M’Anne Bugeja
Il-bierah ircivejt ahbar li hallietni bla kliem. M’Anne Bugeja nurse f’San Vincenz hallietna hesrem. Bla kliem u bla sliem.
Bla tlaqliq nghid li M’Anne kienet wahda mill-ahjar nurses li kellna F’San Vincenz. Kienet Practise Development Nurse. Dedikata. Tal-affari taghha. Kont tlabtha tohodli hsieb il-kors tal-carers li qed nitrenjaw f’San Vincenz. Min jaf kemm ghallmet carers. Mhux biss kienet nurse kapaci. Imma dak li kienet taf kienet dejjem lesta taqsmu ma’ shabha.
M’Anne kienet nurse li thobb l-anzjani. Kienet taqbez ghalihom. Dejjem tirsisti li l-anzjani taghna ghandhom dritt jinghataw l-ahjar kura possibli.
Fuq kollox M’Anne kienet tfajla ferrieha. Dejjem bi tbissima fuq fommha. Shabha kienu jfittxuha mhux biss ghall-parir professjonali. Imma wkoll bhala habiba. Kienet tirrecta fuq il-palk. Kemm fid-Domus iz-Zejtun. Kif ukoll mal-anzjani San Vincenz.
F’M’Anne jien kont sibt habiba. Kollega professjonali. U xi hadd li stajt tafdah b’ghajnek maghluqin. Is-sliem ghaziza M’Anne. Strieh fil-paci. Grazzi hafna ta’ kollox. M’ahna se ninsewk qatt M’Anne. Ghax minghajrek San Vincenz mhux se jkun l-istess.
Bhalissa ghaddejjin minn shana kbira. Importanti li kulhadd isegwi l-pariri li tajna. Safejn hu possibbli trid tevita x-xemx ta’ bejn il-11am u l-4pm. Trid tilbes hwejjeg cari. U hfief. Importanti li tixrob hafna ilma. Anki jekk ma jkollokx ghatx. Kul ikel frisk bhal salads. Jekk se tmur fix-xemx uza sunblock tajjeb. U pprova fittex id-dell.
Il-House Visit ta’ Jason.
Mela nhar il-Hadd, siehbi l-Ministru Jason Azzopardi kien qed jaghmel il-house visits Rahal Gdid. Kellu appuntament ma’ familja. Hu u diehel ghajtitlu gara. Li inzertat fil-bieb. “Int qed idur id-djar?” staqsietu din il-mara.
“Iva daz-zgur,” wegibha Jason.
“ Mela ejja ghandi Sinjur. Kemm ili biex niltaqa’ ftit mieghek. Int wiehed miz-zwiemel li ghandna fil-partit taghna,” qaltlu din il-mara.
“Grazzi Sinjura. Iva nigi bil-qalb kollha. Imma stennini nidhol ghand din il-familja ta’ hdejk ghax ghandi apputament maghhom u wara nigi ghandek.”
Jason hekk ghamel. Kif lesta l-familja tal-appuntament baqa’ sejjer ghand il-mara li kienet ghajtitlu. Kif dahal din laqgħetu mill-ewwel “X’se naghmlu Sinjur? Se nirbhu. Serrahli rasi ghidli li se nirbhu ghax digà ghandi qalbi tferfer.”
Bil-kalma Jason wegibha “Ara Sinjura did-darba mhux se tkun facli. Imma verament nemmen li ghandna biex nirbhu. Imma rridu nibqghu nahdmu sal-ahhar.”
Kif kien qabad hiereg ’il barra, il-mara kienet pronta gibditu mill-komma tal-glekk. “Hawn int toqghodx thalli in-nies jidhku bik. Ara sew ghand min qed tidhol. Dik li kellek appuntament maghha dik gakbina. Dik mhux maghna Dik Nazzjonalista tinten.”
No comments:
Post a Comment