CIRASA 220612
Vendetta
Taht Joseph Muscat l-Oppozizzjoni marret lura. Qed jergghu johorgu fil-berah l-elementi vendikattivi tal-Labour. L-ahhar wahda kienet il-mozzjoni kontra l-ambaxxatur Richard Cachia Caruana. Jekk mhux sejjer zbaljat din hija l-ewwel darba li ambaxxatur kellu jirrizenja. Wara mozzjoni u attakk personali fuqu mill-Oppozizzjoni.
Tlifna persuna ferm kompetenti. Ta’ esperjenza kbira. F’istituzzjoni daqstant importanti. Bl-agir tal-Labour ma tilifx Richard Cachia Caruana. Imma tilfet Malta. Il-Partit Labuista biex jaqta’ l-ghatx li ghandu ghall-vendetta ghamel l-akbar vendikazzjoni lil pajjizna. Imisshom jisthu.
Dan l-attakk fuq RCC vera kien tal-misthija. Meta kellna mozzjoni biex jitnehha imhallef li ghamel snin ma jidholx ghax-xoghol u baqa’ jiehu l-paga, l-Oppozizzjoni ma ivvutatx biex jitnehha. Imma mbaghad kellha l-wicc tost li tivvota kontra Richard Cachia Caruana. Richard kien strumentali fin-negozjati ghad-dhul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Bhala ambaxxatur, Richard kien qed jaghmel bicca xoghol tajba hafna.
Ta’ min ifakkar li Richard kien ghoddu hallas b’hajtu b’konsegwenza tal-qadi ta dmirijietu. Baqa’ haj ghax Alla kien mieghu. Imma ghandna oppozizzjoni li ghaliha l-vendikazzjoni personali tigi l-ewwel u qabel kollox. Din il-mozzjoni kellha riha qawwija ta’ vendetta u ingratitudni.
Daphne Caruana Galizia
Fid-dibattitu fuq il-mozzjoni ta’ RCC isemmiet il-gurnalista Daphne Caruana Galizia. L-artikli ta’ Daphne naqrahom. Assolutament ma jaghmilx sens l-argument li Daphne tikteb dak li jghidilha Richard Cachia Caruana. Min jaf lil Daphne jaf li m’hiex it-tip ta’ persuna li se thalli lil min jghidilha x’tikteb. Ghandha mohh ghaliha. U naghmilha rasha iebsa ukoll. Zgur mhux it-tip li se thalli lil xi hadd jissuggerilha x’tikteb. Jew jghidilha lil min tikkritika. Hija t-tip ta’ gurnalista li jekk xi hadd jazzarda jindahlilha x’ghandha tikteb ma tiddejjaq xejn tibaghtu jsaqqi l-hass tal-Marsa.
Ghalhekk ma nifhimx kif Richard Cachia Caruana kellu jgorr il-piz ta dak li tikteb Daphne
Ma flahtx nisma’ lil George Vella jaghtina lezzjoni fuq id-dinjità tal-Parlament. Taf meta kellu d-dinjità il-Parlament? Meta shabu ex ministri Laburisti kienu jtellghu kocc kriminali maghhom il-Parlament. Fejn kienu jattakkaw gurnalisti. U sahansitra anki deputati tal-oppozizzjoni Nazzjonalista. Uhud minn dawn l-eks ministri Laburisti ghadhom hemm. Bilqieghda hdejn George Vella.
Jekk l-Onorevoli George Vella insieh dak iz-zmien. Ahna ma nsejniehx.
Noelle
Anki f’mumenti serji hafna nipprova naghlaq b’esperjenza umorisitika. Mela l-ahhar Gimgha l-Kbira morna bhas-soltu ghall-purcissjoni iz-Zejtun. It-tifla Nicole, kellha maghha l-habiba taghha Noelle. Wasalna l-pjazza taz-Zejtun. Naraw il-pucissjoni hierga.
Hin minnhom il-habiba tat-tifla Noelle giet fuqi. U bl-akbar serjetà qaltli “Mario hawn iz-Zejtun mietilhom xi hadd important zgur. Jew mietilhom l-arcipriet jew ma nafx min mietilhom.”
“Ghalfejn qed tahseb hekk?”staqsejtha skantat.
“Mela m’intix tarahom il-bnadar kollha mezz’asta u bic-cfuf suwed. Zgur li mietilhom xi hadd importanti,” wegbitni bl-akbar serjetà.
No comments:
Post a Comment