RCC
Il-Labour ghamel frame up fuq Richard Cachia Caruana. Bnew storja vvintata. Gidbu fuqu. Ghamlu kampanja kontrih fuq il-media taghhom. Ovvjament, bis-sehem tal-Kap taghhom Joe Muscat. Kampanja bla ebda skrupli.
Il-Labour taht Joe Muscat m’ghandux limiti. L-ewwel orkestraw kampanja kontra Richard Cachia Caruana fil-Parlament. Anki hawn, ma kinitx tinteressahom il-verità. L-ghan taghhom kien biss li jkissru lir-Richard Cachia Caruana. Li jtellfu lil Malta bniedem kapaci. Li kien qed jaghmel bicca xoghol eccellenti. Izda l-ghatx ghall-vendetta tal-Labour hija kbira. Anki wara li rrezenja komplew jigdbu. U jivvintaw fuqu. Ghamlu alegazzjonijiet serji hafna. Li rrizultaw li kienu foloz.
Tajjeb niftakru x’gara meta kien ghaddej il-guri dwar l-attentat ta’ qtil ta’ Richard Cachia Caruana. Dak iz-zmien, il-Labour kienu ghamlu kampanja shiha. Biex jinfluwenzaw l-ezitu tal-guri. Il-Kap tal-Oppozizzjoni ta’ dak iz-zmien, Alfred Sant u l-media taghhom kienu orkestra wahda. Jivvintaw l-alegazzjonijiet. Minflok hallew il-gustizzja ssir fil-qorti haduha fil-kazini tal-Labour. U fuq il-media taghhom. Dawru l-guri ta’ attentat ta’ qtil f’kampanja politika mahmuga partiggjana.
Imma l-kilba ghall-vendikazzjoni tal-Labour m’ghandhiex limiti. Issa komplew jivvintaw u jattakkaw lir-Richard Cachia Caruana. B’dak li ghamel il-Labour fil-granet li ghaddew, ippruvaw joqtlu lil Richard Cachia Caruana ghat-tieni darba.
Dil-gimgha rajt ritratt b’messagg helu. Tifel zghir kien ha ritratt mal-Prim Ministru Lawrence Gonzi. It-tifel baghat kopja tar-ritratt lill-Prim Ministru Kastilja. Fuq wara ta’ dan ir-ritratt, dan it-tifel kitiblu hekk: “Ghaziz Prim Ministru, grazzi talli qed tiddedika hajtek biex tibnili l-futur tieghi.”
Din gratli tassew. Mela kont tiela’ l-lift tal-Ufficcju. Tela’ mieghi impjegat tal-Gvern. Ma kontx nafu. Qabad konversazzjoni mieghi. Qalli “Sinjur jien nahdem ic-cimiterju tal-Addolorata”.
“Prosit habib, xoghol importanti”, wegibtu.
“Sinjur jekk jinqalaghlek xi haga thabbilx rasek. Ghandi bicca lesta ghalik. Post ghall-kwiet u ghall-frisk. Bully qieghed ghalik Sinjur”, qalli bl-akbar serjetà.
“X’qed tipprova tghidli habib? Li ghandek post lest ghalija c-cimiterju?”, staqsejtu skantat.
“Iva mela Sinjur. Mela int taf x’jista’ jinqalaghlek. U ha nghidlek, jekk filkaz tinkwetax. Ghax jien nigi nnaddaflek kuljum. Jien lilek nirrispettak f’hajtek u wara mewtek. Mhux se nhallik fil-hmieg. Zgur li le”, kompla jghidli b’solennità liema bhala.
“Isma habib int bis-serjetà qed tghidli? Jew gej bic-cajt dalghodu?”, staqsejtu mfixkel.
“Le sinjur qed nghidlek bis-serjetà kollha. Taf kemm naf nies bhalek li nqalghalhom xi haga u spiccaw hemm. Ma tafx x’jista’ jinqalaghlek Sinjur. Jien sempliciment irrid inserrahlek rasek li filkaz jien niehu hsiebek”, wegibni. Indunajt li ma kienx qed jiccajta.
“Grazzi hafna mill-qalb habib. Vera obbligat. Serrahtli rasi dalghodu”, wegibtu.
Sadattant il-lift wasal. Hrigt mil-lift. U kif inghalaq il-bieb tal-lift kont pront ghamiltlu l-qrun. U did-darba kien imiss lili li bl-akbar solennità u devozzjoni nibaghtu jsaqqi l-hass tal-Marsa.
ha ha ha qabbiztli id dmugh bid dahk ,bdejt nimmaginak tghamel il qrun qabel ma qrajt il parti fejn ghidt li ghamiltlu il qrun .:)
ReplyDelete