Vjolenza
Il-mozzjoni fuq Carm Mifsud Bonnici juri l-wicc vera tal-Labour. Labour li ghadu jemmen fil-vjolenza bhala arma politika. Il-Mozzjoni tal-Labour mhi xejn hlief vjolenza psikologika fuq Carm u l-familja tieghu.
Fuq kollox din hija mozzjoni ta’ Oppozizzjoni li ma tafx tisthi. Li tilfet kull sens ta’ irgulija. Fl-istorja politika ricenti l-aghar attrocitajiet fil-qasam tal-Intern saru taht gvernijiet Laburisti. Kien zmien fejn nies kienu jigu ttorturati d-depot. Smajna stejjer ta’ mock executions. Kien zmien fejn persuni gew maqtula d-depot. U intremew mill-pulizija stess f’wied. Fejn arrestati hargu mid-depot imbiccra. B’diversi ksur f’gisimhom.
Kien zmien fejn kriminali Socjalisti kienu jigru fit-toroq taz-Zejtun armati. F’tal-Barrani kriminali Laburisti thalltu mal-pulizija. Biex jisparaw fuq folla Nazzjonalista. Pulizija tar-regim Laburista kienu jisparaw fuq partitarji Nazzjonalisti.
U waqt li kienu qed jigru dawn il-hnizrijiet kienu politikament responsabbli nies li llum jinsabu deputati tal-Oppozizzjoni madwar Joe Muscat. Deputati tal-Oppozizzjoni li dak iz-zmien kienu ministri jew deputati tal-Gvern Laburista. Inkella ufficcjali gholja fil-Partit Laburista. Dawn in-nies huma politikament responsabli ghal dawn l-atrocitajiet.
Jekk il-Labour ikun fil-gvern dawn in-nies jergghu jsiru ministri. Joe Muscat sar jiddeletta hafna bil-garanzija. Ma jitlifx opportunita biex jghidilna li hu safe.
Fil-granet li ghaddew Joe Muscat tana l-akbar garanzija li kellna bzonn.
Urewna bil-fatti li baqghu l-istess. Ma nbiddlux. Labour li ghadu jemmen fil-vendikazzjonijiet. Li lest jattakka personalment lil min ma jaqbilx mieghu. Li lest iwegga’ u jipprova jkisser l-avversarji politici tieghu.
Tal-Labour ma tistax tafdahom.
Ghajnejn id-dinja kienu fuq l-Azerbajgan. Fejn sar il-Eurovision. Miljuni ta’ nies jaraw il-Eurovision madwar id-dinja. Urewna s-sabih ta’ dan il-pajjiz. Ghal dan il-festival inbniet sala mill-isbah.
Imma wara dawn ix-xenxilli hemm realtà ohra. Il-pajjiz hu sinjur. Fil-pajjiz m’hemmx demokrazija. Min jikkritika t-tmexxija tal-pajjiz jispicca arrestat. In-nies jghixu fil-biza’. Gurnalisti internazzjonali ftit li xejn jithallew jithalltu man-nies komuni fil-pajjiz. Biex inbniet is-sala lussuza tal-Eurvision eluf ta’ nies tilfu darhom. Gew imnehhija bil-forza. U intbaghtu jghixu f’gabubi. L-aqwa li d-dinja rat sala mill-isbah. Kollha kuluri u tizjin.
Il-kant tal-Eurovison faga l-karba ta’ poplu ddisprat.
Ma’ Edgar
Dil-gimgha qam l-argument ta’ single rooms fid-djar godda tal-anzjani. Minhabba d-domanda dejjem tizdied ghas-sodod tal-anzjani ghandna nnaqsu n-numru ta’ single rooms? Biex joqoghdu aktar nies. Nghidu ahna taghmilhom kmamar ta’ bi tnejn. Edgar Galea Curmi assolutament ma jaqbilx. Isostni li kull anzjan ghandu jkollu l-privatezza. Lili kkonvincieni. U naqbel mieghu.
Waqt id-diskussjoni ridt nigbidlu saqajh. Ghidtlu “Edgar immagina jien u int ikollna xi tmenin sena. U nispiccaw naqsmu l-istess kamra flimkien.” Kien pront wegibni “Alla hares. Se naghmilha bil-miktub minn issa. Jekk nixjieh u jkolli bzonn nidhol f’Dar tal-Anzjani u l-uniku post li jkun fadal jkun fl-istess kamra mieghek allura rridhom ihalluni immut barra. Imbasta mhux haj hdejk.”
Vera ilsien Demokristjan.
No comments:
Post a Comment