Tuesday, 19 June 2012

Is-Settur tal-Anzjani joħloq ix-Xogħol

Is-settur tal-anzjani huwa settur li jimpjega bosta nies kemm mal-Gvern kif ukoll mal-privat.  Hemm diversi gradi ta’ xogħlijiet li jitlob is-settur li lkoll kemm huma importanti biex jassiguraw livell għoli ta’ għajxien lill-anzjani tagħna.   

 Fis-settur illum għandna iktar minn 2800 ħaddiem.  Fost dawn għandna 655 social assistants li llum saru tal-post u llum huma ħolqa importanti biex l-anzjani jistgħu jgawdu minn livell ta’ indipendenza fil-komunitajiet tagħna.

Jekk inħarsu lejn ir-Residenza San Vinċenz de Paul ta’ Ħal Luqa ninuttaw li hemm hekk biss il-Gvern qed iħaddem iktar minn 1000 ħaddiem. Filfatt għandna 1089 għall-preċiżjoni.

Biex tħaddem il-lista twila ta’ servizzi li qed nagħtu għall-anzjani tagħna bħad-djar tal-anzjani, in-Night shelters, Respite Service, iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum, il-Homehelp, il-Meals on Wheals, il-Handyman Service, u diversi oħrajn, trid il-ħaddiema. Ban barra l-isptarijiet, it-tobba, l-infermieri, il-carers u oħrajn.  Fil-qasam il-Gvern qed jagħmel investimenti kbar. U rridu nfakkru li s-servizzi ma naqsux.  Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed niftħu t-tielet night shelter. 

Dawn huma r-records li jiftaħru bihom Gvernijiet Nazzjonalisti: il-ħolqien tax-xogħol u l-istatistika tan-nies li qed nimpjegaw.  F’dawn l-aħħar 4 snin nħolqu 20,000 post tax-xogħol ġdid. Wieħed ma jridx jinsa li f’Malta r-rata tal-qgħad hi fost l-anqas fl-Unjoni Ewropea. Bil-ħidma kbira li qed inwettqu qed nassiguraw li l-ħaddiema Maltin huma l-anqas li jħallsu rata ta’ taxxa mill-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea.

Dan jikkontrasta mal-politika ta’ Dott Muscat. Muscat għandu ambizzjoni għalih innifsu li jsir Prim Ministru u ma jimpurtahx mill-prioritajiet tieghek. 

Il-verità hi waħda: Muscat jagħżel ħażin u tbati int.

No comments:

Post a Comment