Night Shelter Gdid
Madwarna pajjizi ohra Ewropew qed inaqqsu l-pensjonijiet. L-Ingilterra qed inaqqsu is-servizzi lill-anzjani. L-istess f’diversi pajjizi Ewropew.
F’Malta sadattant qed inziduhom. F’din il-legislatura komplejna sebbahna San Vincenz de Paul. Irrangajna u zidna s-sodod fl-Isptar Karin Grech. Ftahna l-eks Blue Sisters bhala Dar tal-Anzjani. F’dawn l-ahhar erba’ snin zidna 860 sodda gdida ghall-anzjani taghna.
Bhall-lum tmint ijiem il-Prim Minsitru u jien ftahna night shelter mill-isbah f’San Vincenz de Paul. Night shelter mghammar bil-kumditajiet kollha. Kull anzjan ghandu kamra ghalih. Matul il-lejl se jkun hemm l-istaff maghhom. Filghodu l-anzjani se jiehdu kolazzjon qabel imorru d-dar. Min m’ghandux trasport jista’ facilment juza l-Arriva. Ghax l-Arriva tidhol San Vincenz u tieqaf ezatt quddiem in-Night Shelter.
Ta’ kuljum ahna naghmlu ghazla politika. Dik li ninvestu hafna flus biex l-anzjani taghna jsibu s-servizzi li ghandhom bzonn. Biex sakemm ikun possibli x-xjuhija insarrfuha f’esperjenza dinjituza. Fil-qasam tas-sahha biss ahna nonfqu miljun Ewro kuljum.
In-Nanna Giovanna
Mela t-tifla ta’ Giovanna Debono kellha baby. Giovanna saret nanna. Ghandhom baby girl. Minn qalbi nifrah lill-familja ta’ Giovanna. Jalla l-Mulej izomm idejh fuq it-tarbija u l-familja taghha. Giovanna urietni r-ritratti u vera ghandhom tarbija helwa. Il-Bambin ikompli maghha.
Mela wahda mara marret tkellem lill-Ministru Giovanna Debono id-dar. Kien hemm il-baby tat-tifla. U Giovanna urietha lill-baby. Il-mara ghamlet ghageb kemm kienet helwa t-tarbija. Hin minnhom daret lejn Giovanna u bl-aktar serjetà staqsietha “Giovanna din il-baby lil min harget tixbah? Zgur li ma hargitx tixbah lilkom daqskemm hi helwa.”
Michael Gonzi….
Siehbi t-tabib Michael Gonzi qalli wahda tajba. Gratlu dil-gimgha. Mar jara tifel zghir. Meta invistah u lesta, it-tifel dar fuq Michael. Qallu “Doctor inti huk Dr Lawrence Gonzi il-Prim Ministru?”
“Iva,” wiegbu Michael Gonzi”
“Isma’ huk ghalfejn jibza’ mill-murtali tal-festa?”
“Jibza’ mill-murtali tal-festa? staqsieh Michael.
“Iva naf cert li jibza’ hafna mill-murtali tal-festa” insista t-tifel.
“Le ta’, hija zgur ma jibzax mill-murtali tal-festa” wiegbu Michael.
“Mela jew ma tafx li huk il-Prim Ministru jibza’ mill-murtali tal-festa jew mhux qed tghidli l-verità” argumenta mieghu t-tifel.
“Le jahasra hija ma jibzax mill-murtali tal-festa. Din minn fejn gibtha?”, staqsieh Michael.
“Ghax fit-toroq rajt ir-ritratti kbar tieghu qed isodd widnejh”, wiegbu t-tifel bl-akbar serjetà.
No comments:
Post a Comment