolari. U spiccaw fallew lil pajjizhom. Issa qed ikollhom jaddottaw mizuri iebsa. Fosthom tnaqqis fil-pagi, fil-pensjonijiet. Tnaqqis fis-servizzi socjali u fis-sahha.  Sadattant l-Unjoni Ewropea qed tbassar li din is-sena l-ekonomija Ewropea se tkompli ticken din is-sena. Se jkomplu jintilfu eluf ta’ impjiegi. Imma f’Malta l-ekonomija se tkompli tikber. Tabilhaqq fl-Ewropa qed jikber il-qghad. U f’Malta qed jirnexxilna noholqu x-xoghol.

Dawn ir-rizultati ma gewx b’kumbinazzjoni. Imma huma rizultat tal-ghazliet serji li ghamilna. Ghax li tkun popolari facli. Ma tridx wisq gherf. Imma fl-ahhar mill-ahhar huma biss l-ghazliet difficli u responsabbli li jassiguraw futur sod ghal pajjizna.

F’dan il-budget ghazilna li nkattru x-xoghol. Ghazilna li ninvestu fl-edukazzjoni. Ghazilna li ninvestu fil-familji taghna. Fl-anzjani taghna. Fis-sahha tal-poplu taghna.

Maghna taf fejn int. Fl-elezzjoni li gejja afda lil min taf. Lil min kiseb ir-rizultati.

Muscat jurik id-debba. U jqabbizzlek il-hmara.    

Gilard
Din il-gimgha halliena Gilard.  Iz-Zejtun konna nsibuh bhala Gilard tal-pitrolju. Kellu 91 sena.  Dan l-ahhar Gilard kien tilef ghal kollox id-dawl ta’ ghajnejh. Kien jimpressjonani kif kien jimxi d-dar tieghu. U ma jahbat ma’ mkien. Imma mhux biss. Kif tidhol ghandu minn lehnek kien jinduna min int. Mank tilhaq tlissen kelma wahda. Dlonk kien jaghraf min int. Imma Gilard kellu don iehor.  Minkejja li kien tilef id-dawl ta’ ghajnejh kien dejjem jitbissem. Kellu tbissima simpatika li tigbdek lejh.

Is-sliem Gilard. U strieh fil-paci.

Jason
Fil-Cabinet jien inpoggi bejn Clyde Puli u Jason Azzopardi. Haga tal-iskantament, il-kafe tieghi dejjem jispicca mimli zokkor.  Imqar indawwar wicci. U l-kikkra tal-kafe tispicca nofsha zokkor. Jason dejjem ikun pront jghidli “Mhux jien. Xoghol Clyde biex jaqbad ftit mieghek.”   U jien nemmnu. Clyde ihobb jinbex. Imma Jason tifel tajjeb. Kollu qdusija. Jason zgur ma jasalx.   Anzi meta jarani nizbel, Jason ikun pront jikkalmani. “Dak xoghol Clyde biex jaqbad mieghek.”

Nhar it-Tlieta kellna l-Cabinet. Gie l-kafe. Meta mort biex nixorbu indunajt li kien mimli zokkor. Skantajt. Ghax dakinnhar Clyde ma kienx il-Cabinet. Kien skuzat. Min taht il-ghajn nara lil Jason jitbissem. Il-gurdien inqabad wahdu. Mela wara dik il-harsa angelika u innocenti ta’ Jason hemm brikkun ordnat.

Sewwa jghidu “ibza’ mill-kwiet.”

Rita
Din grat vera. Mela oht il-mara Rita kienet ma’ zewgha f’hanut.  Hin minnhom daret lejn ir-ragel u qaltlu “Ara x’kumbinazzjoni Charl. Gol-hanut dahlet ohti Rose” fil-waqt li urietu b’idejha. Charlie hares lejn fejn kienet qed turih u bil-kalma qallha “Rita dik li qed tara mhux ohtok. Dik int stess. Qed tara lilek innifsek gol-mera”.

Friday, 23 November 2012

Cirasa 23 ta' Novembru 2012

Sahha Mentali

Dil-gimgha introducejt il-ligi tas-Sahha Mentali fil-Parlament. Din hija ligi importanti.  Ghax se tbiddel mill-qiegh il-mod kif nipprovdu l-kura tas-Sahha Mentali. Hija ligi li se taghti hafna dritttijiet lill-pazjenti bi problemi tas-Sahha Mentali.  Huwa abboz li ilu hafna jinhema. Li dwaru ghamilna konsultazzjoni wiesgha.  Sincerament nemmen li ghandna ligi tajba. Li se taghti aktar dinjità lill-pazjenti bi problemi tas-sahha mentali.

Kemm ili Segretarju Parlamentari kelli taht ir-responsabbiltà s-sahha mentali. Hu qasam li hu ferm ghal qalbi. Hdimt hafna biex intejbu l-kura ghal dawn il-pazjenti. Frixt is-servizzi fil-komunità ghal dawn il-pazjenti. Illum ghadna erbghin lokalità li ghandhom servizzi fil-komunità. Ftahna day centres ghall-persuni bi problemi tas-Sahha Mentali. Waqqafna l-Crisis Intervention Team ghall-emergenzi ta’ sahha mentali.

Hija hasra li waqt id-dibattitu fil-Parlament l-Oppozizzjoni ghazlet li tkun partiggjanna f’suggett daqstant sensittiv.  Anki s-sahha mentali dawru f’ballun politiku. Immishom jisthu. 

Karmenu Ellul

Karmenu hu inkarigat mill-kcina ta’ San Vincenz de Paul. Ma kontx nafu. Iltqajt mieghu erba snin ilu. Meta inhtart Segretarju Parlamentari. Karmenu jibqa’ jimpresjonani.

Hu bniedem li kif jghid il-Malti hanzir ix-xoghol.  Jidhol ghax-xoghol anki fl-4 ta’ filghodu.  Il-kcina ta’ San Vincenz tipprepara xejn anqas minn 2800 ikla kuljum. Apparti l-ikel ta’ San Vincez jippreparaw ukoll il-meals on wheels. Ghadni niftakar meta ttiehdet d-decizjoni li l-Meals on Wheels jibda jsir fil-kcina ta’ San Vincenz. Karmenu mhux talli ma giex bil-problemi. Imma kien pront inkoraggixxa l-istaff tieghu biex jidhlu ghal din l-isfida. Fil-kcina ta’ San Vincenz ghandna team tajjeb hafna. Jaghmlu kollox huma. Inkluz hobz u anki helu.  Isajru tajjeb hafna. U joffru ghazla ta’ ikel tajjeb  lill-anzjani.

L-unika problema li ghandna b’Karmenu hi biex jiehu l-leave tieghu. Kieku jista’ jorqod u jqum il-kcina ta’ San Vincenz.  Hu bniedem li jaghti hafna. U ma jistenna xejn lura.  Darba, Edgar Galea Curmi li jaf sew lil Karmenu Ellul qalli hekk. “Li kieku kellhom jibghatuni fuq gzira zghira f’nofs ta’ bahar u jghiduli li nista’ niehu bniedem wiehed biss mieghi kieku kont niehu lil Karmenu Ellul. Daqshekk nafdah.”

Grazzi Karm lilek u lit-team tieghek tal-Kcina. Qed taghmlu bicca xoghol tajba hafna.

SMS

Is-Sibt li ghadda laghbu l-Manchetser United. Kontra dak li jigri s-soltu l-Manchester United tilfu. Bdew jaslu l-messaggi. Ircivejt messaggi minn siehbi l-Ministru Joe Cassar. Minn George Pullicino. Minn Sammy tal-Lasco. Sahansitra anki l-Avukat Joe Mifsud ta’ TVAM baghtli sms minn barra.

Il-messaggi kienu kkuluriti.  Botti xejn kumplimentuzi. Il-Manchester United tilfu kontra n-Norwich. U dan it-team jilbes gear isfar. Ghalhekk jghidulhom kanarini. Fil-messaggi li rcivejt isemmew hafna l-kanarini. Min jibghatli Tweet Tweet. Min jghidli li se jibda jrabbi l-kanali. Insomma messaggi kollha botti.

Kull messagg li rcivejt wegibtu. U min rega’ baghatli ergajt wegibtu. Wegibt kif kien jixraq. Bla kantunieri. Bl-istint Zejtuni tieghi.

Xtaqt kieku nghidilkom kif wegibthom.  Imma dan id-dejjaq ta’ Editur ma hallinix.

Friday, 16 November 2012

Cirasa 16.11.2012


L-Antibijotici
Illum hu l-jum iddedikat lill-antibijotici.  L-antibijotici huma forsi fost l-aktar skoperti importanti li ghamel il-bniedem. Sa qabel gew skoperti l-antibijotici miljuni ta’ nies kienu jmutu. B’infezzjonijiet.  Operazzjonijiet semplici kienu jfissru sentenza tal-mewt. Ghax il-pazjent aktarx kien imut b’infezzjoni. Fl-1928 gie skopert il-Penicillin. Kien l-ewwel pass. Minn hemm il-bniedem beda jesperimenta. Saru avvanzi kbar. Spiccajna b’antibijotici mill-aktar effettivi. Li kapaci jiggieldu infezzjonijiet differenti.

Imma l-bniedem beda jabbuza minn dawn l-antibijotici. Beda juzahom bl-addocc. Anki fejn ma kienx hemm bzonnhom. Hija prattika mishuta li n-nies jixtru l-antibijotici qieshom qed jixtru l-karawett. U juzawhom meta jridu u ghalkemm iridu. Semplici rih u arana immorru nigru niehdu l-antibijotici. Anki jekk hafna drabi il-mikrobu jkun virus. U l-antibijotici ma jahdmux fuq il-virus. Imma imbasta nibilghu bl-addocc.
Konsegwenza ta’ dan l-abbuz illum diversi mikrobi saru rezistenti ghall-antibiotici. Tant li llum ghandna mikrobi li m’huma sensittivi ghall-ebda antibiotici. Il-mikrobi qeghdin jergghu jirbhu. Hawn min qed jghid li resqin lejn zmien fejn semplici qatgha tista tkun fatali. Tabilhaqq il-bniedem kellu munizzjoni importanti.  U beda jisparah bl-addocc. Hlieh fix-xejn.

Naghmlu tajjeb jekk nibdew napprezzaw ferm aktar l-antibijotici. Nifhmu li jehtieg nuzawhom b’attenzjoni kbira. Nixtruhom b’ricetta . U meta jkunu ordnati biss.   Ta’ kuljum l-antibijotici isalvaw miljuni ta’ hajjiet. Inkunu responsabbli. Nuzawhawhom sew. Ma nahluhomx.

Manchester United

Nhar l-Erbgha kont ma siehbi Jesmond Ferriggi. Konna qed nitkellmu fuq il-football.  Jesmond mal-Juventus. Frahtlu ta kemm sejrin tajjeb il-Juventus. Qabadli fuq il-Manchester United. Bhalissa l-Manchester United ghaddejjin minn fazi stramba. Loghba wara l-ohra jkunu qed jitilfu. Anki 2-0 minn taht. Imbaghad f’nofs siegha jdawru r-rizultat. U minn 2-0 minn taht jispiccaw jirbhu.  
Hin minnhom Jemsond dar fuqi. Bl-akbar serjeta qalli “Mar aghmilli pjacir. Taf il-xi hadd mill-Manchester United kemm nixtieq nixtri ftit shares. Iccekjali x’ghandi naghmel”.  “Shares tal-United?”, staqtsejtu skantat. “Le mhux ezatt. Shares tal-Mulej. Il-Mulej mhux il-major share holder tal-Manchester United Club. Mela kieku mhux ghax il-Mulej maghkom se jirnexxilkom idawru r-rizultati  minn telfa ghar-rebha”.

DJ Jason
Nhar it-Tnejn filghodu siehbi l-Ministru Jason Azzopardi kien fuq TVM. Blehen solenni kien qed jispjega fuq in-negozji z-zghar. Kien ippreprarat. Tkellem bil-fatti f’idejh.

Spicca l-programm. Hu u hiereg mill-PBS ircieva messagg. Messagg li hallieh bla kliem. Kien jghid hekk Ministru qed narak fuq it-television. Prosit. Izommilna kumpanija sabiha. Vera ddoqqilna muzika sabiha. Ghamilli pjacir doqqli wahda ta’ Celentano please.”

Friday, 9 November 2012

Cirasa 9 ta' Novembru 2012


 Fr Rene

Il-Hadd li ghadda z-Zejtun inhasad. Miet il-vici taghna. Ghall-familja  ta’ Dun Rene din mhix l-ewwel tragedja.  Vera nithassar lil ommu. L-ewwel tilfet lil zewgha bi tragedja. Imbaghad lill-kugin ta’ Dun Rene ,it-tabib Salvu Cilia. Li wkoll miet bi tragedja.  Issa lil Dun Rene. Din hija familja li garrbet hafna.
Fr Rene Cilia ħalla marka pożittiva fil-ħajja ta’ bosta nies li ltaqgħu miegħu.  Fi zmien qasir ghamel gid kbir fil-komunita taz-Zejtun.  Iz-Zwieten kienu jhobbuh. Qassis zaghzugh. Habbrieki. Dejjem sejjer.  Kellu tbissima li tittiehed. Meta tkellmu kien jaghtik sens qawwi ta’ serenita.  Dejjem lest biex jgħin. Anki jekk qed tkellmu ghal ewwel draba tinduna li qed tkellem ma’ habib. Kellu natural li jigbdek.  Qatt mhu mghaggel biex jisma’. Kellu widna ghal kulhadd. Specjalment ghall-batut u l-mugugh.  Kellu qassis impenjat ghall-proxxmu tieghu. Il-vangelju kien jghixu. Mhux jipprietkah biss.

Kien jaf jipprietka wkoll. Kien ihobb jibda l-prietka tieghu b’xi storja. Xi cajta ma kinitx tonqos. Meta jipprietka Dun Rene in-nies ma kinitx thares lejn l-arlogg. Il-mewt hesrem ta’ Dun Rene halliet hemda kbira fiz-Zejtun. Vojt kbir li mhu se jimtela qatt. 

Iz-Zwieten tilfu habib kbir.

Cirklu

Nimtela b’rabja meta nisma’ b’cirklu li fih l-annimali. L-annimal mhux mahluq ghac-cirklu. Zgur ma kellux f’mohhu c-cirklu meta Alla halaq it-tigra. Il-kukkudrilli. Il-gemel. U tant annimali slavag ohrajn. Mhux skuza li jinghad li dawn l-annimali ma nqabdux mis-selvagg. Post dawn l-annimali zgur m’huwiex f’gagga. Jew maghluqa f’container. Jivvjaggaw minn pajjiz ghal iehor. Nirrabja kif il-bniedem jahkem fuq hlejjaq ohra. Biex jakkwista hu.

Ic-cirkli bl-annimali jibqghu jezistu ghax ghad hawn n-nies li jmorru jarawhom. Kieku ma kienx hawn domanda ghalihom ma jibqax ikun hawn cirkli bl-annimali.  Jidhirli li l-iskejjel m’ghadhomx jiehdu t-tfal ic-cirklu fejn ikun hemm l-annimali. It-tfal ghandhom jigu mghallma rispett u imhabba lejn l-animali.

Jien ma nmurx f’cirklu fejn hemm l-annimali. Jekk int thobb l-annimali nistiednek biex taghmel l-istess 

Braga

Nhar l-Erbgha fi Braga fil-Portugal kienet qed tintlaghab il-loghba bejn Braga u Manchester United. Loghba importanti tac-Champions League.  Hin minnhom waqt il-loghba mar id-dawl tal-ground. Il-ground spicca fi dlam cappa. Tant li l-loghba kellha tieqaf.
Ezatt kif fil-ground ta’ Braga inqata’ d-dawl ircivejt messagg. Kien jghid hekk “Aqliblu issa fuq is-Super One. Aktarx li se jghidu li hu tort tal-Gvern.”

Monday, 5 November 2012

Joseph Muscat jippika mill-Oppozizzjoni


Illum nistgħu niftaħru li l-Maltin qed jgħixu iktar minn qatt qabel. Dan grazzi għas-servizzi konsistenti li qed noffru jum wara jum.

Għoxrin sena ilu, l-età medja li jgħixu l-irġiel kienet ftit aktar minn 73 sena. Illum l-età medja hi 79 sena. In-nisa 20 sena ilu kellhom life expectancy ta’ 78 sena. Illum jgħixu 83 sena. Dan ma ġarax b’kumbinazzjoni. Hu riżultat tal-investiment li għamilna fil-qasam tas-saħħa.  

Irridu nkomplu ntejbu s-servizzi ta’ rijabilitazzjoni. Rijabilitazzjoni tfisser li inti ma jkollokx bżonn toqgħod l-Isptar Mater Dei. Imma jkollok bżonn tidħol fi sptar tar-rijabilitazzjoni. Dan hu sptar apposta li jgħinnek tirkupra wara marda akuta.  

Il-Gvern iddeċieda li jikri l-isptar St. Philips. Dan l-isptar diġà hu mibni u li jista’ jibda jintuża mill-ewwel għas-servizzi tar-rijabilitazzjoni għal nies ta’ kull età. Il-Gvern innegozja prezz tajjeb kemm għall-kiri kif ukoll jekk għada pitgħada jrid jixtri l-isptar.

Imma l-Oppożizzjoni qed tipprova tħammeġ u tkisser dan il-proġett. Tant m’għandhomx ideat li Joe Muscat u sħabu li qalilna li missna krejna hotel. U nbiddluh fi sptar!

Kien hemm tliet għażliet li l-Gvern kellu quddiemu biex isir Ċentru ta’ Rijabilitazzjoni. Seta’ jibni Ċentru ta’ Rijabilitazzjoni ġdid f’San Vinċenz de Paul; jew jidħol għal refurbishment tal-Isptar San Luqa; jew jikri sptar mill-privat.

Biex jinbena Ċentru Gdid f’San Vinċenz de Paul għal 280 persuna, l-ispiża kienet se tkun €53 miljun.  Biex jiġi rranġat l-Isptar San Luqa għal 280 persuna, l-ispiża kienet se tlaħħaq €40 miljun. Il-prezz negozjat għax-xiri ta’ St Philip’s li se jkun fih spazju għal 110 persuni hu għal €12.4 miljun.

Il-prezz li nnegozja l-Gvern hu €9 miljun anqas mit-talba li għamlu s-sidien l-isptar. B’St. Philips, il-kirja se tiġi €20 kuljum għal kull sodda.

Joe Muscat imma jrid jippika. Bil-pika ta’ Joe Muscat imorru minn taħt dawk li għandhom bżonn il-kura. Muscat hekk jaħdem. Iħassar. Ikisser. Politika antika tal-le biss. Ma joffri xejn.   

Joe Muscat qed jagħmel dan kollu meta għadu fl-Oppożizzjoni! Aħseb u ara la jkun fil-gvern. Joe Muscat hu perikoluż fl-Oppożizzjoni aħseb u ara jekk għada pitgħada jkun fil-gvern. 

Friday, 2 November 2012

Diskors fil-Konfernza ta' MAPN


'Knocking Out - Violence and Aggression in Health Care'
Friday 2 November 2012

 
It is my privilege to address you during this conference on violence and aggression in health care.  I would like to thank MAPN for organising such an important and relevant conference.

Mental health professionals do encounter violence, aggressive and challenging behaviour. Probably the perception is that we encounter much more aggression than we actually do. I fully endorse any measure aimed to protect mental health professionals from any aggression. It is a fact that such incidents are frequently caused by a minority of patients.  There are ways how to effectively minimise such occurrences or to limit the extent and duration of such behaviour.

In fact, earlier this month intensive training was conducted for 14 mental health professionals to acquire internationally-accredited certification in the use of de-escalation techniques for the management of conflict situations. Furthermore, these  persons are now certified trainers.  They will now lead and train all MCH personnel in the use of these techniques in situations of conflict and potential aggression.

This training programme consisted of a theoretical part which focused on verbal de-escalation strategies.  It also included a practical part which focused on the safe, humane and respectful physical techniques which are to be used in situations where physical aggression is present.

These internationally certified methods are tailor-made for the psychiatric setting. This training will continue to consolidate the ever rising standards of care within the Maltese psychiatric facilities.

By going through the programme I have noticed that the subject of aggression towards members of staff will be dealt with in certain detail. So allow me to expose a different perspective to the topic under discussion. I want to give the patient’s perspective on violence and aggression.

I ask you, “Are patients occasionally victims of violence and aggression?” Fortunately instances of violence on patients by health professionals are not a common occurrence.  I can vouch that the vast majority of mental health professionals treat their patients very well and strive to protect them and advocate for their rights.  Very frequently I meet patients who are being treated at Mt Carmel Hospital or clients who are being cared for in the community who come up to me to tell me that they are receiving optimal care. Most of them refer to members of our mental health care professionals as their friends and many, in fact look up to them as their role models.  I commend you for the excellent care that you are giving to our patients.

Yet we cannot ignore the fact that there are instances where mental health patients experience violence and aggression from their relatives, legal guardians and custodians.

As you know, violence is not only physical, psychological or emotional abuse, but also encompasses the violation of one’s fundamental civil and human rights. Such rights are often trampled upon by society through stigma, discrimination and marginalisation.

Even our current mental health act tends to ignore the patients’ rights. In our current legislature the patient has no voice. He has no influence on his care plan.  The patient encounters various barriers to seek readdress when he feels that his/ her rights are jeopardised. The current law is based on the medical model, where only psychiatrists have a role to decide on what is best for the patient. The patient is just a passive recipient of care. Even other health professionals have no legal right to decide on the patient’s welfare – a far cry from the concept of multidisciplinary care.  This archaic legislation is now being revoked and a new act is being enacted.  I hope that will be able to start discussing in Parliament the new Mental Health Act will within a few weeks.

The new act is based on safeguarding human rights. It puts the patient at the core of our activity. It gives an effective voice to the patient to actively participate in his care plan.  Patient participation will now be mandatory. Every patient has a fundamental right to agree and consent to any treatment offered.  Such an approach encourages the patient’s empowerment which consequently very often results in better compliance with treatment.

There are instances where the new act allows withholding of certain rights – such as freedom of communication and free access to one’s records. Such instances need to be sanctioned in writing by the Commissioner for the Promotion of Rights of Persons with Mental Disorders, a new office established by the new act whose main role is the advocacy and safeguarding patients’ rights. The law contemplates only two instances where such sanction is permissible, namely when communication to third parties is a nuisance to the recipient and when access to all information held in our records is detrimental to the patient’s well being.

Another source whereby such client group are often abused and their rights violated are from their relatives or curators. I do not need to give graphic examples of such abuse as I am sure that you are cognisant of such instances.  The new act addresses such abuse.  First of all it gives the right to the patient to appoint a responsible carer to act on his behalf – who is not necessary, the next of kin. This position has been enacted to reflect current social changes. It is also aimed to ascertain the patient’s choice and to do away with the legal responsibilities of the next of kin who may have vested interests not to act in the best interest of the patient.

When curators are appointed by the competent court, the new act is more stringent on the duties and responsibilities of such curators to ensure that patients are not abused nor have their fundamental human rights violated. Curators will now have to seek permission from the commissioner before disposing the assets of the patient to the third parties.  Curators must also submit an income expenditure account with all relevant documents to the Commissioner so to ensure that patients are not deprived from their rightful wealth.

The new act also gives a voice to the children. We often hear about the need to seek children’s views prior to any decision that may affect their welfare. The new Mental Health Act stipulates that in instances where the child is a patient and possesses enough maturity to decide on his own welfare, the health care professionals are duty bound to seek the child’s consent for the treatment plan. This provision aims to minimise the abuse and violation some children suffer in unfortunate instances, where they are used as pawns in dysfunctional families.  

In this conference, you are discussing restrain and seclusion. Whilst such modalities of treatment are necessary in the mental health care sector, I encourage you to explore new techniques to practice more humane treatment, such as chemical against physical restraint. I am confident that restrain and seclusion are used for the patient’s or third party wellbeing, but it is also true that sometimes such systems can be abused. The new act is very explicit with regards to seclusion. It can only be ordered by a clearly authorised doctor. The doctor is obliged to register in the medical file and on a special register the reason for such seclusion and its duration. During seclusion the patient must remain under close supervision of a qualified health professional. The act makes it an offence to peruse seclusion as a punishment.

On a parting note, I encourage you to find a modus operandi to effectively address violence and aggression not solely from the health professional point of view but also from the patient’s perspective.  These practices should be embedded in written management protocols.

Thank you again for organising this conference and for the opportunity to discuss such an important theme.  Your presence here today is a proof of your never failing comitment to continue to deliver the best care possible. We are indeed privilleged to have you on board.

I wish you all a successful conference.