Friday, 29 June 2012

Ċirasa 29 ta' Ġunju 2012

JPO u Jien

Jeffrey Pullicino Orlando ghamel allegazzjoni serja fil-Parlament. Qal li kien hemm ghaxar Membri Parlamentari min-naha tal-Gvern  li tkellmu mieghu. U qalulu li xtaqu jivvutaw biex jitnehha Richard Cachia Caruana.  Baqa jirrifjuta li jsemmi min huma.  

La Jeffrey semma ghaxar deputati tal-Gvern tefa id-dubju fuq kulhadd. Inkluz fuqi. Jien digà iffirmajt dikjarazzjoni li jien qatt ma kelli l-icken hsieb li nivvota favur il-mozzjoni tal-Oppozizzjoni. U kontra Richard Cachia Caruana.  Minn hawn qed nerga nichad.  Qatt ma kelli hsieb nivvota favur il-mozzjoni. Anzi ghedt u ktibt pubblikament li l-vot kontra Richard kien vendetta personali. Decizjoni li minnha se jbati pajjizna.  Richard kien qed jaghmel bicca xoghol eccellenti ghal pajjizna. Hija l-fehma tieghi li minn ivvota kontrieh ghamel vendikazzjoni lil pajjizna.

Ghall-grazzja t’Alla jien bniedem zbukkat. LI jkolli nghid nghidu. M’ghandix bzonn messagiera. Kieku kelli xi haga x’nghid lil Richard Cachia Caruana kont nghidhielu f’wiccu. Zgur ma kontx se ninqeda b’Jeffrey. Mhux gust li nuzaw il-privilegg parlamentari biex nitfghu d-dubju fuq Membri Parlamentari ohrajn.

Jeffrey Pullicino Orlando ghazel li juza l-kumdità tal-Privilegg Parlamentari. Jien qed inwiegeb minn barra l-Parlament. M’ghandix bzonn privileggi. Ghax m’ghandix x’nahbi.

Nazzjonalist u Kburi 

Jien Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Fil-partit dejjem hassejtni komdu. Kemm fil-partit kif ukoll fil-kabinett dejjem sibt il-libertà li nghid dak li nhoss. Minghajr ebda biza. Jien kburi li qed nahdem fit-team tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi. Hu bniedem kapaci. Kalm. Imma assertiv. Jisma lil kulhadd. Ghandu vizjoni. U kapaci jiehu decizjonijiet difficli. Nemmen li nies bhal Lawrence Gonzi lill-politika jaghtuha aktar kredibilità.

Jien tlajt fil-Parlament bil-voti tan-Nazzjonalisti. Sakemm indum haj nibqa nahdem biex il-Partit Laburista ma jkunx fil-Gvern. Ghax meta l-Labour kienu fil-gvern abbuza mill-poter. Wegga lil min ma kienx jaqbel maghhom.

Jien Nazzjonalist miz-Zejtun. U kburi.

Lilly

Smajt ohra tajba fuq Lilly Pullicino “tal-Bux”. Kien zmien il-Milied. Guzu, ir-ragel taghha, talabha tixtrilu plakka tad-dawl.   Lilly marret ghand taz-zebgha. Talbitu plakka ta’ kwalità. Hallsitu u telqet il barra.

Konna ghadna bil-flus l-antiki. X’hin waslet id-dar il-Bux qallha

”Din vera plakka tajba. Vera LM1.75c imma worth it. Ghax plakka tajba.  Lilly kienet pronta qabzet. “Kemm ghedt li hi Guz il-plakka?”

Hawn ghandek miktub fuqha stess, Lm1.75 cents”, irrispondieha Guzi.  Imma  iien 75 cents biss tajtu lil tal-hanut.” wegbitu Lilly.

“Allura ma qallek xejn?” staqsieha Guzi. 

Heqq tajtu is-75 cents u qalli  “il-kumplament.” Heqq jien hsibtu qed jawgurali ghall-Milied. U  kont pront wegibtu lilek u l-familja kollha  habib.  U tlaqt il-barra.”

 Il-Bux kien se jmut bil-misthija.   


Friday, 22 June 2012

Ċirasa 22 ta' Ġunju 2012





CIRASA 220612          

Vendetta

Taht Joseph Muscat l-Oppozizzjoni marret lura. Qed jergghu johorgu fil-berah l-elementi vendikattivi tal-Labour.  L-ahhar wahda kienet il-mozzjoni kontra l-ambaxxatur Richard Cachia Caruana. Jekk mhux sejjer zbaljat din hija l-ewwel darba li ambaxxatur kellu jirrizenja. Wara mozzjoni u attakk personali fuqu mill-Oppozizzjoni.

Tlifna persuna ferm kompetenti. Ta’ esperjenza kbira. F’istituzzjoni daqstant importanti. Bl-agir tal-Labour ma tilifx Richard Cachia Caruana. Imma tilfet Malta. Il-Partit Labuista biex jaqta’ l-ghatx li ghandu ghall-vendetta ghamel l-akbar vendikazzjoni lil pajjizna. Imisshom jisthu.

Dan l-attakk fuq RCC vera kien tal-misthija. Meta kellna mozzjoni biex jitnehha imhallef li ghamel snin ma jidholx ghax-xoghol u baqa’ jiehu l-paga, l-Oppozizzjoni ma ivvutatx biex jitnehha. Imma mbaghad kellha l-wicc tost li tivvota kontra Richard Cachia Caruana. Richard kien strumentali fin-negozjati ghad-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Bhala ambaxxatur, Richard kien qed jaghmel bicca xoghol tajba hafna.

Ta’ min ifakkar li Richard kien ghoddu hallas b’hajtu b’konsegwenza tal-qadi ta dmirijietu. Baqa’ haj ghax Alla kien mieghu. Imma ghandna oppozizzjoni li ghaliha l-vendikazzjoni personali tigi l-ewwel u qabel kollox.  Din il-mozzjoni kellha riha qawwija ta’ vendetta u ingratitudni.

Daphne Caruana Galizia

Fid-dibattitu fuq il-mozzjoni ta’ RCC isemmiet il-gurnalista Daphne Caruana Galizia. L-artikli ta’ Daphne naqrahom. Assolutament ma jaghmilx sens l-argument li Daphne tikteb dak li jghidilha Richard Cachia Caruana. Min jaf lil Daphne jaf li m’hiex it-tip ta’ persuna li se thalli lil min jghidilha x’tikteb. Ghandha mohh ghaliha. U naghmilha rasha iebsa  ukoll. Zgur mhux it-tip li se thalli lil xi hadd jissuggerilha x’tikteb. Jew jghidilha lil min tikkritika. Hija t-tip ta’ gurnalista li jekk xi hadd jazzarda jindahlilha x’ghandha tikteb ma tiddejjaq xejn tibaghtu jsaqqi l-hass tal-Marsa.

Ghalhekk ma nifhimx kif Richard Cachia Caruana kellu jgorr il-piz ta dak li tikteb Daphne


Dinjità

Ma flahtx nisma’ lil George Vella jaghtina lezzjoni fuq id-dinjità tal-Parlament. Taf meta kellu d-dinjità il-Parlament? Meta shabu ex ministri Laburisti kienu jtellghu kocc kriminali maghhom il-Parlament. Fejn kienu jattakkaw gurnalisti. U sahansitra anki deputati tal-oppozizzjoni Nazzjonalista. Uhud minn dawn l-eks ministri Laburisti ghadhom hemm. Bilqieghda hdejn George Vella.

Jekk l-Onorevoli George Vella insieh dak iz-zmien. Ahna ma nsejniehx.  

Noelle

Anki f’mumenti serji hafna nipprova naghlaq b’esperjenza umorisitika. Mela l-ahhar Gimgha l-Kbira morna bhas-soltu ghall-purcissjoni iz-Zejtun. It-tifla Nicole, kellha maghha l-habiba taghha Noelle. Wasalna l-pjazza taz-Zejtun. Naraw il-pucissjoni hierga.

Hin minnhom il-habiba tat-tifla Noelle giet fuqi. U bl-akbar serjetà qaltli “Mario hawn iz-Zejtun mietilhom xi hadd important zgur. Jew mietilhom l-arcipriet jew ma nafx min mietilhom.”

“Ghalfejn qed tahseb hekk?”staqsejtha skantat.

“Mela m’intix tarahom il-bnadar kollha mezz’asta u bic-cfuf suwed. Zgur li mietilhom xi hadd importanti,” wegbitni bl-akbar serjetà.

 Kif tista’ ma tiktibx?

Tuesday, 19 June 2012

Is-Settur tal-Anzjani joħloq ix-Xogħol

Is-settur tal-anzjani huwa settur li jimpjega bosta nies kemm mal-Gvern kif ukoll mal-privat.  Hemm diversi gradi ta’ xogħlijiet li jitlob is-settur li lkoll kemm huma importanti biex jassiguraw livell għoli ta’ għajxien lill-anzjani tagħna.   

 Fis-settur illum għandna iktar minn 2800 ħaddiem.  Fost dawn għandna 655 social assistants li llum saru tal-post u llum huma ħolqa importanti biex l-anzjani jistgħu jgawdu minn livell ta’ indipendenza fil-komunitajiet tagħna.

Jekk inħarsu lejn ir-Residenza San Vinċenz de Paul ta’ Ħal Luqa ninuttaw li hemm hekk biss il-Gvern qed iħaddem iktar minn 1000 ħaddiem. Filfatt għandna 1089 għall-preċiżjoni.

Biex tħaddem il-lista twila ta’ servizzi li qed nagħtu għall-anzjani tagħna bħad-djar tal-anzjani, in-Night shelters, Respite Service, iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum, il-Homehelp, il-Meals on Wheals, il-Handyman Service, u diversi oħrajn, trid il-ħaddiema. Ban barra l-isptarijiet, it-tobba, l-infermieri, il-carers u oħrajn.  Fil-qasam il-Gvern qed jagħmel investimenti kbar. U rridu nfakkru li s-servizzi ma naqsux.  Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed niftħu t-tielet night shelter. 

Dawn huma r-records li jiftaħru bihom Gvernijiet Nazzjonalisti: il-ħolqien tax-xogħol u l-istatistika tan-nies li qed nimpjegaw.  F’dawn l-aħħar 4 snin nħolqu 20,000 post tax-xogħol ġdid. Wieħed ma jridx jinsa li f’Malta r-rata tal-qgħad hi fost l-anqas fl-Unjoni Ewropea. Bil-ħidma kbira li qed inwettqu qed nassiguraw li l-ħaddiema Maltin huma l-anqas li jħallsu rata ta’ taxxa mill-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea.

Dan jikkontrasta mal-politika ta’ Dott Muscat. Muscat għandu ambizzjoni għalih innifsu li jsir Prim Ministru u ma jimpurtahx mill-prioritajiet tieghek. 

Il-verità hi waħda: Muscat jagħżel ħażin u tbati int.

Diskors waqt il-Prezentazzjoni tal-Att il-Gdid tas-Sahha Mentali

Fl-aħħar wasalna.  Din hija liġi li ilha ħafna tinħema.  Jekk kien hemm liġi li dwarha saret konsultazzjoni mill-aktar wiesgħa żgur li hija l-Mental Health Act.  Għandi fiduċja li l-Parlament se jaqbel ma din il-liġi. Ta’ min ifakkar li fl-istadju tad-drafting tal-abbozz, l-Oppożizzjoni kienet rappreżentata mis-Sur Joe Abela. Sieħbi Joe li hu l-ewwel u qabel kollox professjonist fil-qasam tas-saħħa. Imma mhux biss, Joe hu ex-Membru Parlamentari Laburista u bniedem li għandu s-saħħa mentali għal qalbu ħafna. Tant li llum Joe hu membru maħtur mill-Gvern fuq il-Bord tal-Mount Carmel Hospital.

Kull bidu għandu tmiem. U f’xi stadju ridna nagħlqu l-konsultazzjoni u ngħaddu għad-diskussjoni u l-approvazzjoni  ta’ dan l-abbozz fil-Cabinet.  Filfatt il-Cabinet iddiskuta u ddeċieda fuq dan l-abbozz nhar it-Tnejn 30 ta’ April 2012.  Għalkemm dan il-proċess ta’ konsultazzjoni kien twil, nemmen li ma kienx żmien mitluf. Anzi kien proċess utli.  Diversi suġġerimenti u punti li tqajmu waqt dan il-proċess ta’ konsultazjoni ġew inkorporati fil-liġi. Barra minn hekk, dan il-proċess wiesa’ ta’ konsultazzjoni  għen ukoll biex il-liġi ssib aktar appoġġ u qbil fost il-firxa wiesgħa ta stake holders involuti f’dan is-settur. Il-liġi li qed nippreżentaw issa ġiet vetted mill-Avukat Ġenerali tar-Repubblika

Issa dan l-abbozz ġie tradott għall-Malti. alissa qed jerġa jiġi iċċekjat minn naħa tal-Kummissarju. Il-pass li jmiss issa hu li liġi tibda tiġi diskussa fil-Parlament. Diġà sar l-ewwel qari tagħha fil-Parlament.  Issa jmiss diskussjoni ġenerali fuq il-liġi li jsir fit-tieni qari. Wara fl-istadju tal-kumitat kull klawsola tal-liġi tiġi eżaminata bir-reqqa.  Wara titressaq għat-tielet qari. 

Irrid nieħu din l-okkażjoni biex minn qalbi nirringrazzja lil diversi persuni li ħadmu qatiegħ biex din il-liġi setgħet titwieled, tikber u timmatura. Dan il-proċess waSsal biex illum għandna abbozz li nemmen li hu tajjeb ħafna.  Ma nistax insemmi lil kulħadd. Imma ma nistax ma nsemmix lil Dr Ray Scerri li kien il-moħħ wara d-drafting u r-re-drafting ta’ din il-liġi. Ray daħal għal din il-biċċa xogħol b’impenn, entusjażmu, u b’dedikazzjoni liema bħalha.  F’din il-liġi nvesta ħafna u ħafna ħin u ħafna u ħafna enerġija. Grazzi ħafna u prosit mill-qalb Ray. Irrid nirringrazzja wkoll lil Dr John Cachia, Kummissarju tas-Saħħa Mentali li minn mindu sar kummissarju daħal sew f’din il-liġi. L-input tiegħu u tat-team tiegħu kien ferm importanti. Irrid nirringrazzja lil AG Dr Peter Grech tal-paċenzja li ħa bina. Tal-ħafna ħin li tana. Ta’ kemm-il darba ksirnielu d-devozzjoni ġejjin u sejrin għandu kull darba li nbiddlu xi ħaġa mil-liġi.

Fl-aħħar u mhux l-inqas lil Mrs Kate Gonzi li tal-inkorraġġiment tagħha u l-interess tagħha ma jaqta xejn f’din il-liġi. Kull meta ġejna bżonnha dejjem sibnieha minkejja l-impennji tagħha.  Sinjura Gonzi grazzi mill-qalb. Irrid niżżi ħajr ukoll lil ħafna oħrajn li ħadmu minn wara l-kwinti. Xejn anqas lil ħafna li fil-proċess ta’ konsultazzjoni għamlu l-kritika u suġġerimenti tagħhom. Lil dawn kollha ngħidilhom grazzi. Grazzi mill-qalb. Prosit. Ilkoll flimkien għamilna biċċa xogħol tajba.

Irrid ngħid li sakemm din il-liġi kienet qed tinħema u tinbidel għal ma nafx kemm il darba ma bqajniex skantati ma nagħmlu xejn.  F’dawn l-aħħar erba snin sar investiment qawwi fil-qasam tas-saħħa mentali fil-komunità. Tant li fil-komunità biss f’dawn l-aħħar erba snin investejna xejn anqas minn seba’ miljun ewro.  Frixna s-servizzi tas-saħħa mentali fil-komunità. Tant li llum għandna 160 professjonist jaħdmu fil-komunità fil-qasam tas-saħħa mentali. Fil-fatt, illum għandna 40 lokalità f’Malta li għandhom is-servizzi tas-saħħa mentali fil-lokalità tagħhom. Mhux biss. Ftaħna ħames day centres għall-persuni bi problemi ta’saħħa mentali. Għandna wkoll sitt kliniċi fejn f’kull waħda jattendi team multi dixxiplinarju.  Waqqafna ukoll il-Crisis Intervention Team li jitratta emergenzi ta’ saħħa mentali. Ftaħna tliet flatlets fejn numru ta’ persuni bi problemi ta’ saħħa mentali qegħdin ikomplu jgħixu fil-komunità. 

Tul is-sena li għaddiet xejn anqas minn 14.000 ruħ użaw dawn is-servizzi tagħna fil-komunità.  Hu fatt ippruvat li meta tinvesti fil-kura fil-komunità għall-problemi ta’ saħħa mentali anqas nies ikollhom bżonn jidħlu għall-kura l-Mount Carmel. U jekk ikollhom bżonn jidhlu, il-length of stay tagħhom fl-isptar tkun anqas. Dan għaliex ikunu jistgħu jiġu liċenzjati mill-isptar aktar kmieni biex ikomplu jiġu segwiti mit-teams tagħna fil-komunità.

Ta’ min ifakkar li hija d-direzzjoni tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa li fil-qasam tas-saħħa mentali ninvestu kemm jista’ jkun f’servizzi fil-komunità.

Wara li nispiċċa jien, Dr Ray Xerri se jagħmel preżentazzjoni ta’ dan l-abbozz. Biss jien irrid infakkar li liġi li qed nużaw illum hija waħda antika tal-1976. Il-liġi l-ġdida hija client oriented. L-enfażi qiegħed fuq il-klijent li jiġi bżonn is-servizzi tagħna. Min-naħa l-oħra l-enfażi tal-liġi l-antika hu fuq involuntary admissions. Fuq kif pazjent jista jiddaħħal b’mod involontarju għall-kura fl-isptar Monte Carmeli. L-enfażi fil-liġi tal-lum hu kif il-pazjent se joħroġ mill-Mount Carmel fl-iqsar żmien possibli. Fuq il-fatt kif l-kura involontarja trid tingħata fl-iqsar żmien possibbli.  Għall-ewwel darba dan l-abbozz se jippermetti li l-kura involontarja tista tingħata wkoll fil-komunità u mhux aktar bilfors f’istituzzjoni.  Dan hu ghal kollox kunċett ġdid għal Malta.

Din il-liġi titkellem ħafna fuq professional accountability. Il-liġi antika kienet tħalli l-kura f’idejn il-professjonisti. Issa d-deċiżjonijiet dwar programm ta’ kura jridu jittieħdu flimkien mal-pazjent innifsu, ma min qed jieħu ħsiebu u mal-professjonisti ovvjament. Il-pazjent issa se jkun involut fit-tfassil ta’ programm ta’ kura li se jirċievi. Nixtieq inżid li l-kunċett ta’ trusted person issa se jinbidel fil-liġi l-ġdida. Qabel kien awtomatikament in-next of kin. Illum it-trusted person se jkun magħżul mill-pazjent innifsu Jiġifieri jista jkun membru tal-familja imma jista jkun ħabib ukoll.

B’din il-liġi, il-Kummissarju jrid japprova wkoll kemm il-pazjent se jdum l-isptar b’mod involontarju għall-kura.  Dan ifisser li din il-liġi se tassigura li diversi servizzi meħtieġa mill-klijent li qed jitpoġġa taħt programm ta’ kura jridu jingħataw fl-iqsar żmien possibli. U b’mod multi dixxiplinarju. Kull professjonist se jkun kontabbli għal għemilu.

Konklużjoni

Irrid nagħlaq billi nsostni li dan l-att li qegħdin nippreżentaw illum se jfittex li jipproteġi u jħares id-drittijiet tal-klijenti tagħna.  Din hi liġi li se tifhem it-tbatija u se taħdem biex tnaqqas it-toqol tal-piż. Din hi l-liġi li se tfittex li tintegra dawn il-klijenti fil-qalba tas-socjetà. Liġi li trid tiftaħ il-bibien. Mhux tagħlaqhom. Li trid taħdem flimkien mal-kiljent u mhux għall-klijent. Li se tpoġġi l-klijent l-ewwel u qabel kollox. Fejn issa s-servizz irid ikun għall-klijent. U mhux il-klijent għas-servizz. Din il-liġi  ma tharisx lejn il-marda mentali u tieqaf hemm. Imma din hi liġi li qed tifhem li wara l-marda, l-ewwel u qabel kollox, hemm bniedem. Li jrid jiġi ttrattat b’rispett u b’dinjità. Tabilħaqq din hi liġi ta drittijiet. Liġi li se tipproteġi lill-klijent.

Ħbieb sinċerament nemmen li dan l-abbozz hu mfassal biex jagħtina liġi li se tagħti kwalità ta’ ħajja aħjar lil dawn il-klijenti. Fuq kollox din hija liġi li tirrispetta, tagħder u tħenn.

Grazzi ħafna.