Monday, 2 July 2012

L-Anzjani fil-Qalba tal-Politika Nazzjonalista

Għall-Partit Nazzjonalista l-anzjani huma fil-qalba tal-politika tiegħu. Gvernijiet Nazzjonalisti ħadmu biex l-anzjani jgħixu x-xjuħija tagħhom b’dinjità.

Il-Partit Nazzjonalista japprezza dak li l-anzjani għamlu għall-familji tagħhom u għall-pajjiż. Fuq kollox jagħraf l-importanza ta’ dak li jistgħu jkomplu jagħmlu. Irridu l-anzjani jibqgħy jgħixu fil-komunità. Sa fejn ikun possibli. 

Qed insaħħu s-servizzi fil-komunità biex ngħinu l-anzjani jibqgħu jgħixu ħajja indipendenti u attiva konxji li l-bżonnijiet varji tagħhom qed ikunu indirizzati b’lista twila ta’ servizzi.

Il-Partit Nazzjonalista jagħraf li l-anzjani għandhom id-dritt tal-għażla li jibqgħu jgħixu d-dar jew li jinġabru f’dar tal-anzjani. Għalhekk Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jibqa jinvesti bil-kbir fservizzi fil-komunità kif ukoll f’postijiet residenzjali għall-anzjani.

Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista ta ż-żieda sħiħa lill-anzjani, daqskemm ħadu l-ħaddiema. Fdawn l-erbasnin l-anzjani ngħataw żieda mill-Gvern ta’ 19.21 fil-ġimgħa.

Qabel jekk anzjan kien jiddeċiedi li jibqajaħdem kien jitlef il-pensjoni. Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista jqis il-pensjoni bħala dritt tiegħek u takull anzjan ieħor. Għalhekk min jiddeċiedi li jibqajaħdem jieħu l-pensjoni sħiħa u l-paga għax-xogħol li jagħmel.

Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi f’din il-leġislatura introduċa servizz ieħor ġdid fil-komunità. Il-Gvern fetaħ l-ewwel żewġ night shelters fiż-Żejtun u l-Mellieħa. Qed nagħtu serħan il-moħħ lill-anzjani li jridu jqattgħu l-ħin mal-ġurnata d-dar u bil-lejl fil-kumpanija ta’ ħaddieħor. Fil-ġimgħat li ġejjin se niftħu t-tielet wieħed f’San Vinċenz de Paul.

Ir-riżultat ta’ din il-ħidma sfieqa jfisser li l-anzjani qed jgħixu aktar fit-tul. Ifisser sfida fuq kollox.  Imma din sfida li ma nibżgħux minnha. Għall-kuntrarju, se nkomplu naħdmu biex nipprovdu l-aħjar għall-anzjani tagħna. 

No comments:

Post a Comment