Friday, 29 June 2012

Ċirasa 29 ta' Ġunju 2012

JPO u Jien

Jeffrey Pullicino Orlando ghamel allegazzjoni serja fil-Parlament. Qal li kien hemm ghaxar Membri Parlamentari min-naha tal-Gvern  li tkellmu mieghu. U qalulu li xtaqu jivvutaw biex jitnehha Richard Cachia Caruana.  Baqa jirrifjuta li jsemmi min huma.  

La Jeffrey semma ghaxar deputati tal-Gvern tefa id-dubju fuq kulhadd. Inkluz fuqi. Jien digà iffirmajt dikjarazzjoni li jien qatt ma kelli l-icken hsieb li nivvota favur il-mozzjoni tal-Oppozizzjoni. U kontra Richard Cachia Caruana.  Minn hawn qed nerga nichad.  Qatt ma kelli hsieb nivvota favur il-mozzjoni. Anzi ghedt u ktibt pubblikament li l-vot kontra Richard kien vendetta personali. Decizjoni li minnha se jbati pajjizna.  Richard kien qed jaghmel bicca xoghol eccellenti ghal pajjizna. Hija l-fehma tieghi li minn ivvota kontrieh ghamel vendikazzjoni lil pajjizna.

Ghall-grazzja t’Alla jien bniedem zbukkat. LI jkolli nghid nghidu. M’ghandix bzonn messagiera. Kieku kelli xi haga x’nghid lil Richard Cachia Caruana kont nghidhielu f’wiccu. Zgur ma kontx se ninqeda b’Jeffrey. Mhux gust li nuzaw il-privilegg parlamentari biex nitfghu d-dubju fuq Membri Parlamentari ohrajn.

Jeffrey Pullicino Orlando ghazel li juza l-kumdità tal-Privilegg Parlamentari. Jien qed inwiegeb minn barra l-Parlament. M’ghandix bzonn privileggi. Ghax m’ghandix x’nahbi.

Nazzjonalist u Kburi 

Jien Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista. Fil-partit dejjem hassejtni komdu. Kemm fil-partit kif ukoll fil-kabinett dejjem sibt il-libertà li nghid dak li nhoss. Minghajr ebda biza. Jien kburi li qed nahdem fit-team tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi. Hu bniedem kapaci. Kalm. Imma assertiv. Jisma lil kulhadd. Ghandu vizjoni. U kapaci jiehu decizjonijiet difficli. Nemmen li nies bhal Lawrence Gonzi lill-politika jaghtuha aktar kredibilità.

Jien tlajt fil-Parlament bil-voti tan-Nazzjonalisti. Sakemm indum haj nibqa nahdem biex il-Partit Laburista ma jkunx fil-Gvern. Ghax meta l-Labour kienu fil-gvern abbuza mill-poter. Wegga lil min ma kienx jaqbel maghhom.

Jien Nazzjonalist miz-Zejtun. U kburi.

Lilly

Smajt ohra tajba fuq Lilly Pullicino “tal-Bux”. Kien zmien il-Milied. Guzu, ir-ragel taghha, talabha tixtrilu plakka tad-dawl.   Lilly marret ghand taz-zebgha. Talbitu plakka ta’ kwalità. Hallsitu u telqet il barra.

Konna ghadna bil-flus l-antiki. X’hin waslet id-dar il-Bux qallha

”Din vera plakka tajba. Vera LM1.75c imma worth it. Ghax plakka tajba.  Lilly kienet pronta qabzet. “Kemm ghedt li hi Guz il-plakka?”

Hawn ghandek miktub fuqha stess, Lm1.75 cents”, irrispondieha Guzi.  Imma  iien 75 cents biss tajtu lil tal-hanut.” wegbitu Lilly.

“Allura ma qallek xejn?” staqsieha Guzi. 

Heqq tajtu is-75 cents u qalli  “il-kumplament.” Heqq jien hsibtu qed jawgurali ghall-Milied. U  kont pront wegibtu lilek u l-familja kollha  habib.  U tlaqt il-barra.”

 Il-Bux kien se jmut bil-misthija.   


No comments:

Post a Comment